Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526408
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 8 TA' SETTEMBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti ŻVOG Short Film Festival: Esperjenza t-talent tal-produtturi lokali fi Spazju Kreattiv L-edizzjoni inawgurali ta' ŻVOG Short Film Festival tinsab lesta biex tilqa' lill-udjenzi hekk kif qed tipprepara biex tagħmel id-debutt kbir tagħha fiċ- Ċinema ta' Spazju Kreattiv li jinsab fil- qalba vibranti tal-Belt Valletta. Il-missjoni ewlenija ta' dan il-festival hija li tgħaddas lill-udjenza f 'lejl ċinematografiku, filwaqt li fl-istess ħin jiġi ċċelebrat it-talent tal-produtturi tal-films lokali. Il-films li se jkunu qed jintwerew huma: 1. Why Elephant is Red, Archil Kukhianidze, 1 min. 2. Killer Funny, Miguel Muscat, 13 min. 10 sek. 3. Stalemate, Manca Cerar, 4 min. 4. Bird Drone, Radheya Jegatheva, 8 min. 55 sek. 5. Between Places, Lana Berty Spiteri, 1 min. 33 sek. 6. Swear, Farideh Naderi, 3 min. 46 sek. 7. Something Stupid, Miguel Formosa, 10 min. (non-competition) 8. Nailed it! Maria Laura Vella Clark, 9 min. 20 sek. 9. Whitebait, Mike West, 14 min. 45 sek 10. Water Tomb, Kaihan Adwai, 11 min. Intermission 10 min. 11. Minerva Noctua, Benjamin Pascoe, 2 min. 23 sek. 12. Flushhh, Miguel Formosa, 1 min. 21 sek. (non-competition) 13. Son of God, Bruce Micallef Eynaud, 12 min. 49 sek. 14. Zoé, Emeric Gallego, 2 min. 19 sek. 15. Stain, Zion Wheelan Gauci Cassar, 6 min. 5 sek. 16. A_biography, Alexander Schellow, 6 min. 17. Lucibel, Esther Toledano, 10 min. 18. Father's Mountains, XiaoJun Tan, 11 min. 1 sek. 19. Big Shadows at High Noon, Miguel Formosa, 7 min. (non-competition) Għall-ewwel darba fl-istorja tagħha, il-Banda Vilhena tal-Floriana se tkun qiegħda tesegwixxi programm mużikali ġewwa t-Teatru Manoel il-Belt Valletta. Dan il-programm, intitolat, "150 Anniversarju: Kunċert Strumentali mill-Banda Vilhena" qiegħed jiġi mtella' għall- okkażjoni tal-150 sena mill- fondazzjoni tal-istess banda lura fl-1874. Il-post ta' fejn se jiġi esegwit dan il-programm huwa sinifikanti għall-fatt li t-Teatru Manoel huwa msemmi wara l-Gran Mastru de Vilhena, l-istess Gran Mastru li għalih hi msemmija l-Banda tagħna. Il-programm se jiġi esegwit taħt il-bakketta tas-Surmast Direttur tas-Soċjetà Mro. George Debono, flimkien mal- bandisti, l-Amadeus Chamber Choir u t-tenur Brian Cefai, bil- preżentazzjoni tas-Sinjuri George u Elisa Cassar. Dan jikkonsisti f 'taħlita ta' siltiet mużikali minn kompożituri klassiċi famużi, oħrajn kontemporanji, kif ukoll siltiet li jappartjenu biss għall- Banda Vilhena. Il-kunċert se jsir nhar il-Ħadd 22 ta' Settembru fis-19:00, u kull min jixtieq jipprenota biljett għandu javviċina lil xi membru tal-kumitat jew jikkuntattjana fuq societadevilhena@gmail.com. Il-Banda Vilhena fit-Teatru Manoel Kunċert Strumentali biex ifakkar il-150 sena anniversarju tal-Banda Vilhena ġewwa t-Teatru Manoel