Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526918
08 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' SETTEMBRU 2024 • illum aħbarijiet TAQBEL MAL-INIZJATTIVA LI TARA S-SUSSIDJAR FL-ISKEJJEL TAL-PRIVAT? GĦALIEX? Inqisu prinċipju sagrosant li l-iskejjel kollha għandhom ikunu miuħa għal kulħadd. M'għandux ikun hemm bibien magħluqa għal xi wħud sempliċement għax jonqoshom il-mezzi finanzjarji, jew għax iħaddnu twemmin differenti. Dan jimplika li l-iskejjel kollha, huma liema huma, għandhom ikunu b'xejn. Dan ifisser li l-istat għandu jagħmel tajjeb għal dan. Il-mudell Żvediż fejn anke l-iskejjel privati huma b'xejn għax issussidjati mill-Gvern, jista' jservi ta' referenza f 'dan ir- rigward. F'dan is-sens, is-sussidju li ta l-Gvern dan l-aħħar lill- iskejjel privati, jista' jitqies nofs leħja għaliex filwaqt li jista' jkun li jtaffi mill-ispejjeż li għandhom il- ġenituri eżistenti fl-iskejjel privati, xorta ma ggarantiex aċċess għal kulħadd f 'dawn l-iskejjel. Fl- aħħar mill-aħħar, min ma jiflahx iħallas, xorta se jibqa' b'xiber imnieħer. KIF TAĦSEB LI SE TIMPATTA L-ISTUDENTI DIN L-INIZJATTIVA? Għall-istudenti tal-iskejjel privati se tfisser li l-iskola se jifdlilha iktar flus x'tonfoq fuq riżorsi li jkun hemm bżonn. Din tfisser li dawn l-iskejjel se jibqgħu aċċessibbli għall-ġenituri li bħalissa jifilħu jħallsu l-miżati eżistenti. Mhux se tagħmel dawn l-iskejjel aċċessibbli kompletament. Id-dritt tat-tfal li jgħixu d-diversità u l-inklużjoni b'mod kemm jista' jkun wiesgħa jibqa' mnaqqar. HAWN MIN JARGUMENTA LI L-GĦALLIEMA GĦANDHOM IŻIDU S-SIGĦAT TA' KUNTATT (CONTACT HOURS) U JITNAQQSU L-VAGANZI TAS-SAJF BIEX L-ISTUDENTI JAGĦMLU AKTAR ĦIN L-ISKOLA. X'TIKKUMMENTA? L-ewwel u qabel kollox, ikun iktar għaqli li nkomplu niffukaw fuq kif il-ħin eżistenti tal-iskola jintuża b'mod kemm jista' jkun effettiv; il-bżonn li ninfatmu it iktar (jew iktar minn hekk) mill-edukazzjoni tradizzjonali tal-kontenut, għal edukazzjoni ta' iktar inizjattiva, ħiliiet kritiċi, spazju kreattiv, u komunitarju. Studji juruna li għal numru ta' studenti b'diffikultà u żvantaġġ, iċ-ċans li l-progress li jkun sar matul is-sena jiżvinta ikun ikbar minħabba sajf twil li fih ikunu nqatgħu kompletament mill-iskola. Filwaqt li hemm l-Iskolasajf aċċessibbli għal kulhadd, jista' jkun hemm bżonn l-organizzazzjoni ta' iktar interventi speċifiċi ma' tfal partikulari, biex nassiguraw li dawn it-tfal ikollhom iktar kontinwazzjoni u ma jaqgħux lura. TARAH ĠUST LI META L-GĦALLIEMA JKOLLHOM JUM IL-ĠENITURI JEW IN- HOUSE TRAINING, DAWN JITTIEĦDU MIS-SIGĦAT TAL- ISKOLA, MILL-ISTUDENTI? Iktar ma jirnexxilna nżidu ħin ta' tagħlim, aħjar. Fl-istess waqt iżda, f 'kull post tax-xogħol, hija meqjusa bħala prattika tajba li t-taħriġ isir waqt il-ħin tax- xogħol biex kemm jista' jkun ma jitnaqqarx il-ħin personali tal- ħaddiema. Dan għandu jgħodd ukoll għall-edukaturi. Tajjeb li jingħad hawnhekk, li ħafna edukaturi, min jeddhom, japplikaw għal korsijiet lil hinn minn dak li huwa statutorjament mitlub minnhom. Dan jagħmluh wara l-ħinijiet tal-iskola u fil-vaganzi tagħhom. Kull taħriġ huwa rikkezza li minnha, fl-aħħar mill- aħħar igawdu l-istudenti. Jiem il-Ġenituri mbagħad inqishom bħala estensjoni tal-assessjar tat- tagħlim, li jagħti l-possibbiltà lill-istudenti biex isiru aħjar, mhux biss fuq livell akkademiku, imma anke fuq livell personali u relazzjonali. Jum il-Ġenituri huwa ħin ta' djalogu bejn l-edukaturi u l-ġenituri u fl-aħħar mill-aħħar mal-istudenti nfushom. Għalija, dan il-ħin huwa estensjoni naturali tal-ħin tat-tagħlim ġaladarba l-feedback huwa ingredjent essenzjali fil-proċess edukattiv. Inżid li l-kuntatt mal- ġenituri ma jistax jieqaf sal-it minuti waqt Jum il-Ġenituri ma' kull ġenitur, imma jrid ikun proċess dejjiemi ta' djalogu bejn il-ġenituri u l-edukaturi. Jum il-Ġenituri hija biss parti żgħira minn dan id-djalogu. BOSTA KRITIKAW IL-GVERN TALLI "SE JISSUSIDJA SKE JJEL, LI DIĠÀ JIBBENIFIKAW LIS-SINJUR." X'TIKKUMENTA? Il-flus mhux se jmorru la fil- bwiet tal-ġenituri, u lanqas fil-bwiet tas-sidien tal-iskejjel indipendenti. Ħa jmorru għand l-għalliema. Jekk mhux se nieħdu ħsieb l-għalliema, f 'kull settur, diġà għadna problema biex ikollna għalliema u din il-problem se tikber. Dan hu punt li jrid jisemma, għax aħna diġà għadna l-problemi, bħal ma għandhom ukoll pajjiżi oħra. Irridu nieħdu ħsieb l-għalliema. Il-flus se jmorru hemm, għax sar il-fethim settorjali mal-iskejjel tal- gvern, ovvjament l-għalliema fil- iskejjel tal-knisja jkollhom l-istess kundizzjonijiet u l-indipendenti jridu jkollhom l-istess ukoll, għax inkella ma tagħmilx sens. Nerġa ngħid, il-flus mhux imorru bħala kapital għall-iskejjel indipendenti. Jien nifhem min jgħid li jrid jkun hemm tqassim aħjar tal-ġid, imma dik mhux fl-edukazzjoni tagħmilha. Tagħmilha permezz ta' taxxi, biex ikun hemm tqassim ta' ġid. Aħna għandna 10% tal-aktar nies sinjuri f 'Malta jikkontrollaw 90% tal-ġid f 'Malta, possibbli fuq l-10% ma nistgħux nagħmlu aktar taxxi ġusti? Għal ġustizzja fiskali? GĦANDEK MIN JGĦID LI DAN HU NEGOZ JU. JEKK FALLE JT, MA TIEĦUX GĦAJNUNA TAL- GVERN, IMMA TAĊĊET TA L-FALLIMENT. Dan mhux negozju. Mela jekk trid tagħmel il-flus se tiftaħ skola indipendenti? Min jitkellem hekk m'għandhux idea xi tfisser li tmexxi skola indipendenti. Jekk trid tagħmel l-flus ma tmurx tiftaħ skola indipendenti. Jien ma naqbilx ma dawk li jaħsbu li l-sikejjel huma xi magna biex tagħmel ħafna flus. Min jagħmel allegazzjonijiet bħal dawn, irid jgħid ukoll, dawn qed jonfqu daqsekk flus, qed jagħmlu daqsekk qliegħ. Mhux il- każ. L-istudji li rajt jien sakemm kont ministru, dawn l-iskejjel kellhom spejjeż kbar. DAN KOLLU KIF SE JGAWDU MINNU T-TFAL? Li jkollhom l-għalliema. Jekk ma tistax iżomm l-għalliema fis- settur tiegħek, x'se jagħmlu mhux jitilqu? It-titjib fil-kundizzjonijiet tal-għalliema, għandu jwassal titjib fis-servizz lejn it-tfal, l-edukazzjoni innifisha. Dawn il-flus ma tieħdux mill-iskejjel tal-istat u tahom l-indipendenti. Kull ma għamel il-gvern, huwa żied in-nefqa fl- edukazzjoni. Din mhxu kwistjoni li ħadtlek ewro, u tajtu lil xi ħadd aħjar minnek. 'Fl-aħħar mill-aħħar, min ma jiflahx iħallas, xorta se jibqa' b'xiber imnieħer' - Mario Mallia 'Il-flus mhux imorru bħala kapital għall-iskejjel indipendenti ' – Evarist Bartolo