Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527862
13 arti u kultura IL-ĦADD 13 TA' OTTUBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti 'Min Hi?' lura fit-teatru għal jiem tal-Halloween Kollaborazzjoni ġdida bejn il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kunsill Nazzjonali għall-Ħiliet għall-iżvilupp ta' karrieri fis-settur artistiku "Min Hi?" qed terġa' lura fuq il-palk bħala parti mill-programm ta' Teatru Malta Bring It Back. Dan l-ispettaklu affaxxina lill-udjenzi għall-ewwel darba fl-2019, fejn saħansitra kienu nbiegħu l-biljetti kollha u ġie nnominat għall-Premju għall-Arti. Dan ix-xogħol huwa b'direzzjoni ta' Ruben Zahra, wieħed mill-aktar kompożituri kontemporanji ta' suċċess f 'Malta u kreatur tat-teatru żagħżugħ li ħadem mill-qrib ma' John Schranz. Din il-produzzjoni misterjuża tgħaqqad it-teatru maż-żfin, u tħalli marka fuq dawk li jkunu kuraġġużi biżżejjed biex jidħlu fid-dinja mdallma tagħha. "Min Hi?" ħolqot sensazzjoni ta' intrigu fl-2019 b'installazzjonijiet misterjużi fit-triq, bħal dik li ħadet l-aktar fama, tkisser il-pupi f 'Ħaż-Żebbuġ. Wara li spiċċa l-ewwel tour, "Min Hi?" ġiet magħżula u ttellgħet għad-Dance Festival Malta, b'Zahra jiżviluppa aktar il-fiżikalità tax-xogħol billi dawwar id-drammaturġija mudlama tiegħu f 'movimenti korjografiċi. Din l-evoluzzjoni espandiet lil "Min Hi?" lil hinn mit-teatru, billi dawritha fi prestazzjoni ta' żfin makabru li żied dimensjoni fiżika man-narrattiva, u ħoloq esperjenza aktar immersiva. Hi se terġa' titla' fuq il-palk, taħt il-kwiekeb ta' lejl ta' Halloween f 'Malta, hekk kif "Min Hi? She, Revealed" terġa' lura. Ipprepara biex terġa' tissaħħar. Il-Kunsill Malti għall-Arti (KMA) bi pjaċir iħabbar kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali għall-Ħiliet (KNĦ) bl-għan li jitkattar il-valur tal-kontribut tal- arti lejn opportunitajiet ta' żvilupp ta' karrieri fuq firxa ta' setturi. Il-ftehim, li huwa mifrux fuq sentejn, jallinja ruħu mal- objettivi tal-kampanja 'Artworks' li l-KMA nieda riċentement bl-intenzjoni li jippromovi u jinvesti fl-arti bħala għodda dinamika ta' tagħlim u mogħdija diversa lejn karrieri, waqt li jkompli jimplimenta l-oqsma ewlenin identifikati fi Strateġija 2025. Il-kollaborazzjoni se titfa' l-attenzjoni tagħha fuq l-identifikazzjoni ta' karrieri emerġenti fi ħdan is-settur artistiku vis-à-vis mogħdijiet akkademiċi u vokazzjonali. Għal dan il-għan, kemm il-KMA, kif ukoll il-KNĦ se jesploraw ix-xejriet globali fl- oqsma ta' sistemi ta' żvilupp ta' ħiliet, il-ħiliet għal għada, il- ħiliet trasversali, ir-reżiljenza, u l-adattabbiltà fis-setturi kulturali u kreattivi. Permezz ta' dan il-ftehim, il- KMA u l-KNĦ se jorganizzaw b'mod konġunt inizjattivi edukattivi li jippromovu għarfien dwar opportunitajiet ta' karrieri fis-settur tal-arti, fost setturi oħrajn. Dan se jsir spalla ma' spalla ma' avvenimenti oħrajn li jesploraw u jippromovu ħiliet għal għada u trasversali flimkien ma' karrieri emerġenti. L-attivitajiet inkludew l-iSkillscapes Malta Business Brunch organizzat mill-KNĦ, li ttella' fis-6 ta' Settembru, u ffoka fuq l-importanza tal-intelliġenza emozzjonali u l-kreattività fuq il-post tax-xogħol. Iż-żewġ entitajiet fl-24 ta' Ottubru se jorganizzaw ukoll diskussjoni interattiva madwar mejda fis-Simpożju Nazzjonali dwar l-Istat tal-Arti biex fiha jesploraw karrieri emerġenti u futuri fis-setturi kulturali u kreattivi. L-inizjattiva tinkludi kollaborazzjoni fuq stazzjonijiet tal-midja soċjali biex turi kif il-kreattività tista' tiġi applikata u infilsata f 'setturi artistiċi u mhumiex. Għal aktar informazzjoni tista' żżur www. artscouncil.mt.