intervista
IL-ĦADD 22 TA' SETTEMBRU 2024 • illum
06
Il-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Grima tkellem mal-
ILLUM dwar is-sussidji reċenti li l-gvern introduċa għal
skejjel privati, miżura li diġà qed tqajjem diskussjoni
sħiħa. Filwaqt li l-Ministru ddefenda din l-inizjattiva bħala
pass neċessarju biex jiġu evitati żidiet sproporzjonati fil-
miżati skolastiċi, huwa stqarr ukoll li din se tikkontribwixxi
għal ambjent edukattiv aktar pożittiv għat-tfal.