MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526668

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' SETTEMBRU 2024 • illum VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU Fl-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Virgo, għalik, l-istess Virgo għandu jkun dak il-mument li jimliek b'aktar ħeġġa u determinazzjoni f 'dak kollu li verament tixtieq. Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Scorpio. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DICEMBRU Fl-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Virgo, għalik, Sagittarius huwa dak il- mument li tagħraf aħjar lil dawk ta' madwarek, tagħraf aħjar lill-kollegi tiegħek sabiex b'hekk tkompli ttejjeb il-kuntatt meħtieġ. Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Leo. Namaste. AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR Fl-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Virgo, għalik, Aquarius huwa dak il-mument ta' għarfien aktar lejn il-ħin għalik. Grazzi għal dan, int tista' tippjana aħjar il-proġetti tiegħek. Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Virgo. Namaste. ARIES (IL-KIBX), MILL-21TA' MARZU SAD-19 TA'APRIL Fl-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Virgo, għalik, Aries jista' jkun dak il- waqt ideali li tanalizza l-qagħda finanzjarja tiegħek. Agħraf oħloq skeda ġdida sabiex tagħraf tanalizza aktar. Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Capricorn. Namaste. GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU Fl-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Virgo, għalik, Gemini huwa l-mument ta' għarfien aħjar lejn il-ħajja personali tiegħek. Agħraf minn issa ibni aktar pjanijiet profondi sabiex tagħraf tkattar lilek innifsek. Irrefletti. Iż- żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Sagittarius. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Virgo Mill-Ħadd 15 ta' Settembru sas-Sibt 21 ta' Settembru Natán Jáñez Carro tiddikjara l-intenzjoni tagħha biex il-kumpanija tirreġistra għal- Liċenzja ta' Aġenzija tal-Impjiegi, skont L.N. 270 tal-2023 L-ATT DWAR IR- RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI (KAP.452) Regolamenti tal-2023 tal-Aġenziji tal- Impjieg. L-attivitajiet ipproponew jiffukaw aktar fuq il-provista ta' ħaddiema b'enfasi li jagħmluhom disponibbli għal terzi kumpaniji. Dawn jinkludu: 1. Servizzi ta' xogħol temporanju ma' terzi kumpaniji. 2. It-terzi kumpaniji jqassmu x-xogħol lit-tali ħaddiema temporanji. 3. Servizzi ta' esternalizzazzjoni li jistgħu jinvolvu provista ta' ħaddiema lil terzi kumpaniji. 4. Aġenzija ta' esternalizzazzjoni, inkluż kuntratturi u sottokuntratturi, u supervisors li jidderieġu u jikkontrollaw lill-ħaddiema. Indirizz Uffiċjali Reġistrat: Worksop, Grage E, Binja San Ġużepp Ħaddiem, Triq Indri Psaila, Ħandaq, L/O Qormi Numru tal-kumpanija reġistrata: 631849649 Gildave Spiteri kien identifikat bħala ż-żagħżugħ ta' 21 sena, residenti Ħaż-Żabbar, li tilef ħajtu s-Sibt filgħodu. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-7:45am, hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata bl-inċident u marret minnufih fuq il-post. Minn stħarriġ preliminari, irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq Peugeot 206, meta tilef il-kontroll tal- vettura u baqa' dieħel ġo parapett ta' residenza fiż-Żejtun. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu fuq il-post sabiex jassistu. Ġie missejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura, iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet it tal-ħin wara. Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat Anthony Agius Bonniċi li ħatar inkjesta, filwaqt l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. Ħadd ma weġġa f 'ħabta kerha bejn karozza u trakk kbir fit- telgħa ta' Selmun. Dan kien ikkonfermat minn kelliem tal-Pulizija, li qal lill- ILLUM illi l-aċċident seħħ għall- ħabta tal-4:15pm. Il-kelliem qal li ambulanza ġiet imsejħa fil-każ li xi ħadd kellu bżonn għajnuna medika, iżda rriżulta li ħadd ma weġġa. Ftit tal-ħin wara tneħħa l-crane u nfetħet il-karreġġjata 'l isfel, filwaqt li l-karreġġjata 'l fuq infetħet wara li l-karozza ġiet rmunkata. Ma jweġġa' ħadd f 'aċċident bejn crane u karozza fit-telgħa ta' Selmun Gildave Spiteri identifikat bħala l-vittma fl-inċident fiż-Żejtun

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 September 2024