MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527862

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 13 TA' OTTUBRU 2024 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Elena Cardona tivvjaġġa matul il-kosta tal- Mediterran biex flimkien mal-awtriċi Katel Delia f'Malta – Tunis – Marseille (Klabb Kotba Maltin, 2024) tindaga fuq il-ġenealoġija tal-familja Delia. Għeruq f 'Żewġ Xtut Xi it ta' snin ilu tli ħabiba tal-familјa. Din kellha minn kull xorta ta' ktieb: dizzјunarјi bilingwi, teżawri ħoxnin, rumanzi u workbooks. Qalbi kienet tingħafas meta nara dawn il-kotba u naħseb fil-futur tagħhom, peress li kienu kotba antiki u żgur li m'għadhomx jinstabu fis-suq. Min јaf x'se jsir minnhom meta sidthom tmut? Ix-xorti daħkitli għax it wara li mietet din il-ħabiba tal-familja avviċinawni l-qraba tagħha u saqsewni nixtieqx immur nara l-kotba u nieħu dak kollu li јogħġobni. Għamilt żewġ vjaġġi bil-karozza biex ġarreјt kollox. Il- kaxxi damu it mhux ħażin ġol- garaxx sakemm ippustјaјt kollox f 'postu. Qalb il-kotba sibt diversi pitazzi li rrealizzaјt li kienu dјarji. Ħasseјtni skomda naqra dawn id-dјarјi. Bħal leħen irqiq minn ġo fiјa beda јwerżaq li јien m'għandi l-ebda dritt li naqra l-ħaјјa privata ta' xi ħadd u li għandi nagħlaq dawn id-dјarјi u nsakkarhom xi mkien. Min-naħa l-oħra, leħen ieħor, kurјuż għall-aħħar, ħeġġiġni naqra xi paġna јew tneјn. Fl- aħħar iddeċideјt li nkompli naqra u nostor dak kollu li qraјt f 'qalbi. Fil-fatt hiјa deċiżјoni it iebsa meta wieħed ikun se јippubblika xi memoir јew dјarјu li fih јissemmew xi membri tal-familјa. Јista' јkun hemm xi diżgwid beјniethom għax ma јkunux јixtiequ li ċerti dettalјi personali јiġu żvelati mal-erbat irјieħ tad-dinјa. Però hemm oħrajn li dawn l-affarijiet ma jaffettwawhomx. Il-ktieb tal-lum, Malta – Tunis – Marseille јirrakkonta l-ġraјјa ta' familјa b'għeruq Maltin imma li llum il-ġurnata dawn l-għeruq sabu ħamriјa fertili fi xtut diversi tal-Mediterran. Dan il-ktieb, miktub mill-awtriċi Katel Delia u mżewwaq b'ritratti tagħha stess, hu pubblikazzjoni ta' images plurielles u Klabb Kotba Maltin, li ħareġ it tal-ġimgħat ilu. Delia tistqarr li l-familja qieset il-ktieb tagħha bħala rigal għaliex permezz tar-riċerka li għamlet hi dwar il- ġenealoġija tal-famlija tagħha, il- membri tal-familja saru konxji ta' dettalji li ma kinux jafu dwarhom. L-istorja tal-familja Delia hija waħda intriganti li tibda mill- bużnanna tal-awtriċi, Angela neé Camilleri, li flimkien ma' wliedha, titlaq lejn it-Tuneżija bit-tama li ssib ħajja aħjar minn dik li kienet ħalliet f 'Malta. Fil-fatt, in-nanniet ta' Delia, Marie Angèle u Salvu kienu storja ta' suċċess fin-negozju tagħhom ġewwa t-Tuneżija. Huma kellhom ħanut, li fih in-nanna kienet issajjar ikel li kien imfaħħar minn kulħadd. Iżda b'xorti ħażina, l-integrazzjoni tal-familja Delia ġewwa t-Tuneżija kellha tispiċċa ħesrem, bħalma ġara f 'ħafna pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq, hekk kif dawn kisbu l-indipendenza u n-nazzjonaliżmu beda jgħolli rasu. Kien l-inċident marbut mal-kelb tagħhom Dick, li l-familja Delia fehmet li trid issib refuġju f 'pajjiż ieħor. L-intenzjoni tiegħi f 'din ir- reċensjoni mhijiex li nirrakkonta l-istorja tal-familja Delia ġewwa tliet pajjiżi differenti. Dan ir- rakkont miktub bil-Malti, il- Franċiż u l-Għarbi hu mżewwaq b'ritratti meħudin minn Delia stess, li hi fotografu professјonali. Nasal biex ngħid li f 'dan il-ktieb ir-ritratti waħedhom јirrakkontaw il-ġraјјa tal-familja Delia u mhux huma jakkumpanjaw it-test iżda t-test qiegħed hemm biex ikompli jsostni dak li hemm immortalizzat fir-ritratti. Fil-verità l-awtriċi tagħmel biċċa xogħol interessanti immens meta taqbad ir-ritratti tal-membri tal-familja tagħha, ritratti ta' binjiet, oġġetti u dokumenti u tippreżentahom lill-qarrejja f 'collage. Fil-fatt, Sylvie Hugues, fid-daħla tal-ktieb tistqarr li 'b'collage intelliġenti bejn dari u llum, Katel Delia tqiegħed żewġ epoki waħda fuq l-oħra, tikkompressa ż-żmien' waqt li 'tagħti ħajja lil rakkont intimu'. Hawnhekk, il-passat u l-preżent mhumiex żminijiet u spazji distakkati minn xulxin iżda kontinwazzjoni ta' xulxin, li minnhom joħroġ il-futur imlewwen b'affarijiet distinti u fl-istess waqt simili tal-pajjiżi li fihom rifset il-familja Delia. Fil- fatt, dan il-collage jkompli jevolvi ruħu permezz ta' sitt paġni, li wieħed isib fil-qoxra tal-ktieb. Fuq dawn il-paġni, magħmulin minn karta rqiqa u trasparenti, hemm ritratti u dokumenti li l-qarrejja jistgħu jpoġġu fejn jixtiequ fil-ktieb. Fil-kantuniera tal-paġni hemm numri li jservu ta' indikazzjoni fejn jistgħu jiġu infilsati dawn il-karti matul il- ktieb. Però, bħalma tispjega l-awtriċi, dawn il-paġni jistgħu jitpoġġew fejn wieħed jixtieq u b'hekk il-qarrejja jkunu qegħdin jipparteċipaw f 'dan il-proċess ta' kreazzjoni. Bħalma l-ġenealoġija għandha l-ġerarkija tagħha, dawn il-paġni huma saffi li jikkumplikaw il-ħajja tal-karattri. Xi ħaġa li laqtitni ferm hija l-qoxra u d-dedika tal-ktieb. Il- qoxra tinfetaħ qisek qiegħed tiaħ rigal u malli tgħolli parti mill-qoxra wieħed isib ritratt ċkejken ta' raġel. Ta' min jinnota wkoll li tista' tpoġġi l-ktieb fuq l-ixkaffa b'żewġ modi: jew tagħżel li jidher it-titlu miktub bl-Għarbi jew inkella miktub b'alfabett Latin. Minkejja li dawn huma dettalji żgħar, flimkien mas- sitt paġni li jistgħu jiżżerżqu matul ir-rakkont, jagħmlu din l-istorja ta' familja partikolari aċċessibbli aktar għall-qarrejja. Barra minn hekk, il-ktieb hu ddedikat fost l-oħrajn lin-neputijiet tal-awtriċi. Din hija dedika b'saħħitha ħafna, fejn Delia qiegħda kontinwament tfakkar dwar l-għeruq tal-familja tagħhom lin-neputijiet tagħha. Din mhijiex biss storja ta' familja waħda fi tliet pajjiżi, bħalma tgħid Sylvie Hugues fil-kelmtejn tal-bidu, iżda hija memorja ta' familja ffossilizzata permezz tar- ritratti, daqskemm hi memorja kollettiva u ħajja għaliex qiegħda tinxtered ma' qarrejja li jistgħu jassoċjaw ruħhom ma' din il- familja minħabba esperjenzi ta' migrazzjoni jew għeruq mifruxa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 October 2024