MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526918

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 kultura IL-ĦADD 22 TA' SETTEMBRU 2024 • illum 'Li jiġri bil-film barra xtutna storj'oħra, però għalija l-udjenza lokali hija prijorità Id-Direttur tal- film 'Castillo' Abigail Mallia titkellem mal-gazzetta ILLUM, dirett minn Los Angeles MARIANNA CALLEJA Il-film 'Castillo', prodott minn Take Two, ġie magħżul mill-Malta Academy Selection Committee biex jirrappreżenta lil Malta għall- kategorija International Feature Film fin-97th Academy Awards. Dan jirrappreżenta pass importanti għall-industrija Maltija tal-films, bil-film issa jikkompeti fuq livell internazzjonali għall- Oscars. L-ILLUM titkellem ma' Abigail Mallia, id-Direttur tal- film 'Castillo' dwar il-proċess wara l-film, l-istigma wara l-films lokali, u l-opportunità tagħhom internazzjonalment. Peress li 'Castillo' diġà għandu udjenza, kemm mill-ktieb, kif ukoll mit-teatru, ħassejtu iktar pressjoni biex tilħqu l-aspettattivi bil- verżjoni tal-film? Kif ibbilanċjajtu l-lealtà għal dak oriġinali filwaqt li ġġibu xi ħaġa friska u ċinematikografika għall-istorja? Naħseb li l-proċess li ra lil Castillo l-ewwel joħroġ bħala ktieb, imbagħad fit-teatru u issa film, iktar milli pressjoni, ħoloq ħafna spazju għall-profondità li tkun tista' tesplora biss meta tqatta' dal- ħin kollu ma' proġett. Għalhekk meta ġejna għall-kitba tal-film, il-karattri konna nafuhom sew u stajna nilagħbu ħafn'iktar bl-istorja. Pruvajna kemm jista' jkun inżommu leali lejn il-ktieb ta' Clare, fil-waqt li noħolqu adattament oriġinali li jaħdem fuq livell ċinematografiku. Kif avviċinajtu l-iżvilupp tal- karattri f'Castillo? Liema aspetti tal-karattri huma l-aktar uniċi fil- fehma tagħkom? L-iktar karattru li nħoss huwa uniku huwa dak ta' Emma – mara li għexet fit-tmeninijiet, li għaddiet minn trawma meta qatlulha 'l oħtha, u spiċċat titlaq lir-raġel u lit-tifla ta' seba' snin. F'dak iż-żmien ma kinitx tas-soltu li mara tagħmel ta' rasha b'mod daqshekk assolut, u li tispiċċa ma tarax lit-tifla għal għoxrin sena sħaħ. Kultant, l-imħabba tal- omm lejn it-tfal narawha bħala xi ħaġa li tiġi naturali meta mhux dejjem ikun il-każ. Karattru ieħor interessanti huwa dak ta' Castillo ... li jgħix f 'kull dinja, imma mhux qiegħed fid-dinja. Imma daqshekk se ngħid fuqu! Kif kien il-proċess ta' casting għal Castillo? Kif sibtu l-atturi ideali għal dawn ir-rwoli? Dan sar meta għamilna l-auditions għall-proġett tat-teatru. Kellna proċess intensiv ta' auditions. Kien hemm xi influwenzi jew diretturi speċifiċi li ispiraw l-istil ta' Castillo? Iem, jien inħobb ħafna lil Sorrentino, u anka ċinema oħra Taljana, jiġifieri xi ispirazzjoni minn hemmhekk ġiet żgur. Kif kien differenti l-proċess tal-adattament ta' Castillo minn ktieb għal film mill-adattament preċedenti tiegħu bħala produzzjoni teatrali? Kien hemm elementi li sibtu eħfef jew aktar diffiċli biex tittraduċu għal fuq l-iskrin? Udjenza li diġà rat Castillo fit-Teatru, se tinnota xi tibdiliet? Naħseb il-proċess għalina kien iktar faċli meta ġejna biex nibnu l-film, għax huwa medium li aħna iktar imdorrijin fih. Kellna iktar libertà u kunfidenza. Min ra Castillo fit-teatru, se jara film li fl- għeruq tiegħu huwa simili, però fuq livell ta' storja jinħass proġett ġdid, rakkont minn perspettiva ġdida. Ma' xiex tittama li l-udjenzi se jirrelataw l-aktar meta jaraw Castillo? Hemm diversi temi. Forsi waħda mill-iktar temi li jkidduni li qed nesploraw fil-film hija din: meta tara inġustizzja, għandek titkellem, bir-riskju li jagħmlulek il-ħsara, jew għandek tibqa' ħalqek magħluq? Kull min jiġi jara l-film se jkun konfrontat u provokat. Xi tfisser li tkun omm? X'jiġri jekk meta jkollok it-tfal ma tħossx dik l-imħabba lejhom li titqies bħala xi ħaġa 'naturali'? L-industrija Maltija tal-films għadha relattivament żgħira meta mqabbla mas-swieq internazzjonali. Tibżgħu li Castillo jibqa' film f'niċċa limitat għall- udjenzi lokali? M'għandix dik il-biża' għax naħseb li huwa anzi importantissimu li Castillo jkun f 'dik in-niċċa. Importanti iktar minn kull ħaġa oħra li bħalissa l-films li nagħmlu jirrakkontaw l-istorja tagħna. Għandna bżonn naraw lilna nfusna fuq l-iskrin biex nesploraw l-identità tagħna bħala poplu u nimu x'kontribut siewi għandha l-kultura minn dan l-aspett. Li jiġri bil-film barra xtutna storj'oħra, però għalija l-udjenza lokali hija prijorità. Kif tindirizza t-tħassib tal-kritiċi li ħafna drabi jassoċjaw baġits iżgħar ma' kwalità ta' produzzjoni aktar baxxa? Kellek saħansitra l-Kummissarju Malti tal-Films li wera din l-isfiduċja, imma intom, kemm intom fiduċjużi li Castillo jista' jkun daqs films internazzjonali akbar? Iem, meta tara, żgur ma temminx il-budget li bih sar il- film. Il-livell huwa internazzjonali. Però biex sar dan, kull min ħadem fuqu ma tħallasx kif ħaqqu, u bata ħafna. Din trid tinqata' u tinqata' biss meta l-istituzzjoni tara l-valur fl-investiment li tagħmel fl-artist. Hemm xi passi li l-gvern lokali jew is-settur privat jistgħu jieħdu biex jappoġġjaw aħjar lill-produtturi tal-films Maltin bħalkom? Iridu jinbnew strutturi li jiffukaw fuq films u proġetti televiżivi li jistgħu jiġu esportati barra minn Malta peress li s-suq tagħna huwa ferm żgħir. Però mingħajr struttura li twassal għal kollaborazzjoni ma' pajjiżi oħra, diffiċli ferm biex naslu. "Forsi waħda mill-iktar temi li jkidduni li qed nesploraw fil-film hija din: meta tara inġustizzja, għandek titkellem, bir-riskju li jagħmlulek il-ħsara, jew għandek tibqa' ħalqek magħluq?"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 September 2024