Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526918
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 22 TA' SETTEMBRU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt S ittin sena fihom. U f 'dawn is-sittin sena ma nistgħux im- maqdru biss. Illum Malta hija pajjiż sovran, Repubblika b'ġens ambizzjuż, intelliġenti, kolt, moħħu fil- flus, Ewropew u demokratiku. Niaħru bi kwalità ta' ħajja tajba, propjetarji ta' djarna, ngħixu solidali ma' xulxin b'xibka ta' għajnuniet soċjali, ta' saħħa u eduka- zzjoni. Hawn firxa wiesgħa ta' nies b'ġid viżibbli: karozzi lussużi, dgħajjes, djar f 'Għawdex u fi Sqallija, negozji u inves- timenti. Ekonomija vibranti fl-oqsma kollha. Turiżmu varjat u investiment fi proġetti ġodda. Politika ħajja u midja niggieża. Għandna minn kollox. U rajna minn kollox. Matul dawn is-sittin sena kien hemm żminijiet koroh, fejn ħsibna li kien hawn żewġ pajjiżi u żewġ ġnus; fejn għexna u nibqgħu ngħixu l-korruzzjoni. Fuq medda ta' sittin sena, rajna d-dominanza ta' żewġ partiti politiċi, l-irrilevanza tal-Knisja fis-soċjetà tagħna, ir-rivoluzzjoni soċjali tas- soċjetà Maltija, l-investimenti fis- saħħa, is-suq ħieles li sploda bejn il-limiti, il-konnettività li żdiedet b'mod konsiderevoli, l-influwenza tal-Ewropa, l-etika fil-politika u l-multikulturaliżmu f 'pajjiżna. Imma apparti hekk rajna numru ta' okkażjonijiet b'assenza totali ta' viżjoni għal pajjiżna b'politiċi ta' kull lewn jaraw biss sa mneħirhom. Fis-sens li ħafna drabi kien hemm deċiżjonijiet xprunati biss minn konsiderazzjonijiet elettorali. Nazzardaw ngħidu li dejjem u kull darba li ttieħdet deċiżjoni, ir- raġunijiet prinċipali kienu elettorali – BISS. Huwa għalhekk li llum f 'pajjiżna, għandna sitwazzjoni li persuni jilħqu l-iktar għax huma ta' ġewwa u fdati mill-partit fil-Gvern. Il-kultura ta' nepotiżmu mhux biss hija aċċettata imma mistennija mingħand dawk li jeleġġu l-partit tagħhom fil-gvern. Hemm imbagħad il-politika dwar l-ippjanar, politika maħsuba biex taqdi lil min jiżviluppa u jiffinanzja l-partiti politiċi. U huwa għalhekk li Malta u Għawdex ġibnieha maqjel, b'monumenti ta' konkrit, u kruha ta' post. Hemm imbagħad il-politika li l-Gvern jappoġġja oqsma differenti mingħajr ma jara min jiflaħ u ma jiflaħx. Is-sussidju tal-fuel, tal-istipendji, tal-iskejjel privati, tal-lukandi, ta' ċerti negozji u attivitajiet kummerċjali. Hemm ħafna affarijiet, fosthom li għandna gvern kbir wisq. Kulħadd impjegat mal-Gvern u kulħadd dipendenti fuq il-Gvern. Hemm il-kwistjoni serja ta' kif nittrattaw il-migranti f 'pajjiżna jew in- nies tat-tielet dinja. U fl-aħħar, irridu nistaqsu jekk sittin sena oħra Malta rriduhiex pajjiż li tista' tgħix ġo fih jew mekka ta' negozji differenti jorbitaw fi gżira ċkejkna, imbullata bin-nies u kerha b'torrijiet tal-konkrit u fgata bil-karozzi. Irridu nistaqsu jekk irridux inkomplu ngħixu f 'pajjiż mingħajr boxxla. Fejn l-uniku pjanijiet huma dawk imfasslin biex il-politiċi li jmexxuna mingħalihom iżommu n-nies kuntenti u leali lejn il-partit tagħhom. Biex huma jkunu jistgħu jkomplu jgħixu l-ħajja komda tagħhom. 60 sena ta' Indipendenza