MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527862

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 936 €1.25 IL-ĦADD 13 TA' OTTUBRU 2024 → direct Get started With a world of stocks at your fingertips and our user-friendly platform, trading is accessible to everyone, now with 0% commission! Commission-Free Buying Your Path to Financial Growth 2557 4400 medirect.com.mt O€er is for a limited time only. Terms & Conditions Apply. If you invest in financial instruments, you may lose some or all of the money you invest. The value of your investment may go down as well as up. MeDirect Bank (Malta) plc, company registration number C34125, is regulated by the MFSA and is licenced to undertake the business of investment services under the Investment Services Act (Cap. 370). INTERVISTA MA' PATRICK CALLEJA, PRESIDENT EŻEKUTTIV TA' DIN L-ART ĦELWA PAĠNI 6 - 7 DEFORMITÀ FIS-SUBA' Ż-ŻGĦIR KAWŻA TAL-UŻU ESTENSIV TAL-MOBILE RABJA FUQ IL-PROPOSTA TA' BIDLA FIL-PJANIJIET LOKALI TA' VILLA ROSA PAĠNA 5 Hemm ferment kbir anke fost żviluppaturi dwar il-bidla fil-pjanijiet lokali biex jiġi aġevolat il-proġett massiċċ ta' Villa Rosa tal-kumpanija ta' Anton Camilleri. Imma l-ferment ġej ukoll fil-kabinett b'membri ewlenin qed jilmentaw li din it-tip ta' review biex taqdi żviluppatur kbir bħal Anton Camilleri tibgħat messaġġ ħażin ħafna lill-elettorat. "Qed jaraw gvern li jaqdi lill-kbir u mhux liż-żgħir. Qisu dak li qed naraw fis-sondaġġi ta' wieħed u l-ieħor mhux importanti. Qegħdin in denial." Il-ferment fl-iżviluppaturi qed jiġi orkestrat minn wieħed mill-iktar membri magħrufin tal-lobby tal-iżviluppaturi li qed ikellem politiċi miż-żewġ naħat biex iqajmu rixhom kontra l-proġett ta' Villa Rosa. Il-proġett ta' Villa Rosa huwa ffinanzjat minn wieħed mill-ikbar gruppi f 'Malta mmexxija minn Anton Camilleri li huwa wkoll l-azzjonista b'sehem maġġoritarju ta' Manoel Island. Il-proġett ta' Camilleri huwa mfassal fuq art li kien xtara hu u jinkludi l-ħsieb ta' numri ta' lukandi ta' kwalità għolja u li jkun hemm żoni miuħin għall-pubbliku. L-iżvilupp propost huwa ġol-Bajja ta' San Ġorg fejn diġà hemm żvilupp minn numru ta' azjendi kbar fosthom ta' Pawlu Xuereb u d-DB. Fl-opinjoni ta' ministru ewlieni tal- kabinett: "L-iżball hu li din il-policy review tal-local plan missha saret għaż- żoni kollha fejn hemm dan l-iżvilupp massiv. Issa kif ġraw l-affarijiet qed nidhru li qed naqdu l-kbir biss." Madankollu, ministru ieħor qal lill- ILLUM li bħalissa hija ċara li hemm attitudni kompletament kuntrarja għal dak li qed idejjaq lin-nies. "Illum hija ċara li tfajna l-Planning Authority taħt ministeru 'l bogħod mill- Gvern imma kkontrollat minn Kastilja, fejn il-Planning Authority qed isir timbru tal-permessi l-kbar u ostaklu għal dawk żgħar." Il-local plan review qed isir fejn is- sondaġġi kollha fil-margin of error qed juru tnaqqis kbir fl-appoġġ għall-Partit Laburista mill-maġġoranza kbira li kellu fl-2022. Bħalma qalilna Ministru partikolari: "Bernard Grech jista' jibqa' ħalqu magħluq, anzi aħjar għax aħna qed nagħmlulu l-kampanja bl-iżbalji tagħna." AQRA AKTAR DWAR VILLA ROSA PAĠNA 2 Il-każ ta' Villa Rosa qed iqajjem ferment kbir

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 October 2024