Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526408
02 aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' SETTEMBRU 2024 • illum VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'din il-ġimgħa, waqt il-fażi taż-żodjaku ta' Virgo, għalik, l-istess Virgo se tagħmlek tagħraf aktar kif għandek tiddeċiedi għal deċiżjonijiet partikolari. B'hekk tagħraf dik ir-responsabbiltà u ma twettaqx deċiżjonijiet mgħaġġla. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Scorpio. Namaste. LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'din il-ġimgħa, waqt il-fażi taż-żodjaku ta' Virgo, għalik, Libra se jkun il-waqt għal aktar għarfien ta' dak li int kapaċi toffri. Minn issa, għalik dan se jkun xenarju kompletament mibdul, u għalhekk għandek tkun ferm iffokat. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Virgo. Namaste. CAPRICORN (IL-WOTT), MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR F'din il-ġimgħa, waqt il-fażi taż-żodjaku ta' Virgo, għalik, Capricorn se jkun perjodu fejn trid tagħraf sew dak li qed tesperjenza. Għalkemm jaf ikun hemm mumenti ta' tibdil, tibżax minn dan, anzi kattar il-kuraġġ fik. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Pisces. Namaste. TAURUS (IT-TAWR), MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' ME JJU F'din il-ġimgħa, waqt il-fażi taż-żodjaku ta' Virgo, għalik, Taurus se tagħmlek tirrifletti iżjed profondament x'vera tixtieq. Dan se jkun qed iħejjik biex tkun f 'qagħda tajba biex tagħraf tilqa' għal dak li hemm riesaq lejk. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Leo. Namaste. CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'din il-ġimgħa, waqt il-fażi taż-żodjaku ta' Virgo, għalik, Cancer se tagħmlek tagħraf li trid tkun aktar iffokat lejn il-miri prinċipali tiegħek. Kun aktar attent u analizza. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Virgo. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-Oroskopju waqt iż-żodjaku ta' Virgo (l-Għodra) Mill-Ħadd 8 ta' Settembru sas-Sibt 14 ta' Settembru Fi tmiem Lulju 2024, il-Fond Konsolidat tal- Gvern irreġistra surplus ta' €60.3 miljuni, żvilupp sinifikanti meta mqabbel mas-sena ta' qabel fejn kien hemm defiċit ta' €302.4 miljuni. Dan is- surplus huwa riżultat ta' żieda qawwija fid-dħul rikorrenti u kontroll relattiv tan-nefqa, li flimkien iġġeneraw bidla pożittiva fil-finanzi tal-Gvern. Meta mqabbel ma' Lulju 2023, id-dħul rikorrenti żdied b'€658.1 miljun, filwaqt li n-nefqa totali żdiedet b'€295.4 miljuni. Din iż-żieda fid-dħul kienet iktar qawwija minn dik fin-nefqa, u wasslet għal bidla fil-Fond Konsolidat tal-Gvern ta' €362.7 miljun. L-akbar kontribut għaż-żieda fid-dħul ġie mit-Taxxa tad-Dħul, li żdiedet b'€356 miljun. Filwaqt li d-dħul tal-Gvern żdied b'mod sinifikanti, kien hemm ukoll żieda fin-nefqa. Il- kategorija Programmi u Inizjattivi rrappurtat l-akbar żieda tan-nefqa b'€211.6 miljuni. Il- Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali, ir-Riżorsi tal-Unjoni Ewropea, u l-Għajnuna għar-ristrutturar tal-linja nazzjonali tal-ajru kienu fost l-aktar setturi li raw żidiet sinifikanti fin-nefqa. Sa tmiem Lulju 2024, in-nefqa totali tal-Gvern laħqet l-€4,029.2 miljuni, żieda ta' €295.4 miljuni mis-sena preċedenti. Minn din is-somma, in- nefqa rikorrenti kienet ta' €3,537 miljun, żieda ta' €293.9 miljun. Madankollu, in-nefqa kapitali naqset b'€27 miljun, prinċipalment minħabba tnaqqis fl-inċentivi għall-investiment u l-inizjattiva REPowerEU. Id-dejn tal-Gvern Ċentrali fl-aħħar ta' Lulju 2024 kien ta' €9,769.7 miljuni, żieda ta' €373.5 miljun meta mqabbel mas-sena ta' qabel. L-akbar kontribut għal din iż-żieda kien minn żieda fl-istokks tal- Gvern ta' Malta ta' €696.1 miljun, kif ukoll dejn barrani u l-ħruġ tal-muniti tal-ewro f 'isem it-Teżor. Surplus ta' €60.3 miljuni fil-fond konsolidat tal- Gvern fi tmiem Lulju 2024 Raġel ta' 37 sena weġġa' gravi s-Sibt filgħodu, wara li ħabat bil-mutur fir-Rabat Għawdex. Il-każ seħħ fis-7.20am fi Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat. Ir-raġel, residenti r-Rabat stess, weġġa' wara li kien involut f 'ħabta ma' karozza misjuqa minn żagħżugħ ta' 27 sena residenti ż-Żebbuġ. Tim mediku ssejjaħ fuq il-post u s-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Ġenerali t'Għawdex b'ambulanza fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi. Investigazzjonijiet tal- pulizija għadhom għaddejjin. Raġel iweġġa' gravi wara ħabta bil- mutur f 'Għawdex