MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526408

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 8 TA' SETTEMBRU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt O vvjament l-istorja ta' Roberta Metsola eċitat mhux ftit lil dawk fil-kamp Laburista li kienu ilhom jitolbu li jkun hemm xi inċident li bih ikunu jistgħu jibbilanċjaw il-ħama kollu marbut ma' dak li ġara fil-każ Vitals u Steward, kif ukoll in-numru konsiderevoli ta' episodji ta' korruzzjoni u kunflitti ta' interess u qtil, u stejjer twal ta' politika maħmuġa. Id-dnubiet ta' Joseph Muscat u Keith Schembri u numru mdaqqas ta' kapurjuni Laburisti lanqas jibda ħdejn id-dnub venjali ta' Metsola. Metsola għandha dnub u jekk għandha dnub huwa l-fatt li telgħet eletta fuq il-voti tal-Maltin u l-Għawdxin, u mbagħad għażlet b'mod egoistiku li tabbanduna l-Partit tagħha u tħalli l-PN f 'idejn politiku li bla dubju għandu l-limitazzjonijiet tiegħu. Metsola sfortunatament tara lil Malta u l-politika bħala ċajta u hija lluppjata mill-poter u x-xinxilli tal- politika internazzjonali fejn hija kkunsidrata stilla. Aħna m'aħniex eċitati minn Metsola, imma ċertament ħdejn il-kummiedji li hemm fil- Labour, nikkunsidraw lil Metsola bħala aċċettabbli u diċenti. Metsola żbaljat imma b'kull rispett minn fejn sa fejn nistgħu naċċettaw it- teatrini ta' Daniel Attard li Alla jbierek ma sab xejn ħażin f 'Joseph Muscat, politiku li jippoża ta' Soċjalist u li tefa' lil dan il-pajjiż lura u l-Partit Laburista kkundannah b'tali mod li biex jissaffa jrid jitlef elezzjoni nazzjonali u jagħmel żmien fl-oppożizzjoni għal żmien twil. F'Daniel Attard, meta jitkellem, timmaġina li l-vera l-problema tal- pajjiż huma n-Nazzjonalisti u mhux il-politika tal-Gvern tiegħu. Meta tara li min fil-Labour qed jipprova jiskorja l-punti billi jipprova jamplifika l-azzjonijiet ta' Metsola nkunu qed nifhmu kemm verament dan il-pajjiż għandu l-problemi. Il-problemi ta' Metsola huma marbutin mal-etika u nuqqas kbir ta' altruwiżmu. Il-problema tal-Labour hija waħda marbuta intrinsikament mal- korruzzjoni u l-ħmieġ. U fuq kollox id- deċiżjoni ta' bosta diriġenti tal-Labour li jkomplu jiddefendu lil politiċi bħal Joseph Muscat. Għażla li tfisser li l-uniku mod kif partit politiku jista' jaffaċċja din il-problema huwa li jitlef l-elezzjoni ġenerali u jibda mill-ġdid. Il-politika Maltija qed titkarrab għal politiċi serji u dedikati. Politiċi li huma ffukati fuq ix-xogħol politiku u mhux fuq kif se jdawru lira jew inkella jibqgħu fil-poter akkost ta' kollox. Għandna bżonn aktar kritika profonda għall-kriżi fid-dinja tal- politikanti. Għandna bżonn aktar dissidenti u nies li jiftħu ħalqhom dwar l-ipokrezija grassa li għandna fil- politika taż-żewġ partiti ewlenin. Għandna bżonn politiċi nodfa, onesti li verament iħobbu lil pajjiżhom. Ma niġrux ...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 September 2024