MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526408

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

GĦALFEJN AĊĊETTAJT LI TKUN KANDIDAT DEPUTAT MEXXEJ GĦALL- AFFARIJIET TAL-PARTIT LABURISTA? Matul diskussjonijiet li kelli mad- delegati f 'dawn l-aħħar jiem, kienu ħafna li inkoraġġewni biex nikkunsidra u ma nibqax lura sabiex nilqa' s-sejħa taghhom. Kienu ħafna mid-delegati li semmewli l-ħidma tiegħi fl-istrutturi tal-Partit u l-Gvern Laburista sa minn żgħożiti – fil-Kumitat Lokali, fil-Fergħat taż-Żgħażagħ, fil-Kunsill Lokali ta' Ħad- Dingli fl-irwol ta' Sindku, Rappreżentant tal- Kunsilli Lokali fl-Amministrazzjoni tal-Partit, Segretarju Parlamentari għall-Presidenza u l-Fondi Ewropej, Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u issa Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej. Intbaħt li tarġa tarġa l-istorja tiegħi fil-Partit Laburista saret sinonima mal-firxa wiesgħa tan-nies li jiffurmaw parti mill-organu ewlieni tal-Partit Laburista – il-Konferenza Ġenerali. Kemm ma' dak iż-żagħżugħ li għadu jibda l-ħidma tiegħu bħala delegat tal-Partit Laburista, kif ukoll ma' dawk il-ħafna delegati li l-Partit Laburista llum il-ġurnata tista' tgħid li hija t-tieni dar tagħhom. Dawn id-diskussjonijiet mad-delegati kif ukoll ma' kull kollega fil-grupp parlamentari kienu strumentali sabiex niddeċiedi li nagħti sehem akbar fit-tisħiħ u t-tiġdid tal-Partit u l-Gvern Laburista. X'INHUMA L-BŻONNIJIET IMMEDJATI TAL-PARTIT LABURISTA? Il-Partit Laburista huma n-nies li jiffurmaw u jżommu ħajjin l-istrutturi li huma kruċjali kull darba li partit imur għal test elettorali irrispettivament jekk ikunx fil-gvern jew le. Il-bżonn immedjat tal-Partit Laburista, anke mil-laqgħat li kelli mad-delegati f 'dawn il-jiem, huwa li jara li jerġa' jqajjem l-istess ambjent ta' tama u entużjażmu f 'dawn l-istrutturi li wasslu biex fl-aħħar ħmistax-il sena l-poplu ra fil-Partit Laburista l-għażla li tista' tagħti futur aħjar lil pajjiż. IĊ-ĊENTRU NAZZJONALI LABURISTA QED JIĠI DESKRITT BĦALA "POST MEJJET U BLA ATTIVITÀ". KIF SE TBIDDEL DAN KOLLU? L-ambjent fl-istrutturi kollha tal-Partit li semmejt fil-mistoqsija ta' qabel huwa kruċjali biex iċ-CNL ikun ħaj bl-attività. Fl-irwol il-ġdid tiegħi bhala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, inwiegħed li se nikkontribwixxi u nagħmel l-almu kollu tiegħi biex jinħoloq ambjent li jwassal għal Centru li jkun deskritt bħala ħaj u mimli bl-attività. META TĦARES LURA LEJN L-ELEZZJONIJIET EWROPEJ U TAL- KUNSILLI LOKALI, X'KIENET IL- PROBLEMA FIL-KAMPANJA? Kull kampanja hija bbażata fuq messaġġi li partit iwassal lin-nies. Il-Partit Laburista kellu messaġġ li wasslu għal rebħa fl-aħħar elezzjonijiet imma ma kienx ibbażat u msejjes fuq ambjent adegwat fl-istrutturi tal-Partit li jassigura li l-messaġġ qed jolqot il-ħsibijiet u l-qlub tan-nies biex ikun żgurat li jintlaħaq ir- riżultat mistenni u mixtieq. HEMM SUĠĠETT FIL-PARTIT LABURISTA LI KULĦADD JIPPROVA JEVITA. IL-KWISTJONI JOSEPH MUSCAT. F'GĦAJNEJN ĊERTI NIES IL-PL GĦANDU JIDDISTAKKA RUĦU MINN JOSEPH MUSCAT. X'TAĦSEB? Kull organizzazzjoni għandha l-istorja tagħha li tkun bbażata fuq fażijiet b'mexxejja differenti. L-istorja, tiddistakka jew ma tiddistakkax minn fażijiet partikolari, xorta mhux ħa titħassar jew fażijiet minnha jerġgħu jinkitbu. Allura naħseb li l-istrutturi tal- partit m'għandhomx jinħlew fuq hekk imma għandhom ikunu ffukati fuq kif ikompli jinħoloq dak l-ambjent fl-istrutturi kollha biex ikun żgurat li l-poplu jkompli jħares lejn il-Partit Laburista bħala l-għażla li għandha l-aħjar ideat għall-futur tal-pajjiż. IL-PARTIT LABURISTA HU KKRITIKAT KEMM FUQ L-AMBJENT U ANKE FUQ NUQQAS TA' KONTABILTÀ. XI JRID ISIR? Bħalma l-Partit Laburista fehem l-aspettattivi tan-nies f 'dan l-aħħar deċennju fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, libertajiet ċivili, childcare b'xejn, eċċ. għax kellu ambjent fl-istrutturi tiegħu li wassal għal dan, nemmen li b'ħidma biex jerġa' jkun hemm l-ambjent adwegat fl- istrutturi tal-Partit l-istrutturi jerġgħu jkun ta' xprun biex il-Partit jiem u jiggwida lill- Gvern biex jimplimenta l-aspettattivi tal-poplu fil-qasam tal-ambjent u l-kontabilità politika. IL-GRUPP PARLAMENTARI LABURISTA JIDHER LI MHUX QED JUŻA T-TALENTI KOLLHA. X'TIKKMUMENTA? Kif għedt fl-ewwel mistoqsija biex wasalt għad-deċiżjoni li nikkontesta għal Deputat Mexxej tal-Affarijiet tal-Parlament tkellimt ma' kull wieħed u waħda fil-grupp parlamentari sabiex niem jekk hemmx l-appoġġ neċessarju mill-grupp. Wara li assigurajt li hemm l-appoġ neċessarju mill-grupp għall-kandidatura tiegħi poġġejt ismi 'l quddiem. Bħalma jien kommess li naħdem biex fl-istrutturi tal-Partit jerġa' jkun hemm l-ambjent adwegat li jwassal biex nimu aħjar l-aspirazzjonijiet tal-poplu bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament kommess li naħdem biex it-talenti kollha fil- grupp parlamentari jiġu utilizzati sabiex anke l-Gvern ikun aktar effettiv fil-ħidma tiegħu parlamentari. 08 aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' SETTEMBRU 2024 • illum intervista 'L-istorja tiegħi fil-PL saret sinonima mal-firxa wiesgħa tan-nies li jiffurmaw parti mill-organu ewlieni tal-Partit' "Intbaħt li tarġa tarġa l-istorja tiegħi fil-Partit Laburista saret sinonima mal- firxa wiesgħa tan- nies li jiffurmaw parti mill-organu ewlieni tal- Partit Laburista – il-Konferenza Ġenerali."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 September 2024