MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526918

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

intervista illum • IL-ĦADD 22 TA' SETTEMBRU 2024 07 KIF SE JMORRU AĦJAR L-ISTUDENTI U T-TFAL B'DAN IL-FTEHIM? Naħseb illi rridu nitilqu mill-punt illi dan il-proċess li qed tagħmel referenza għalih ma jitteħidx inkunsiderazzjoni waħdu, iżda f 'ambjent aktar wiesgħa li jinkludi anke l-ehim settorjali maqbul għall-iskejjel tal-istat it tal-ġimgħat ilu. Hemmhekk l-edukaturi kien ħaqqhom ir-rikonoxximent għax-xogħol kbir illi għamlu, u permezz ta' dan il-ehim ingħataw propju dak ir- rikonoxximent. Ovvjament, meta jkollok edukaturi li jħossuhom stmati u illi qegħdin jingħataw dak li ħaqqhom, ħa jkollok ambjent edukattiv li jkun wieħed aktar seren u aktar b'saħħtu, bil-benefiċjarji ewlenija ta' dan kollu jkunu t-tfal. Tajjeb wieħed jgħid ukoll li dan kollu jimxi paripassu mal-istrateġija nazzjonali għall- edukazzjoni, li hija ċċentrata u mibnija kollha kemm hi fuq il-benesseri tal-persuna. Irridu sistema edukattiva li fiċ-ċentru tagħha jkollha lill-bniedem, u żgur li lkoll naqblu li fiċ- ċentru tas-sistema edukattiva tagħna għandu jkun hemm, kemm l-edukaturi, kif ukoll l-istudenti. TAĦSEB LI KIEN IKUN GĦAQLI LI L-GĦALLIEMA JKUNU KOSTRETTI JŻIDU S-SIGĦAT TA' KUNTATT (CONTACT HOURS)U JITNAQQSU L-VAGANZI TAS-SAJF BIEX L-ISTUDENTI JAGĦMLU AKTAR ĦIN L-ISKOLA? Bħala pajjiż, għandna l-għarfien u aħna konsapevoli mill-fatt illi s-sistema edukattiva mhijiex biss il-ħinijiet tradizzjonalment assoċjati mal-klassijiet, iżda hija xi ħaġa ħafna aktar wiesgħa. Wieħed ma jridx jinsa d-diversi servizzi li jingħataw lill-istudenti, anke fil-ġranet u ħinijiet li mhumiex assoċjati b'mod tradizzjonali mal-ħinijiet akkademiċi, inkluż anke s-servizzi li jingħataw fis-sajf. Min- naħa l-oħra, is-sigħat huma marbutin mas- sillabi u mal-kurrikulu nazzjonali edukattiv. Allura, dik hija r-riga li rridu nużaw biex niddeterminaw x'għandhom jieħdu t-tfal tagħna. Barra minn hekk, naħseb li wieħed irid iħares lejn dak li rridu nagħtu lit-tfal tagħna. Irridu nassiguraw li t-tfal jieħdu l-aqwa għodda biex jilħqu l-iżvilupp sħiħ tagħhom, u diġà hemm ħidma għaddejja biex nassiguraw illi l-kurrikulu jirrifletti dan kollu. TARAH ĠUST LI META L-GĦALLIEMA JKOLLHOM JUM IL-ĠENITURI JEW IN- HOUSE TRAINING, DAWN JITTIEĦDU MIS-SIGĦAT TAL-ISKOLA, MILL- ISTUDENTI? Dwar Jum il-Ġenituri, naħseb li m'hemmx dubju li din mhux qed tieħu mill-istudenti, iżda b'mod fattwali tista' tagħti lill-istudent. Meta għandek il-kuntatt u l-involviment tal- ġenituri, ir-realtà hija li l-istudent jibbenefika minnha. Irridu nimu wkoll li, filwaqt li b'mod tradizzjonali wieħed kien jassumi li l-edukazzjoni tat-tfal tingħata biss fil-klassi, bħala pajjiż irridu nimu li l-edukazzjoni tingħata minn firxa aktar wiesgħa ta' miżuri li jikkumplimentaw dak li jsir fl-iskejjel u l-klassijiet tagħna. Żgur li l-ġenituri huma parti essenzjali minn dan kollu, u fiż-żmien li ġej, ħa nkunu qegħdin inħabbru numru ta' inizjattivi li jikkonfermaw kemm il-ġenituri għandhom rwol ċentrali fil-perkors edukattiv ta' wliedhom. Allura, wieħed ma jara xejn ħażin li Jum il-Ġenituri jsir fil-ħinijiet tal- iskola. F'dak li għandu x'jaqsam mat-taħriġ, dan huwa kruċjali għaliex fl-aħħar tal-ġurnata jibbenefikaw minnu b'mod dirett l-istudenti. Anke jekk wieħed iħares lejn il-ehim kollettiv li għadu kif ġie maqbul it ilu, hemm diversi toroq li jassiguraw li edukaturi jistgħu jieħdu dan it-taħriġ permezz ta' opportunitajiet differenti, inkluż in-house training. HUWA MINNU LI DAWN IL- KUNDIZZJONIJIET ĠODDA SE JATTIRAW AKTAR GĦALLIEMA? Huwa minn ewl id-dinja li meta wieħed jagħti kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol, jattira aktar nies lejn il-professjoni. Naħseb li dan il- ehim huwa fost l-aktar aspetti li se jkunu ta' għajnuna biex nattiraw aktar żgħażagħ lejn il- professjoni u karriera fis-settur edukattiv. Tajjeb wieħed jgħid ukoll li hemm diversi aspetti oħra importanti biex jattiraw nies lejn il-professjoni, fosthom ir-rispett li din il-professjoni jistħoqqilha. Hemm diversi inizjattivi u miżuri oħra li għandhom l-għan li jagħtu aktar għarfien, mhux biss lill-edukaturi u lill-istudenti, imma lis-soċjetà inġenerali, dwar il-fatt li l-edukatur huwa parti ċentrali u integrali fil-perkors edukattiv tat-tfal ta' dan il-pajjiż. Naħseb li l-istrateġija nazzjonali għall- edukazzjoni u l-enfasi fuq il-benesseri, inkluża dik tal-edukatur, hija xi ħaġa li tikkonferma dan kollu. GĦANDU JKUN HEMM REGOLA ĊARA LI GĦALLIEMA MA JAGĦTUX PRIVAT FIL-ĦIN PRIVAT TAGĦHOM, FID-DAWL TA' DAWN IŻ-ŻIDIET? Il-ħin privat hu ismu miegħu, jiġifieri privat. Filwaqt li fuq naħa wieħed jitkellem dwar right to disconnect u dwar il-ħin ta' kwalità li wieħed jistħoqqlu, naħseb li għandu jkun hemm l-għarfien li kulħadd għandu d-dritt li fil-ħin liberu tiegħu jagħmel dak li jħoss li hu ġust. Però, mhix kwistjoni tal-edukatur biss; din hija mistoqsija li trid issir ukoll lill-ġenituri li jħossu, minkejja l-kwalità tajba tas-sistema edukattiva, li jridu jagħtu xi ħaġa aktar lil uliedhom fil-perkors edukattiv tagħhom. Dan jista' jkun ukoll minħabba li bħala poplu aħna kompetittivi, u l-ġenituri dejjem jixtiequ lil uliedhom ikunu pass qabel sħabhom fuq l-istess bank tal-iskola. NOTI IMPORTANTI Lil hinn minn dawn il-mistoqsijiet, li b'mod dirett naħseb huma relatati mal-ehim settorjali, hemm aspetti oħra li għandhom jiġu enfasizzati. F'dak li għandu x'jaqsam mal-għajnuna li tajna lill-edukaturi u lill-familji li jibagħtu lil uliedhom fi skejjel indipendenti, huwa importanti li nagħmlu enfasi fuq xi punti li qegħdin jiġu sorveljati. Filwaqt li m'hemm l-ebda liġi li tisħaq li l-ħlasijiet fl-iskejjel privati u indipendenti għandhom ikunu identiċi għal dawk fis-settur pubbliku jew fis-settur tal-Knisja, ir-realtà hija li l-edukaturi f 'dan is-settur jistennew li jkollhom kundizzjonijiet tax-xogħol simili għall-kollegi tagħhom fis-settur pubbliku. L-għajnuna li ngħatat lil dan is-settur tħares lejn l-ammont ta' tfal li qegħdin jirċievu l-edukazzjoni tagħhom. Qegħdin nuru ruħ soċjali billi assigurajna li numru konsiderevoli ta' familji jkunu kapaċi jlaħħqu mal-miżati, filwaqt li l-istess edukaturi se jibbenefikaw minn sitwazzjoni ħafna aktar spedita meta l-iskejjel u l-unions jiltaqgħu biex jinnegozjaw il-ehim kollettiv tal-iskola partikolari. Punt ieħor li huwa importanti li nsemmu huwa l-fatt li f 'dan is-settur għandek aktar minn 8,000 student u fuq 960 edukatur, li huma porzjon importanti ħafna tas-sistema edukattiva tagħna. Dan il-porzjon jistħoqqlu kull għajnuna, anke fid-dawl tal-fatt li ma nistgħux ngħidu li aħna ministeru tal- edukazzjoni għal sezzjoni biss mill-komunità edukattiva jew għall-istudenti ta' pajjiżna. Punt ieħor addizzjonali huwa li kellna skejjel li infurmawna li l-miżati kienu se jogħlew b'mod sproporzjonat, li seta' jwassal għall- instabbiltà fis-settur privat. Din l-instabbiltà kienet se taffettwa wkoll is-settur tal-iskejjel pubbliċi, u kien hemm skejjel fil-periklu li jieqfu jeżistu. Dan huwa punt importanti li rridu nżommu f 'konsiderazzjoni, peress li dawn l-iskejjel jagħtu servizz lill-istudenti ta' pajjiżna u huma parti importanti mill- ekosistema edukattiva. Barra minn hekk, f 'diversi okkażjonijiet, meta investituri barranin jiġu biex jieħdu deċiżjoni li jirrilokaw ix-xogħol tagħhom lejn pajjiżna, dawn iqisu wkoll is-servizzi edukattivi li jkunu disponibbli għal uliedhom. 'B'edukaturi li jħossuhom stmati... ikollok ambjent edukattiv li jkun wieħed aktar seren'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 September 2024