MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526918

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 22 TA' SETTEMBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti BookTok se jasal f 'Żejt iż-Żejtun nhar is-Sibt BookTok, l-akbar komunità għal-letteratura fid- dinja tal-midja soċjali, waslet f 'Żejt iż-Żejtun, f 'parti miċ-ċelebrazzjonijiet li se jsiru nhar is-Sibt, 28 ta' Settembru. Din l-attività se ssir waqt il-bejgħ ta' kotba second-hand fejn se jkun hemm sezzjoni ddedikata għal min iħobb il-kotba li bdew isiru popolari grazzi għal BookTok. Din il-pjattaforma diġitali saret waħda mill-akbar muturi tal-industrija tal-pubblikazzjoni, u ġabet miljuni ta' bejgħ tal-kotba madwar id-dinja. Ħafna kotba mis-suq ta' BookTok, bħal dawk ta' Sarah J. Maas, Colleen Hoover u Emily Henry, se jkunu fost dawk għall-bejgħ f 'dan is-suq speċjali f '60 Triq San Girgor, iż-Żejtun. L-attività tibda fil-5pm u tibqa' għaddejja sa tard billejl, u se tkun opportunità kbira għal min iħobb il-qari biex jiskopri kotba ġodda u klassiċi li reġgħu sabu popolarità grazzi għal din il-komunità online. Apparti mill-kotba, se jkun hemm ukoll għażla ta' DVDs u CDs klassiċi għall-bejgħ. Żejt iż-Żejtun huwa avveniment annwali li jiċċelebra l-istaġun tal-ġbir taż-żebbuġ u t-tgħaffiġ għaż-żejt. Matul il-festa se jkun hemm daqq, kantanti, u żeffiena folkloristi libsin kostumi medjevali biex ifakkru fil-ħsad bnin. Wirja ta' għodod u prodotti agrikoli, flimkien ma' arti folkloristika, se jżejnu t-toroq. Ftajjar u ħobż biż-żejt frisk se jitqassmu b'xejn ukoll. Is-Sibt se jkun hemm għażla ta' prodotti relatati mas-siġar taż-żebbuġ għall-bejgħ, u preżentazzjoni awdjoviżiva dwar it-tkabbir tagħhom. Il-Ħadd filgħodu se jsir it-tberik tradizzjonali tal-annimali, u t-tfal li rċevew il-Griżma se jħawlu s-siġar. Il-kripta tal-Knisja ta' Santa Katarina u l-kampnari se jkunu miftuħin għall-pubbliku. Il-Programm ta' Tagħlim u Parteċipazzjoni tat-Teatru Manoel, TOI TOI, qed iniedi proġett ġdid immirat għall-persuni minn 16-il sena 'l fuq bl-isem ta' TOI TOI NextGen. L-ewwel produzzjoni ta' dan il-proġett iġġib l-isem ta' 'Nan, Me and Barbara Pravi' li se tittella' fl-Istudio eatre tat-Teatru Manoel mid-19 sal-22 ta' Settembru. Matul dawn l-aħħar snin, il-Maniġer ta' TOI TOI Kate Fenech ħadmet qatigħ fuq TOI TOI NextGen, bi produzzjonijiet addattati għall-Istudio eatre fi ħdan it-Teatru Manoel. "Ridna li b'dan il- kunċett ninkludu lill-udjenza u jkollna r-reazzjonijiet tagħhom", tispjega Field. "L-għan prinċipali ta' TOI TOI NextGen hu sabiex l-udjenza, li tkun tinkludi persuni minn 16-il sena 'l fuq, tieħu sehem u ssir parti mill-produzzjoni li tkun qed tittella'. Il-proġett NextGen joffri opportunitajiet lil ġenerazzjoni ġdida ta' dawk li jżuru t-teatru biex jesperjenzaw produzzjonijiet internazzjonali ta' ħames stilel f 'ambjent rilassanti. TOI TOI NextGen se jiaħ permezz ta' Hannah Maxwell u x-xow tagħha 'Nan, Me and Barbara Pravi'. B'taħlita ta' kliem, filmati u chanson francaise, din il-produzzjoni se tieħu lill-udjenza fuq mejda ta' kċina fejn se ssir diskussjoni dwar in-niket, li wieħed jieħu ħsieb lil xulxin, il-vizzji u kif toħroġ minnhom u t-tama. Matul l-istess perjodu se jsir ukoll workshop bl-isem 'Finding Your Voice' ... ċans ieħor għall-komunitá artistika sabiex titgħallem minn artisti b'esperjenza vasta. 'Nan, Me and Barbara Pravi' se tittella' mill-Ħamis 19 sal-Ħadd 22 ta' Settembru. Għal iktar informazzjoni żur is-sit elettroniku tat-Teatru Manoel www.teatrumanoel.mt. Il-Programm ta' Tagħlim u Parteċipazzjoni tat-Teatru Manoel, iniedi proġett ġdid bl-isem ta' TOI TOI NextGen Żejt iż-Żejtun huwa avveniment annwali li jiċċelebra l-istaġun tal-ġbir taż-żebbuġ u t-tgħaffiġ għaż-żejt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 September 2024