MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 29 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527187

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

sondaġġ illum • IL-ĦADD 29 TA' SETTEMBRU 2024 05 Terz tal-votanti tal-PN m'għandhomx fiduċja fil-Kap Bernard Grech IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Stħarriġ ta' MaltaToday juri li l-Partit Nazzjonalista (PN) jinsab 12,000 vot fuq quddiem, minkejja li Bernard Grech huwa fdat minn biss 27% tal-elettorat biex imexxi l-pajjiż. Dan il-vantaġġ huwa dovut lill- fatt li numru sostanzjali ta' votanti huma lesti jivvutaw PN, anke jekk ma jafdawx lil Grech. Fl-istess ħin, Robert Abela għandu vantaġġ ta' 16-il punt perċentwali fuq Grech f 'termini ta' fiduċja biex imexxi. Kważi 30% tal-votanti Nazzjonalisti ma jafdaw lill-ebda mexxej, filwaqt li 4% għandhom iktar fiduċja f 'Abela milli fi Grech. B'kuntrast, 97% tal-votanti Laburisti preżenti għandhom fiduċja f 'Abela. Minkejja li l-PN qed jirnexxilu jiġbor appoġġ fost votanti li m'għandhomx fiduċja fi Grech, din tista' tkun problema jekk il-Partit Laburista jirnexxilu jbiddel l-elezzjoni li jmiss f 'għażla presidenzjali bejn il-mexxejja tal- partiti kif kien għamel il-PN fl-2008 meta kien ħareġ bl-islogan GonziPn. Dan kien seħħ f 'kuntest simili fejn is-sondaġġi tal-MaltaToday kienu juru fiduċja ikbar f 'Laurence Gonzi milli f 'Alfred Sant minkejja li l-PL kellu vantaġġ żgħir fuq il-PN. Ostaklu ieħor għall-PN hu l-fatt li Grech it li xejn igawdi fiduċja ta' dawk li bħalissa beħsiebhom ma jivvutawx. Waqt li f 'din il-kategorija Abela jgawdi l-fiduċja ta' 34%, Grech igawdi biss il-fiduċja ta' 4%. Dan ifisser li l-PL għandu iktar spazju fejn jikber f 'din il-kategorija strateġika milli għandu l-PN. L-istħarriġ juri wkoll li Grech għandu problema kbira biex jikkomunika maż-żgħażagħ. Fil-fatt, il-mexxej tal-PN hu fdat biss minn 13% ta' dawk li għandhom bejn 16 u 35. Minkejja li f 'din il- kategorija l-PN igawdi vantaġġ ta' ħames punti, Abela jgawdi vantaġġ ta' 26 punt fuq Grech. Dan ifisser li bosta votanti f 'din il-kategorija beħsiebhom ma jivvutawx imma xorta jippreferu lil Abela. Ironikament, waqt li l-istħarriġ juri li l-ikbar problema tal-PN hi l-mexxej li hu inqas popolari mill-partit, fil-każ tal-PL l-ikbar problema hi li hemm faxxa li għandhom iktar fiduċja f 'Abela imma mhux lesti jivvutaw lill-PL. DIŻILLUŻJONI FIL-KOTTONERA U FL-IBLIET TAL-MADWAR L-istħarriġ juri wkoll li waqt li l-PL qed jitlef f 'erba' reġjuni minn sitta, inkluż Għawdex, iż-żewġ reġjuni tat-Tramuntana u tal-Punent, Abela jgawdi iktar fiduċja minn Grech f 'kull reġjun. Jidher ukoll li l-PL qed jaffaċċja wkoll problemi mal-votanti li joqogħdu fir-reġjun tan-Nofsinhar tal-Port il-Kbir (South Harbour) li jinkludi l-Kottonera u l-ibliet tal- madwar li bosta minnhom huma meqjusin bħala fortizzi Laburisti. F'dan ir-reġjun insibu l-ikbar perċentwal ta' nies li mhux beħsiebhom jivvutaw (30%). Għalkemm il-PL igawdi vantaġġ ta' 11-il punt fuq il-PN, dan hu ferm inqas minn dak mistenni. Madankollu waqt li f 'dan ir-reġjun huma biss 36% li beħsiebhom jivvutaw lill-PL, Abela jgawdi l-fiduċja ta' 48%. Min-naħa l-oħra, il-PL jidher li rkupra mhux ħażin fir-reġjun tax- Xlokk li jinkludi lokalitajiet bħal Birżebbuġa, Marsaskala u ż-Żurrieq li fih 53% beħsiebhom jivvutaw lill- PL u Abela jgawdi l-fiduċja ta' 61% tal-votanti. L-istħarriġ juri wkoll li Bernard Grech igawdi l-iktar fiduċja f 'Għawdex fejn 33% għandhom iktar fiduċja fih milli f 'Abela. F'dan ir-reġjun, li fih il-PN igawdi vantaġġ ta' disa' punti, id-distakk bejn il- mexxejja hu ta' erba' punti favur Abela.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 29 September 2024