MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527862

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 13 TA' OTTUBRU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt F l-2006, il-local plans inbidlu, dak iż-żmien bl-intervent ta' George Pullicino, Ministru Nazzjonalista, li jibqa' mfakkar talli fassal pjani- jiet lokali li komplew jirvinaw lil Malta. Kien hemm ukoll il-parteċipazzjoni ta' nies viċin jew fiċ-ċentru tal-Partit Nazzjonalista – qed nirreferi hawnhekk għal Joe Saliba li kien Segretarju Ġenerali tal-PN dak iż-żmien. Kien att vili fil-konfront tal-ippjanar u l-ħarsien ambjentali. Dan kollu seħħ taħt il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, li iktar tard sar President. Ma nippruvawx nimmaġinaw li taħt Fenech Adami ma sarux żbalji. Anzi. Kien hemm protesti kbar, u man-nies li kienu pprotestaw kien hemm ukoll politiċi bħal Joseph Muscat li lanqas kien għadu ġie elett Kap tal-Oppożizzjoni. Fuq medda ta' snin smajna u qrajna kontra dawn il-pjanijiet lokali, li kienu l-frott għal aktar art verġni offruta għall-iżvilupp. Kien hemm min sar sinjur kbir b'dawn il- pjanijiet lokali, wara li l-pjanijiet irrilaxxaw meded kbar ta' art li qabel ma kienx possibbli li jiġu żviluppati. Meta fl-2013 il-Partit Laburista ġie elett, Muscat għamel minn kollox, mhux biss biex iżomm il-local plans imma saħansitra jirfina xi policies (bħal din tal-għoli tal-kamra) u interpretazzjonijiet oħra biex iktar ikun utli għal min irid jiżviluppa. Kull darba li kien hemm kritika jew talba biex il-local plans jiġu mibdula jew riveduti favur il-komunitajiet, l-ambjent u l-ħarsien ambjentali soċjali, ir-risposta tal-Gvern Laburista, sew dik ta' Muscat u sew ta' Robert Abela, kienet "ma nistgħux, dawn mhux affarijiet li jsiru għax imorru kontra kull prinċipju." Argument bażwi għax Alla jbierek meta f 'dawn l-aħħar ġranet il-kabinett immexxi minn Robert Abela ġie affaċċjat bi proposta biex il-local plan ta' Villa Rosa jinbidel, il- kabinett ta' Abela qabel li jaċċetta l-bidliet. Bidliet li kienu saru biex jakkomodaw żviluppatur magħruf. Mela bidliet fil-local plans jistgħu jsiru? Agħar minn hekk, huwa ċar li l-bidliet isiru kull darba li jkun hemm pressjoni mingħand min għandu l-flus, l-influwenza tal-flus u min jista' jsib min jisimgħu. Huwa ferm aktar ċar li matul dawn is- snin min żviluppa, mill-kbir saż-żgħir, sab gvernijiet li jiġu altament jaqgħu u jqumu mill-komunitajiet u l-ambjent u tawhom widna. Iktar minn widna, tawhom iċ-ċans u fetħulhom il-bibien. Illum nafu min huma bla dubju ta' xejn l-ikbar donaturi għall-partiti politiċi, u nafu li dawn qabduhom mill-bajd, u ġabuhom skjavi tagħhom. Il-Partit Laburista qatt ma kellu l-ambjent fiċ-ċentru tal-politika tiegħu. Illum ġab l-Awtorità tal-Ippjanar timbru tal-permessi u mhux għaż-żgħir imma għall-kbir, għal min irid jirrombla fuq ħaddieħor. Għal grazzja t'Alla, il-kunsilli, immexxija anke minn sindki Laburisti, qed jitkellmu. Ngħidu aħna, kemm ta' Pembroke, kif ukoll tax-Xewkija qed jitkellmu. Imma oħrajn qed jibqgħu siekta. Ħadd ma qed jgħid li m'għandux ikun hemm żvilupp imma l-uniku pjan li hemm huwa pjan biex jinqdew il-kbar a skapitu ta' kulħadd. Għandu jkun hemm pjan biex kollox jiġi kkunsidrat, inkluż l-aspett ambjentali, soċjali u dak ekonomiku. Il-farsa tar-review tal-local plans

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 October 2024