MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527862

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 13 TA' OTTUBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Il-produzzjoni klassika fi Broadway, Brighton Memoirs, issa fl-MADC Playhouse Il-booking għall-produzzjoni tal- MADC ta' Brighton Beach Memoirs miktuba minn Neil Simon u diretta minn Tyrone Grima issa huwa miuħ. Din il-kummiedja emozzjonanti dwar l-iżvilupp se ssir fl-MADC Playhouse f 'Ottubru u għandha kast mill-aqwa li jinkludi lil Antonella Axisa, Edward Caruana Galizia, Erica Muscat, Luke Chappell, Bernard Zammit, ea Costa, u Leah Grech. Brighton Beach Memoirs hija waħda mill- plays semiawtobijografiċi tal-playwright Amerikan Neil Simon li tirrakkonta l-memorji ta' mrar u anke ħelwa ta' Simon, tifel żgħir fl-1937 li jgħix ma' familja numeruża f 'appartament żgħir fi Brooklyn New York. Filwaqt li jkun qed jiddeċiedi bejn il- ħolma tal-baseball u l-bniet, Eugene, il- karattru ċentrali, irid jaffaċċja r-realtajiet ta' ħajja familjari: omm formidabbli, missier jaħdem ħafna, u ħuh il-kbir, Stanley, li jagħtih sens ta' dinja differenti. F'din id-dar dejjem għaddejja tidħol ukoll zitu Blanche, armla b'żewġt it-tfal, li jipprovdu aktar divertiment fil-komplikazzjonijiet tal-ħajja ta' kuljum. Din il-produzzjoni klassika ta' Broadway se ssir bejn it-18 u l-20 t'Ottubru u bejn il- 25 u s-27 t'Ottubru fis-7:30 p.m. fl-MADC Playhouse, Santa Venera. Ibbukkja issa għal din il-produzzjoni meraviljuża mimlija umoriżmu billi żżur is-sit tal-MADC – www.madc.com.mt. Il- biljetti jiswew €25. Età minima rrakkomandata: 14-il sena. "Għażiż Francis" mhijiex bijografija ta' Francis Ebejer, imma hija produzzjoni drammatika li tinseġ sensiela ta' memorji u ħsibijiet fuq, bla dubju, l-aktar drammaturgu importanti ta' Malta u rumanzier tal-perjodu ta' wara l-gwerra sakemm miet fl-1993. Peter u Pinu jidħlu f 'taħdita li titfa' dawl fuq il-laqgħat u l-memorji personali tagħhom, minsuġa ma' xeni animati ta' wħud mid- drammi, poeżiji u kitbiet oħra l-aktar memorabbli ta' Ebejer. Ebejer kiteb il-biċċa l-kbira tal- istejjer tiegħu bl-Ingliż u l-biċċa l-kbira tad-drammi tiegħu bil- Malti, anke jekk kien jittraduċi ħafna minnhom bl-Ingliż hu stess. Filwaqt li l-ewwel drammi sperimentali tiegħu ġegħluh jinħabb mal-kritiċi tat-teatru, id- drammi li kiteb fis-sebgħinijiet kienu aktar reżonanti mal- udjenzi tat-teatru fejn il-biljetti kienu jinbiegħu sew. Dan jista' jkun il-każ minħabba l-mod ta' kif kien ipinġi b'mod realistiku l-klassi medja f 'Malta ta' wara l-Indipendenza. "Għażiż Francis" ittella' għall- ewwel darba fl-2007 bħala parti mill-Festival Internazzjonali tal- Arti ta' Malta, u se jerġa' jingħata l-ħajja biex jitfakkar iċ-ċentinarju mit-twelid ta' Ebejer fl-1925, b'din il-produzzjoni li se ddur diversi lokalitajiet f 'Malta fl-2025. Din il-produzzjoni hija ddedikata għal dawk kollha li kienu jafu, ħadmu u argumentaw ma' Francis: l-atturi, id-diretturi, it-tradutturi u l-istudenti tiegħu. Id-dramm jinkludi fih lil Davide Tucci u lil Sean Borg fil-partijiet prinċipali u xi tużżana mill-aqwa atturi ta' Malta oħra. Peter Busuttil se jmexxi din il-produzzjoni. Ir- riċerka, l-adattament, u l-iskript huwa ta' Marco Galea, ibbażat minn fuq id-drammi u r-rumanzi ta' Francis Ebejer. Il-mużika hija ta' Aldo Spiteri u ta' Mark Spiteri. Francis Ebejer imfakkar fi produzzjoni drammatika fit-Teatru Manoel

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 October 2024