Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527862
08 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' OTTUBRU 2024 • illum storja TURIŻMU SKUR F'MALTA Il-Misteri tal-kalzri fl-Imdina Minkejja li t-temp donnu ma jridx jiksaħ, il-ġurnal ILLUM se jżommok fuq ix-xwiek b'din is- sensiela dwar it-turiżmu skur. Qalb il-kalzri taħt l-ibliet, il-lapidi taċ-ċimiterji, u l-ħitan li kienu xhieda tal-ikbar dellitti, dawn huma l-istejjer Maltin li bosta turisti iffitxu. AVVIŻ TA' INTENZJONI Isem tal-Applikant: Cordelia Morgan Cooper Numru tal-Identità: 0156423A Indirizz tax-Xogħol: 112, IGA Hub, Level 3, Triq Salvu Psaila, Birkirkara, Malta Jien, Cordelia Morgan Cooper, detentur tal-karta tal-identità Maltija bin-numru 0156423A, b'dan niddikjara l-intenzjoni tiegħi li nwettaq l-attivitajiet li ġejjin f'ismi stess, skont ir-Regolamenti tal-Aġenziji tax-Xogħol, speċifikament Avviż Legali 270 tal-2023: Konsulenza dwar Recruitment: tipprovdi servizzi professjonali biex tassisti lil negozji jsibu u jimpjegaw kandidati adatti. Intervisti, għażla, u posting ta' kandidati fl-impjieg: twettaq intervisti, tivvaluta kandidati, u tiffaċilita l-posting tagħhom f'pożizzjonijiet tax-xogħol xierqa. Recruitment ta' persuni minn barra għall-impjieg f'Malta jew fi stat membru tal-UE: tfittxija u recruitment ta' individwi minn barra Malta għal opportunitajiet ta' impjieg f'Malta jew fi stati membri oħra tal-UE. Recruitment ta' persuni f'Malta għal impjieg f'Malta: identifikazzjoni u reklutaġġ ta' kandidati residenti f'Malta għal opportunitajiet ta' xogħol lokali. Riklamar tal-mili ta' pożizzjonijiet vojta: ħolqien u tixrid ta' riklami tax-xogħol biex jattiraw kandidati potenzjali għal diversi pożizzjonijiet vojta. Żamma ta' reġistru ta' applikanti għall-impjieg: żamma ta' reġistru komprensiv ta' individwi li qed ifittxu xogħol, inkluż il-kwalifiki u l-preferenzi tagħhom għall-impjieg. Dan l-avviż qed jiġi ppubblikat bħala avviż ta' intenzjoni biex jitwettqu s-servizzi msemmija hawn fuq. MARIANNA CALLEJA L-Imdina, magħrufa wkoll bħala l-Belt Siekta, hija waħda mill- aktar żoni storiċi f 'Malta, imma bħal kull belt ġawhra fil-pajjiż, hija wkoll kellha l-mumenti makkabra fl-istorja tagħha. Għalkemm illum l-Imdina tiġbed ħafna turisti, taħt il-wiċċ ta' din il-belt medjevali hemm storja oħra, storja ta' konfinament, tbatija, u kastigi brutali. Il-kalzri tal-Imdina, li jinsabu taħt il-Palazz Magisterjali ta' Vilhena, huma xhieda ta' dan. Il-gazzetta ILLUM tagħmel l-ewwel waqfa tagħha fis-sensiela ta' artikli fuq it-turiżmu skur proprju hawn, f 'dawn il-kantini umdużi li jirrakkontaw episodji storiċi b'ħarsa lejn kif il-Maltin sofrew taħt ħakmiet differenti minn żmien ir-Rumani sal-Kavallieri ta' San Ġwann, u anke Napuljun. Il-passaġġi, iċ-ċelel u l-kmamar tal-Imdina Dungeons, jieħduk lura, għal żmien meta kienu jintużaw prattiki ta' dixxiplina li llum inqisuhom bħala barbari. Fil-kalzri tista' tiltaqa' ma' xeni li juru kif l-awtoritajiet differenti ta' dawk iż-żminijiet kienu jużaw metodi brutali u ġieli anke strambi biex iżommu l-popolazzjoni taħt kontroll. Minn eżekuzzjonijiet pubbliċi ta' qtugħ tar-ras, sa' kruċifissjonijiet u forom oħra tal- moħqrija li kienu komuni f 'dawk iż-żminijiet. Kull rokna tal-iMdina Dungeons ġġib magħha kapitlu differenti tal- istorja tal-gżira. Filwaqt li l-oriġini tad-dungeon imorru lura għall- bini tal-Palazz Magisterjali fil-bidu tas-seklu 18, l-użu tagħhom għal skopijiet ta' kastig u tortura jista' jkun assoċjat mal-ħakmiet antiki tar-Rumani u l-Għarab. Matul iż-żmien tal-Kavallieri ta' San Ġwann, l-Imdina kienet għadha ċentru tal-ġustizzja. F'dak il-perjodu, kien komuni li dawk akkużati b'reati kontra l-ordni jew kontra r-reliġjon jiġu trattati b'mod sever. Fil-fatt, fl-era tal-Inkwiżizzjoni, kien hemm ħafna li sofrew taħt l-influwenza ta' dan il-poter reliġjuż rigoruż. L-Imdina Dungeons huma sempliċement il-bidu ta' vjaġġ fit- turiżmu skur f 'Malta. Hemm aktar siti li jirrakkontaw stejjer makkabri u emozzjonanti mill-Palazz tal- Inkwiżitur fil-Birgu, sal-fortizzi bħall-Forti Sant'Iermu fil-Belt Valletta, fejn kien hemm priġunieri miżmuma għal snin twal taħt kundizzjonijiet iebsa. Dan it-tip ta' turiżmu joffri perspettiva differenti tal-istorja ta' Malta—storja li mhix mimlija biss b'ġrajjiet glorjużi u avvenimenti trijonfali, iżda wkoll b'episodji ta' tbatija, konfoffi, u azzjonijiet ta' vendetta. L-istorja mhix dejjem briju u ferħ, xi drabi hija mdallma, u mnikkta. Stejjer bħal dawn iqanqlu l-kurżità fuq l-umanità, u anke kif id-deċiżjonijiet u l-għażliet tal-imgħoddi għadhom jinfluwenzawna llum.