Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527862
02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' OTTUBRU 2024 • illum LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'din l-aħħar ġimgħa għaż-żodjaku ta' Libra, għalik, l-istess Libra se jkun il-waqt li tagħraf aħjar il-mod kif tista' twettaq aktar ħin għalik. Issa trid issib spazju għal dan il-bilanċ. Kuluri favoriti ma' Libra huma l-iswed u l-vjola. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'din l-aħħar ġimgħa għaż-żodjaku ta' Libra, għalik, Sagittarius se jkun il-waqt li tagħraf tagħmel dik il-ħidma li tant għandek bżonn fid- dar tiegħek. Taf li hemm bżonn xi tibdil. Għalhekk aaf dan il-mument. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma l-aħmar u l-oranġjo. Namaste. AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'din l-aħħar ġimgħa għaż-żodjaku ta' Libra, għalik, Aquarius se jkun il- waqt li tieqaf it sabiex tara sew fejn sejra l-karriera tiegħek. Trid tagħraf aħjar fejn vera tixtieq titkattar. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma l-abjad u l-kannella. Namaste. GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'din l-aħħar ġimgħa għaż-żodjaku ta' Libra, għalik, Gemini se jkun il-waqt ta' riflessjoni ta' dak li esperjenzajt tul dawn l-aħħar xhur sabiex b'hekk tkattar lilek innifsek aħjar. Wettaq riflessjoni profonda. Kuluri favoriti ma' Gemini huma l-oranġjo u l-isfar. Namaste. VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'din l-aħħar ġimgħa għaż-żodjaku ta' Libra, għalik, Virgo se jkun il- waqt li tkattar aktar lilek fil-karriera fejn issa għandek mument ideali tiddistingwi biex b'hekk tkompli tavvanza. Kuluri favoriti ma' Virgo huma l-blu u r-roża. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-aħħar ġimgħa ghaż-żodjaku ta' Libra (Il-Miżien) Mill-Ħadd 13 ta' Ottubru sas-Sibt 19 ta' Ottubru Is-Sindku ta' Pembroke jesprimi 'riżervi serji ' dwar il-bidla fil-pjan lokali ta' Villa Rosa JORDAN PACE Is-Sindku ta' Pembroke Kaylon Zammit stqarr li l-Kunsill Lokali ta' Pembroke għandu "riżervi serji" dwar it-tibdil fil-pjan lokali li se jippermetti proġett "massiċċ biex jaħkem il-Bajja ta' San Ġorġ f 'San Ġiljan." L-istqarrija ta' Zammit saret fid-dawl ta' deċiżjoni meħuda mill-kabinett li japprova bidliet fil-pjan lokali li se jakkomodaw l-iżviluppaturi tal-proġett, filwaqt li jiġi żgurat li l-oppożizzjoni legali għall-iżvilupp tkun limitata aktar. Il-proġett jikkonsisti minn żewġ torrijiet ta' 27 u 34 sular, li se jinbdew eżatti qabel il-Bajja ta' San Ġorġ, biex jilqgħu 789 appartament, 247 kamra tal- lukanda u total ta' 16,000 metru kwadru ta' spazju għall-uffiċċji fi proġett tal-iżviluppatur Anton Camilleri, ibnu Adelbert u Garnet Investments. Apparti t-torrijiet, se jinbnew ukoll kmamar għal-lukandi u uffiċċji f 'bini aktar baxx, b'ħafna inqas sulari. Dawn iż-żidiet se jiddominaw il-bajja ta' San Ġiljan taħt politika li tippermetti lil- lukandi jogħlew 'il fuq mil-limiti tal-għoli. "Il-Kunsill kien, għadu u jibqa' jagħmel ħiltu kollha sabiex jissalvagwardja l-interessi tal- komunità u r-residenti fuq kull żvilupp ġdid li jista' jaffettwahom, anke jekk dan ma jkunx fil-konfini tal-lokalità" qal Zammit. F'post fuq Facebook, is-Sindku Laburista ammetta li l-kunsill lokali ġie mgħarraf biss bil-bidliet fil-pjan lokali permezz tal-midja. Zammit enfasizza l-intenzjoni tal-kunsill lokali li jkompli jsegwi s-sitwazzjoni, filwaqt li nnota li l-kunsill, "se jiddikjara l-pożizzjoni uffiċjali tiegħu fil-mument opportun." Fl-istess waqt, l-esponent Laburista, Jason Micallef kompla fuq is-sentimenti ta' Zammit u qal li l-affarijiet m'għandhomx isiru hekk. "Il-komunità kollha ta' Pembroke mhijiex biss numru, iżda familji b'intenzjoni tajba" Micallef insista. Micallef innota kif Zammit qed jimxi fuq il-passi tal-Eks Sindku ta' Pembroke stess, Dean Hili, li bħal Zammit kellu snin ikkaratterizzati mill-ġlieda kontra l-iżvilupp żejjed. Dean Hili, li kien ukoll Sindku tal-Partit Laburista, kien fuq quddiem biex joġġezzjona għall- iżvilupp tad-DB Group fl-istess Bajja ta' San Ġorġ. Is-Sindku Laburista ta' Pembroke Kaylon Zammit stqarr li l-kunsill lokali għandu riżervi serji dwar l-emendi 'li se jakkomodaw żvilupp massiv' "Il-Kunsill kien, għadu u jibqa' jagħmel ħiltu kollha sabiex jissalvagwardja l-interessi tal- komunità u r-residenti fuq kull żvilupp ġdid li jista' jaffettwahom."