MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527862

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' OTTUBRU 2024 • illum opinjoni Kittieb, akkademiku u professur tal-Arti u l-Edukazzjoni fl-Univeristà ta' Wisconsin-Madison JOHN BALDACCHINO Ekonomija tas-sefturi T aqra dwar popolazzjoni kbira u "ħafna barranin". Imbagħad il-politiċi jip- pruvaw jaraw kif se jsibu iktar voti u jgħidulna dak li ħafna jridu jisimgħu. Tal-Gvern jiaħru kemm iddeportaw immigranti u flok joffru ħsieb serju jitfgħu l-ħatab fin-nar tal-preġudizzju. Tal-Oppożizzjoni jgħidu li jridu mudell ekonomiku ġdid, filwaqt li dak li joffru huwa l-istess mudell ta' tkabbir li kull gvern, Nazzjon- alista u Laburista, segwew minn mindu s-swieq infetħu beraħ u bħalma darba qal Fenech Adami, ħallew "is-suq isuq". Qatt ma tisma' lil ħadd jgħid li fl-aħħar mill-aħħar l-ekonomija ta' soċjetà tirrifletti dak li s-soċjetà tesiġi. Ħadd ma jfakkar kif l-iktar punt bażiku ta' kull ekonomija, kif tgħallimna l-iskola, hija d-domanda u dak li titmagħha. U ħadd ma jrid jammetti li l-ekonomija waħedha ma tagħmilx sens jekk ma tiimx kif soċjetà kibret u kif żviluppat drawwiet u aspettativi li minn ġenerazzjoni għal oħra l-klassi politika dejjem qdiet mill- koxxa sabiex tibqa' tgawdi l-poter. L-analoġija ta' Thatcher Margaret atcher kienet tgħid li l-ekonomija ta' pajjiz hija l-istess bħal meta l-"mara tad-dar" (kif kienet issejħilha hi) tieħu ħsieb il-finanzi tal-familja. atcher ma kienet qed tgħid xejn ġdid fit-tqabbil mal-familja. Wara kollox il-kelma ekonomija ġejja mill-kelma Griega oikos, li tfisser dar li llum timplika wkoll il-mudell tal-familja. F'dan is- sens pjuttost limitat, l-ekonomija hija l-affari ta' familja — kif komunità tmexxi u titmexxa fl- affarijiet tagħha. atcher kienet tinsisti li l-mudell tagħha kien l-istess bħal kif hi kienet tħares lejn l-affari ta' darha. Lil hinn mit-Tatcheriżmu nnifsu, l-analoġija trieġi sew f 'dak li huwa l-ħsieb wara l-ekonomija kif nafuha llum, speċjalment fl-istruttura ta' poter familjari kif żviluppa mis-seklu 19 'l hawn fid- demokrazija liberali tal-lum. Dan il-mudell tal-familja huwa mimli b'ħafna sfidi ta' iżolament u protezzjoniżmu. Barra n-nuqqas ta' qbil u l-interessi individwali fil-familja nnifisha, hemm kompetizzjoni ħarxa bejn il-familji. Il-Lemin dejjem jinsisti fuq il-"qdusija" tal-familja, il- proprjetà, il-Patrija u Alla. Illum dan id-diskors tisimgħu spiss minn Orban u Meloni, Trump u oħrajn li bħal atcher jaraw kollox f 'analoġiji tal-familja. U ma' dan ma jonqsux il-mudelli ta' familja li jridu huma: familji magħluqin fihom infushom, protetti f 'individwaliżmu ta' "mill-bieb 'l ġewwa", u fejn il- "barranin" huma dawk li mal- familja m'għandhomx x'jaqsmu ħlief "kif jaqbel għall-familja". Paternaliżmu u nipotiżmu Ma tridx dottorat fis- soċjoloġija biex tara kif dawn l-analoġiji jittraduċu rwieħhom f 'diskors paternalista. Min huwa l-"kap" tal-familja? Kienu jgħallmuna li r-raġel huwa l-kap. U l-mara? Skont atcher u ħafna oħrajn, il-mara tieħu ħsieb l-ekonomija, trabbi, eċċ. U anke meta l-mara tkun Prim Ministru (bħalma kienet atcher) xorta postha huwa primarjament domestiku. Ma' dan nafu wkoll kif jaħdem fenomenu bħan-nipotiżmu, politiku u ekonomiku. Kollox jaħdem f 'kuntest, u l-politika u l-ekonomija mhumiex separati. Il-kumplament jista' jinħadem waħdu jekk nimu għaliex, anke meta għandek gvernijiet li suppost ma jaqblux fundamentalment mal-analoġiji ekonomiċi ta' atcher, dawn tismagħhom jgħidu l-istess bħalha imma bi kliem differenti. L-idea ta' domestiċità ggarantita mill-gvernijiet mhix xi ħaġa rari. Jgħidulna li dan huwa mudell "naturali". Bl-istess mod jisħqu li t-tkabbir ekonomiku mingħajr rażan huwa riżultat naturali ta' "ġid" li skont il-politiċi u l-ekonomisti huwa l-pern ta' kulma huwa ta' valur għas- soċjetà. F'min qed iwaħħlu? Sakemm kulħadd igawdi, kollox sew. Sakemm kulħadd komdu u jordna pizza biex jiġi l-"barrani" bil-mutur iġiblek l-ikel id-dar, ħadd ma jgerger. Sakemm drawwiet u domandi ġodda jikbru u huma moqdija, m'hemmx inkwiet. Sakemm għandek infermiera biżżejjed, anke meta dawn ma twieldux Malta imma qed jagħmlu minn kollox biex ikellmuk bil-Malti u jaqduk, anke meta jgħajruhom bil-kontra, ma ssibx tgergir. Imma meta jibda jberraq, u nsibu li "hawn ħafna nies", is-"serenità" (kif iħobbu jgħidu l-politiċi Maltin bit-Taljan) tinkiser. Hemm se nsibu intopp u nibdew inwaħħlu "fihom", jiġifieri "fil- barranin". Li mhux qed nammettu huwa l-fatt li l-illużjoni hija tagħna, u tagħna biss. Inwaħħlu kemm inwaħħlu fil-"barranin", l-ekonomija, bħall-gvernijiet li dejjem kellna, hija r-riżultat ta' dak li rridu aħna bħala soċjetà. Ma ninsewx li l-barranin f 'Malta, lanqas biss għandhom vot. Lanqas Maltin li jgħixu barra ma jistgħu jivvutaw. Kull gvern Malti jivvutaw għalih biss il-Maltin ta' Malta! X'qed nagħmlu bis-serenità falza tal-analoġiji li bihom ilna ngħaddu lilna nfusna minn għajn il-labra? Fil-kwistjoni tal-popolazzjoni li qed tikber f 'Malta, min jaħti? Mal-ewwel inwaħħlu f 'xi ħadd lil hinn mill-familja: il-barranin. Tisma' ħafna jistaqsu, "Għaliex f 'daqqa waħda għandna bżonn tant barranin"? Innotaw li qatt ma ngħidu "għaliex għandna bżonn tant ħaddiema iktar milli kellna bżonn qabel? Ngħidu biss "barranin", biex imbagħad inżidu "Kif 'imtlejna bihom'?" – bħallikieku dawn il-ħaddiema ġew Malta biex ma jagħmlu xejn, jew biex jieħdu l-impjieg tal-Maltin, meta nafu li l-Maltin mhux qed jaħdmu f 'dawk is- setturi għaliex Malta virtwalment m'hemmx qagħad u l-Maltin jagħżlu impjiegi oħra, anke meta mhux imħallsa sew u l-faqar għadu hemm fost ħafna – Maltin u barranin. Li huwa interessanti (biex ma ngħidux tal-biki) huwa li ħadd ma jwaħħal fid-domandi tas- soċjetà Maltija. Ħadd ma jgħid li l-ekonomija li għandna hija riżultat tal-aspettativi tas-soċjetà Maltija u mhux tal-barranin. L-iskużi dejjem huma l-istess. Jgħidulek li l-barranin jagħmlu xogħol li l-Maltin ma jagħmlux għax pagi baxxi. Imma ħadd ma jistaqsi: Min jimpjegahom lill- barranin b'pagi baxxi? Barranin oħra jew intrapriżi Maltin? Skuża oħra hija li dawn il-barranin huma "illegali". Fil-fatt, ħafna mill-ħaddiema li jiġu Malta huma regolarizzati u allura legali. Immigranti irregolari f 'Malta huma it. Ekonomija li ssefter suq miftuħ Is-soċjetà Maltija, bħal ħafna oħrajn fl-Ewropa, saret bħal dawk li jridu ċertu tip ta' ħajja imma biex jagħmlu hekk, qed iħallsu s-seuri biċ-ċiċri. Id- drawwiet u l-aspettativi ġodda ħolqu domandi ġodda, u allura ħolqu tkabbir ekonomiku b'pass tant mgħaġġel li l-gvernijiet Maltin la jafu kif se jrażżnuhom u wisq inqas għandhom pjan biex jagħtu forma proporzjonali għad-daqs u l-aspettativi tas-soċjetà Maltija. (Biex ma ngħidux li m'għandhomx idea ta' kif jinfurmaw l-aspettativi tas-soċjetà nnifisha, ibda mill- iskejjel, li huma wkoll magna soċjali). Dan ma ġiex mix-xejn. Il- Maltin jivvutaw bi ħġarhom għal din it-tip ta' ekonomija. Dan beda mit-tmeninijiet bil-gvern ta' Fenech Adami u baqa' sejjer sal-lum. L-unika gvern li pprova joħloq gwarniċ adattat kien dak ta' Alfred Sant. Imma nafu x'ġara, u gvernijiet Laburisti ta' warajh ma ridux jaqgħu fl-istess sitwazzjoni. B'hekk, minn Muscat u Abela kellna l-istess duttrina ta' tkabbir li ħaddnu Fenech Adami u Gonzi. Jekk tifli dak li qed jgħid Bernard Grech, u anke meta tisma' lill-President Metsola, mhux se ssib differenza ħlief li qed iwiegħdu li jkunu indaf fit-tmexxija – bħallikieku s-suq miuħ beraħ tista' tikkontrollah bl-indafa. Is-soċjetà Maltija ma tistax tgerger dwar il-ħaddiema barranin f 'darha. Ma nistgħux inwaħħlu f 'dawk li qed iseru lis- soċjetà b'pagi miżeri. Biex nużaw l-analoġija tal-ekonomija fil- familja u d-dar, dawk li ma jridux "barranin" f 'darhom, mhumiex lesti li jagħmlu l-faċendi huma stess. Barra minn hekk l-idea ta' tkabbir bla kontroll, għalkemm huwa mit li qed joqtolna, hija duttrina li jippritkawha sew dawk fuq ix-xellug, iċ-ċentru u l-lemin. L-ekonomija hija riżultat ta' dak li trid minnha s-socjetà. Kull gvern li kellna dejjem għamel dak li trid is-socjetà li vvutatlu. Jekk Malta llum għandha popolazzjoni ta' iktar minn nofs miljun, dan mhux għax il-Maltin m'għandhomx iktar tfal, jew għax emigraw. Ir-raġuni li Malta għandna popolazzjoni akbar hija waħda soċjali u ekonomika. Soċjali għax il-Maltin għandhom aspettativi akbar minn qatt qabel. Ekonomika għax biex taqdi dawn l-aspettativi se jkun hemm bżonn ta' tkabbir bla rażan. Dawk li jwaħħlu fil-barranin misshom iħarsu fil-mera u jistaqsu lilhom infushom humiex lesti li jaraw ekonomija tinbidel minn waħda ta' tkabbir bla rażan għal waħda sostenibbli, li tgħożż l-ambjent, li tgħożż id-diversità, li hija fis- sliem magħha nnifisha. Jidher ċar li s-soċjetà Maltija ma tridx dan. Trid karozza jew tnejn jew tlieta għal kull familja. Trid li kollettivament is-soċjetà Maltija tinqeda b'ekonomija li tistrieħ fuq dawk li jseruha, u minfuq jitħallsu biċ-ċiċri u jieħdu kull abbuż li jiġi. "Inwaħħlu kemm inwaħħlu fil-"barranin", l-ekonomija, bħall-gvernijiet li dejjem kellna, hija r-riżultat ta' dak li rridu aħna bħala soċjetà."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 October 2024