Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527862
intervista illum • IL-ĦADD 13 TA' OTTUBRU 2024 07 'Il-ħeġġa biex jibdlu l-Pjanijiet Lokali ta' San Ġiljan m'għandha x'taqsam xejn mal-interessi tar-residenti ' X'INHI IS-SIT WAZZ JONI FIL- POSTIJIET STORIĊI FIL-PAJJIŻ? HAWN INTERESS DWARHOM, JEW DIK PROBLEMA OĦRA? Il-postijiet storiċi huma diversi u jappartjenu għal entitajiet governattivi, privati u NGOs ukoll. Ir-riżorsi tal- gvern huma relattivament kbar ħdejn l-entitajiet l-oħra u din tagħmel differenza kbira. Naturalment interess dwar dawn il-postijiet storiċi hemm iżda l-aktar mit-turisti li jżura pajjiżna. Ħafna drabi, għal attivitajiet kulturali f 'Malta u Għawdex dejjem tara l-istess uċuħ li jattendu għalihom. Sfortunatament għandi l-impressjoni li l-maġġoranza taż- żgħażagħ Maltin kif ukoll barranin huma distratti u aljenati mir-realtà u qegħdin jgħixu ħajja virtwali bi ftit interess fil-postijiet storiċi. Nemmen ukoll li l-problema hija waħda ta' edukazzjoni. Il- kultura u storja, mhux ta' Malta biss iżda ġeneralment, għandhom jieħdu post ferm aktar prominenti fl-edukazzjoni tagħna u ma jiqfux fl-età ta' 17-il sena jew anqas. GĦANDHA DIN L-ART ĦELWA BIŻŻE JJED RIŻORSI FINANZ JARJI U KAPAĊITÀ TEKNIKA BIEX TĦARES IL-POSTIJIET KOLLHA TAĦT IL- KAPPA TAGĦHA? Din l-Art Helwa (DLĦ) dejjem għandha bżonn riżorsi finanzjarji. DLĦ qatt ma ħadet responsabbiltà biex tirrestawra xi bini storiku mingħajr ma kompliet ix- xogħol neċessarju. Il-manutenzjoni ta' dawn il-postijiet li huma taħt il-kappa ta' DLĦ hija kontinwa. Il-missjoni ta' DLĦ qatt ma tista' tkun kompluta sakemm jibqgħu binjiet storiċi abbandunati f 'Malta u sakemm tibqa' t-theddida għall-ambjent naturali tagħna. DLĦ tħallas biex ikollha l-aħjar parir tekniku u xogħol professjonali għal proġetti kollha li jieħdu taħt il-kappa tagħha. GĦANDHA DIN L-ART ĦELWA TBIDDEL L-ENFASI TAGĦHA, MINN ASSOĊJAZZ JONI ILLI TĦARES IL-MONUMENTI U L-POSTIJIET STORIĊI, GĦAL GĦAQDA LI TQAJJEM KUXJENZA DWAR L-AMBJENT? Bħalissa f 'Malta u Għawdex hemm theddida enormi għall-ambjent mibni, kif ukoll għal dak naturali. Il-missjoni ta' DLĦ tkopri dawn iż-żewġ fatturi mingħajr distinzjoni. Qegħdin naraw mostrożitajiet ta' bini proposti madwar l-irħula u UCAs, supermarkets u pixxini fil-kampanja, torrijiet f 'San Ġiljan, belt fil-Forti Chambray u f 'Manoel Island. L-ambjent Malti jinkorpora kull spazju li hawn, kif ukoll ix-xtut u l-baħar madwar il-gżejjer. DIN L-ART ĦELWA APPELLAT LILL- PUBBLIKU BIEX JOĠĠEZZ JONA GĦAL PROPOSTA TA' POLITIKA TAL- AWTORITÀ TAL-IPPJANAR LI TARA L-BINI TA' SULARI ADDIZZ JONALI LIL HINN MINN DAWK SPEĊIFIKATI FIL-PJANIJIET LOKALI. X'EFFETTI TĦALLI POLITIKA BĦAL DIN FUQ L-IRĦULA MALTIN U GĦAWDXIN? Sfortunatament il-politiċi jaraw biss il- ħames snin quddiemhom minbarra forsi xi privileġġi oħrajn. Nemmen li bħala nazzjon għadna ma qomniex fuq saqajna. Nista' ngħid li lanqas m'għandna viżjoni għall-ġejjieni ta' kif nixtiequ naraw lil Malta u Għawdex. Qegħdin naraw issa l-ħeġġa li għandhom il-politiċi biex jibdlu l-Pjanijiet Lokali ta' San Ġiljan! Huwa ċar li l-interess tagħhom m'għandu x'jaqsam xejn affattu mal-interessi tar-residenti u kostitwenti tagħhom. L-effetti ta' dawn id-deċiżjonijiet se narawhom fil-futur qrib meta tikkollassa l-infrastruttura f 'dawn iż-żoni. Din hija politika egoista mingħajr viżjoni. Ma nafx x'tip ta' turist ħa jkun irid jiġi f 'pajjiżna. GĦAL FTIT SNIN SEW, DIN L-ART ĦELWA ESPANDIET IL-MISSJONI EWLENIJA TAGĦHA BIEX TINKLUDI T-TIBDIL FIL-KLIMA, IT-TNIĠĠIS U L-BIJODIVERSITÀ. TIKKUNSIDRA LI L-PAJJIŻ QED JITLEF IL-MARKA TIEGĦU? KEMM HI IMPORTANTI D-DISKUSSJONI TAT-TIBDIL TAL- KLIMA? It-tibdil tal-klima mingħajr dubju ta' xejn se jħalli l-effett tiegħu f 'pajjiżna wkoll. L-infrastruttura tagħna mhijiex f 'pożizzjoni li tlaħħaq mal-kambjamenti li qed nistennew jekk hux it-tibdil fit- temperatura jew il-maltempati ta' xita. Diġà qegħdin naraw id-dranaġġ ħiereġ ma' kullimkien anke fis-sajf. Immaġina x'se jiġri fix-xita qalila. Kemm-il siġra se naqalgħu qabel ma nqumu fuq saqajna u ngħidu le? Fit-triq mir-Rabat Għawdex għal Marsalforn hemm pjan biex jaqalgħu 200 siġra biex iwessgħu triq li qatt ma kellha problemi ta' traffiku fiha. Triq li twasslek 3.8km f 'anqas minn 5 minuti u li tgħaddi minn wied il-ġmiel tagħha li it għadek tara bħalha llum. U dan b'telf ta' bijodiversità fl-istess wied mat-tul tat-triq. STRENGTH IN NUMBERS, IMMA L-GĦAQDIET AMBJENTALI SPARPAL JATI JAGĦMLU LI JFETTLILHOM. TAĦSEB LI HEMM BŻONN AKTAR KOORDINAZZ JONI BE JN L-GĦAQDIET AMBJENTALI? Dan l-aħħar rajna diversi azzjonijiet minn gruppi ta' NGOs differenti li ftiehmu jieħdu azzjoni flimkien. Għandi fiduċja li dawn l-azzjonijiet se jkomplu jikbru. META TQIS ID-DISKUSSJONI TAGĦNA LLUM, KIEKU KELLEK IS- SETGĦA LI TIBDEL XI ĦAĠA WAĦDA MIN-NAĦA TAL-GVERN, XI TKUN? Kieku nibdel id-direzzjoni! Jidher li, kemm il-partit fil-gvern, kif ukoll l-oppożizzjoni, m'għandhomx viżjoni ġusta għal pajjiżna. Naħseb dan huwa l-akbar nuqqas tal-politikanti llum. Għandna bżonn viżjoni li tkopri mhux biss l-ekonomija u l-interessi tal-oligarkija iżda waħda li tinkorpora l-edukazzjoni, saħħa fiżika u mentali, ambjent, klima, infrastruttura u distribuzzjoni għaqlija tal-ġid. Nagħti l-aktar importanza l-qasam tal-edukazzjoni.