MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527862

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' OTTUBRU 2024 • illum 04 Bandu għall-Kuraturi Repubblika ta' Malta Lill-Marixxall tal-Qrati B'digriet mogħti minn din il-Qorti , fit-2 ta' April, 2024, fuq talba ta' Oleksii Reshetniak ġie ordnat biex jintgħażlu kuraturi deputati sabiex jirrappreżentaw lil Ievheniia Reshetniak, fl-atti tar-Rikors numru 303/2024DC, fl-ismijiet Oleksii Reshetniak vs Kuraturi Deputati u fl-atti l-oħra relattivi u sussegwenti. Permezz ta' Rikors Ġuramentat, ippreżentat, fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili, fl-ismijiet Oleksii Reshtniak (numru ta' identifikazzjoni ta' residenza numru MT7743077) vs Ievheniia Reshetniak, ippreżentat fil-21 ta' Marzu, 2024, ir-rikorrenti Oleksii Reshetniak talab sabiex din l-Onorabbli Qorti: 1. Tirrikonoxxi sentenza tal-Qorti ta' Holossivskyi fi Kyiv fl-Ukrajna mogħtija fit-8 ta' Awwissu, 2022, fl-ismijiet Oleksii Reshetniak vs Ievheniia Reshetniak; 2. Tiddikjara eżegwibbli s-sentenza mogħtija fit-8 ta' Awwissu, 2022, mill-Qorti ta' Holosiivskyi fi Kyiv flUkrajna li biha ġie dikjarat li l-kura u l-kustodja tal-minuri … omissis … hija vestita unikament f'isem ir- rikorenti u tordna l-esekuzzjoni tagħha u dan ai termini tal-Artikoli 825A-828 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Kap. 12 tal- Liġijiet ta' Malta. Salv kull provvediment ieħor li din l-Onorabbli Qorti jidhrilha xieraq u opportun. Bl-ispejjeż kontra l-intimata. Il-kawża fl-ismijiet fuq imsemmija tinsab differita għall-21 ta' Mejju, 2024, fid-9.30 a.m. Attur: c/o 280E, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta Notifika: Kuraturi deputati, Il-Qorti Int għaldaqstant ordnat li twaħħal kopja uffiċjali ta' dan il-bandu fid- daħla ta' din il-Qorti Superjuri u ssejjaħ b'dan lil kull min irid jidħol bħala kuratur biex jidher fi żmien sitt ijiem f'dan ir-Reġistru u jagħmel b'nota d-dikjarazzjoni illi huwa jidħol għal dan. Int ordnat ukoll li tgħarraf lil kull wieħed illi jekk ma jagħmilx din id- dikjarazzjoni fiż-żmien fuq mogħti, din ilQorti tgħaddi biex tagħzel kuraturi tal-uffiċċju. U wara li tkun għamilt dan, jew jekk tiltaqa' ma' xi xkiel fl- esekuzzjoni ta' dan il-bandu, inti għandek tgħarraf minnufih lil din il- Qorti. Mogħti mill-Qorti Superjuri hawn fuq imsemmija bixxhieda tal- Onor. Imħallef Doreen Clarke, LLD, Duttur talLiġi. Illum 2 ta' April, 2024 JORDAN PACE Żewġ infermiera tal-Isptar Monte Karmeli ġew illiberati minn kull akkuża, wara li kienu mixlija li kkawżaw il- mewt ta' pazjent vulnerabbli. Dan seħħ wara li l-prosekuturi naqsu milli juru evidenza li l-fit li sofra l-pazjent kkaġuna l-mewt tiegħu. Il-pazjent instab mindud mikxuf, wiċċu l' isfel fis-sodda tiegħu minn purtinar fil-15 ta' Marzu 2018. Dan filwaqt li id-deputat charge nurse, li daħal għax-xogħol fis-7:00am u kien qed jiċċekkja t-32 CCTV cameras permezz tal-monitor tal-uffiċċju tiegħu, innota wkoll li l-pazjent ma kienx qed jiċċaqlaq fis-sodda. Il-purtinar ħareġ barra mis- sala, u wissa lill-istaff fl-isptar mentali. Tim ta' emerġenza kkonferma li l-pazjent kellu r-ritmu ta' qalbu "dgħajjef ħafna." Huma amministraw is-CPR u komplew jagħmlu dan fl- ambulanza sal-Isptar Mater Dei. Huwa miet ftit wara. L-awtopsja kkonfermat li l-kawża tal-mewt kienet tromboemboliżmu pulmonari, embolu tad-demm li mblokka d-demm lejn arterja fil-pulmuni. Valentina Bezzina, li llum għandha 77 sena, u Jessie Valentino Poquiz, li llum għandha 36 sena, tnejn mit- tim ta' erba' infermiera li kienu hemm dak il-lejl, ġew akkużati li kkawżaw il-mewt b'negliġenza professjonali. Huma wieġbu mhux ħatja. Matul il-proċedimenti diversi membri tal-istaff tkellmu dwar l-inċident u bidliet fl-imġieba tal-pazjent fil-jiem ta' qabel il- mewt tiegħu. "Fejn normalment kien kwiet, fl-aħħar jiem tiegħu, kien psikotiku u vjolenti ħafna," xehdu l-membri. "Kien jimxi għarwien, jidher diżorjentat, jgħajjat mat-tieqa jew iħares 'il barra u jitkellem waħdu, jidħol u joħroġ mis-sodod ta' sħabu l-pazjenti." It-tobba ġew mwissija, eżaminawh ta' spiss u taw medikazzjoni skont il-bżonn. Il-prosekuzzjoni allegat li l-vittma sofra attakki waqt li kienu qegħdin jaħdmu Bezzina u Poquiz fuqu. Meta tat is- sentenza l-Maġistrat Simone Grech osservat li s-sala kellha nuqqas ta' ħaddiema u kien diffiċli għall-persunal biex ilaħħqu mad-dmirijiet tagħhom. Il-Qorti kkonkludiet li l-prosekuzzjoni naqset milli tipprova li l-fits u l-kawża tal- mewt kienu konnessi flimkien. Wara li sofra l-ewwel fits, il-pazjent qam, mar għand l-infermier li ħa post Bezzina, talab sigarett, u qal li kien qed iħossu tajjeb. L-ebda espert mediku ma ġie msejjaħ biex jispjega jekk kienx hemm rabta bejn l-attakki u l-mewt tar-raġel. L-avukati difensuri kienu Edward Gatt, Vince Micallef u Stephanie Abela. Żewġ infermieri jinħelsu minn akkużi ta' traskuraġni fil-mewt ta' raġel Pazjent kien in- stab mindud mikxuf, wiċċu l' isfel fis-sod- da tiegħu minn purtinar fil-15 ta' Marzu 2018

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 October 2024