MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 29 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527187

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 29 TA' SETTEMBRU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt W ara l-qtil tal-mexxej tal-Hezbollah nistennew li l-affarijiet jiggravaw. L-is- traġi fil-Lvant Nofsani frott il-politika Amerikana li mhux biss tip- proteġi lil Iżrael imma ssostni s-supre- mazija militari tal-Istat ta' Iżrael. U ejja nkunu ċari ... mhux biss hija l-politika tad-Demokratiċi jew tar-Repubblikani imma dik tal-lobby Lhudija fl-Amerka li għandha influwenza esaġerata fuq il-politika u l-politiċi Amerikani. Ejja nkunu aktar ċari, dak li se ngħidu mhux imnebbaħ minn xi ispirazzjoni antisemita. Din il-gazzetta m'għandhiex għalfejn tħawwad il-ġenoċidji ta' dawk li kellhom nisel Lhudi fl-aħħar gwerra dinjija biex tgħolli ftit il-leħen biex titkellem dwar il-ħniżrijiet faxxisti tal-Istat ta' Iżrael bl-għajnuna tal-Istat Amerikan. L-argument li għax aħna nikkundannaw il-qtil ta' eluf ta' nies innoċenti u t-tifrik tal-infrastruttura ta' bliet sħaħ aħna antisemtiċi, mela vera tlifna kull sens ta' proporzjon. Huwa metodu kif tnaqqas mis-saħħa tal- kritika ta' din il-gwerra kiefra. L-istat ta' Iżrael illum jemmen li għandu alla għalih. Li jfisser li jagħmel li jrid u kif irid u jiġi jaqa' u jqum mis-saltna tad-dritt. Id-drittijiet fundamentali tan-nies mhux importanti u l-ħajja tan-nies li mhumiex Lhud mhux ikkalkulat. Għalxejn nimmaġinaw xi bidla fil-mod kif jaġixxi l-Istat ta' Iżrael għax sakemm l-Amerikani jibqgħu wara l-Lhud mhu se jinbidel xejn. L-Amerikani huma skjavi tal-lobby Lhudija fl-Amerka stess u b'xejn mhu se jbiddlu l-fehma tagħhom. Imma fil-każ tal-Ewropa, hawnhekk għandna ċans inbiddlu l-affarijiet. Huwa hawnhekk li rridu nippruvaw ninfluwenzaw il-parlamentari tagħna u nippruvaw nikkonvinċuhom li l-ħajja tal-Għarab u tal-Insara Palestinjani u dawk Lebaniżi u Għarab oħra tiswa daqs il-ħajja tal-Lhud. U li vera aħna insinifikanti meta tpoġġina fl-arena internazzjonali imma kull qatra tgħodd u aħna fortunati li l-President tal-Parlament Ewropew hija Maltija. Irridu nagħmlu milli nistgħu biex nikkonvinċu ħalli jkun hemm għarfien ta' riga waħda għal kull abbuż minn fejn hi ġejja u kontra kull min isofriha. Wisq nibżgħu li l-magna tal-Istat ta' Iżrael diġà deffset rasha u mhux biss ħakmet l-indipendenza ta' ħafna politiċi Ewropej imma ġġegħelhom ibigħu ruħhom lix-xitan. Il-ħakma tal-politika Iżraeljana ma tistax tibqa' fil-Lvant nofsani għal dejjem. Xi darba s-sewwa jrid jirbaħ żgur. Il-krudeltà tal-Istat ta' Iżrael

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 29 September 2024