MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527862

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

aħbarijiet illum • IL-ĦADD 13 TA' OTTUBRU 2024 05 Smartphone Pinky: Il-fenomenu ta' deformità fis- suba' ż-żgħir kawża tal-użu estensiv tal-mobile JORDAN PACE Fid-dinja moderna, fejn l-użu tal-mobiles sar indispensabbli, ħafna nies ma jagħtux kas l-effetti fiżiċi li dan iħalli fuq ġisimhom. Filwaqt li bosta nies jafu bil-ħsara li l-mowbajls u t-teknoloġija jaf ikollhom fuq l-għajnejn jew fuq is-sinsla tad-dahar minħabba pożizzjonijiet ħżiena, it jagħtu kas l-impatt fuq l-idejn, speċjalment fuq is-suba' ż-żgħir. L-użu kontinwu ta' smartphones jista' jwassal għal kundizzjoni magħrufa bħala smartphone pinky li hija d-deformità tas-suba' ż-żgħir minħabba l-piż tal-mobile li jserraħ fuqu. X'INHU EŻATTAMENT L-ISMARTPHONE PINKY? It-terminu "smartphone pinky" jirreferi għall-ħsara jew id-deformità li tista' tiżviluppa fis-suba' ż-żgħir minħabba l-piż li mobile jpoġġi fuqu meta jintuża għal perjodu twil. Dan l-effett jirriżulta mill-fatt li l-maġġoranza tal-persuni jserrħu l-mobile mas-suba' ż-żgħir filwaqt li jużaw subgħajhom l-oħra biex iqallbu jew jiktbu fuq l-iskrin. Kif ġie nnutat f 'diversi studji u rapporti, din il-pożizzjoni tista' twassal għal stress ripetut fuq is-suba' ż-żgħir u tista' tirriżulta f 'deformità tal-għadam jew tal-ġogi. IS-SINTOMI TAD-DEFORMITÀ TAS-SWABA' Hemm diversi sintomi li jistgħu jiġu osservati minn dawk li jużaw il- mobiles tagħhom għal perjodi twal. L-uġigħ jista' jidher wara l-użu twil tal-mobile, speċjalment jekk is- suba' ż-żgħir ikun qiegħed iżomm mowbajl li jkun kbir jew jiżen ħafna. Xi nies jistgħu wkoll iħossu t-tensjoni meta jippruvaw imexxu it is-swaba' tagħhom. F'ċerti każijiet, in-nies jistgħu jinnutaw bidla fil-forma jew il- pożizzjoni naturali tas-suba' ż-żgħir. Dan jista' jkun minħabba li l-ġogi jew l-għadam qed jiġu mġebbda jew magħfusa b'mod mhux naturali. Il-moviment tas-suba' jista' jsir iktar limitat maż-żmien, u dan jista' jwassal għal nuqqas ta' funzjonalità sħiħa. Il-kawża ewlenija ta' smartphone pinky hija l-użu twil u mhux ergonomiku tal-mowbajls. Illum il-ġurnata, il-mowbajl sar akbar u itqal, u n-nies spiss ikollhom iserrħu l-mobile mas-swaba' tagħhom, b'mod speċjali s-suba' ż-żgħir. Il- frekwenza ta' kemm in-nies idumu jużaw il-mobiles ma tgħinx, u dan jaffettwa l-funzjonalità tas-suba' ż-żgħir. KIF TIPPREVJENI D-DEFORMITÀ TAS-SUBA' Ż-ŻGĦIR? Għalkemm smartphone pinky tista' tkun kundizzjoni skomda jew saħansitra problema għal xi nies, hemm diversi miżuri li tista' tieħu biex tevita li tiżviluppa jew biex tnaqqas l-effetti tagħha. Il-mowbajl jista' jinżamm b'mod li ma jagħmilx pressjoni fuq is-suba' ż-żgħir. L-użu miż-żewġ idejn jgħin sabiex jitqassam il-piż tal-mobile b'mod indaqs. Apparti minn hekk, hemm diversi stands li jistgħu jgħinu sabiex il-mowbajl jintuża mingħajr ma jintuża fl-idejn għal tul ta' żmien. L-aktar mod effettiv sabiex titnaqqas il-possibbiltà li wieħed ikollu d-deformità fis-suba' ż-żgħir hu li jiġi llimitat l-użu tal-mowbajl. B'hekk, mhux talli titnaqqas il- possibbiltà għad-deformità iżda anke għas-saħħa ġenerali tal- persuna. Għalkemm l-użu tal- ismartphones sar essenzjali fil- ħajja moderna, huwa importanti li jkun hemm kuxjenza fuq l-effetti negattivi li dan jista' jkollu fuq is- saħħa, speċjalment fuq il-pożizzjoni u l-istress fuq l-idejn. Il-piż ta' smartphones moderni l-ħin kollu f ' idejna jaf ikollu effett negattiv fuq is-saħħa tal-idejn, b'mod speċjali fuq is-suba' ż-żgħir, jew dak magħruf bħala l-pinky. It-terminu 'smartphone pinky' jirreferi għall-ħsara jew għad-deformità li tista' tiżviluppa fis-suba' ż-żgħir minħabba l-piż li mobile jpoġġi fuqu meta jintuża għal perjodu twil ITTRA TA' INTENZJONI Belfa Services Limited, tiddikjara l-intenzjoni tagħha biex il-kumpanija tirreġistra għal-Liċenzja tal-Aġenzija, skont L.N. 270 tal-2023 L-ATT DWAR IR-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI (KAP.452) Regolamenti tal-2023 tal-Aġenziji tal-Impjieg. L-attivitajiet proposti jinkludu: 1. Konsultazzjoni għar-reklutaġġ, 2. Intervisti, l-għażla u l-allokazzjoni ta' kandidati f'impjieg, 3. Reklutaġġ ta' persuni minn barra minn Malta għall- impjieg f'Malta jew f'kwalunkwe` stat membru tal-Unjoni Ewropea, 4. Ingaġġar ta' persuni f'Malta, jew f' kwalunkwe` stat membru tal-Unjoni Ewropea, 5. Reklamar biex jimtlew irwoli vakanti, 6. Reġistru ta' applikanti miżmum għall-impjiegi. Indirizz Uffiċjali Reġistrat: "Villa Eugenie", Office 1, Triq Dun Gaetano Mannarino, B`Kara BKR9085, Malta Numru tal-kumpanija reġistrata: C9816

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 October 2024