MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 20 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528158

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Rekbin iż-żwiemel kienu jagħtu xeħta ta' statura tawwalija, lebsin qomos eleganti, ikkuluriti b'disinji attraenti li mill-ewwel jolqtu l-għajn. F'salt wieħed, mingħajr sinjal ta' xejn, kienu jinfexxu jkantaw. Dawn huma l-cowboys-kantanti li tassew kienu popolari mal- udjenzi Amerikani mill-1935 sal- 1952. Kienu ħafna li żejnu l-liżar ċinematografiku fis-snin tletin, erbgħin u dawk tal-ħamsin tal- bidu. Fost l-aqwa minn dawn insibu lil Gene Autry, Roy Rogers, Tex Ritter u warajhom lil Rex Allen. Kumpaniji żgħar ta' Hollywood bħal Republic Pictures, Monogram Pictures u Producers Distributing Corporation (PDC) gawdew minn dan il-ġeneru ta' Western għalkemm PDC u oħrajn kienu spiċċaw qabel beda d-deċennju tal-ħamsinijiet. Xenarju tipiku u komuni minn dawn il-produzzjonijiet ta' baġit baxx huwa dan li ġej: L-eroj tagħna liebes qmis tipika, bi xpruni jċekċku maż- żarbun, u pistola ta' sitta mdendla ma' qaddu u bil-maħbuba miegħu jinqabdu fid-deżert mimli sriep velenużi bl-Indjani ġejjin għalihom. "X'se nagħmlu?" twerżaq is-sbejħa bid-dmugħ f 'għajnejha mal-idolu tagħha b'maktur madwar għonqu. "M'iniex ċert, Sinjorina, imma qabel se nkantalek kanzunetta żgħira!" B'hekk twieled il-film mużikali tal- cowboy-kantant! Dan it-tip ta' film kien ikklassifikat bħala "B Western", ta' livell modest, magħmul b'baġit żgħir b'ħin ta' bejn 50-70 minuta, biex aktarx jintwera qabel il-film propju tant maħbub mis-segwaċi u mixtieq mis-sidien tas-swali taċ- ċinema. Wara li deher f 'partijiet qosra f 'żewġ films, fejn Gene Autry stess ma kien konvint xejn bir-reċtar tiegħu, talab lill-mara biex jerġgħu lura lejn Chicago u jieħu x-xogħol li kellu qabel. Hi assolutament ma riditx. L-ammiraturi tiegħu ħasbu mod ieħor u bdew jiżdiedu, tant li offrewlu l-parti prinċipali fis-serje e Phantom Empire, produzzjoni li tħallat ix-xjenza fittizja mal- ġeneru Western bil-kant ta' Autry. Kien dan li beda dak magħruf bħala e Singing Cowboys fis-sena 1935. Orvon Grover "Gene" Autry twieled nhar id-29 ta' Settembru 1907 f 'Tioga, Texas u miet fit-2 ta' Ottubru 1998 f 'Hollywood Hills, California. Hu żżewweġ lil Ina Mae Spivey li mietet fl-1980 u wara lil Jacqueline Ellan. Barra li kien attur, mużiċist, kompożitur, involut fir- rodeo u anki sid ta' tim tal-baseball, Gene, li l-aktar ħa l-fama bl-istil ta' kantant magħruf bħala "crooning", kien fir-radju, fil-films u wara anki fuq it-TV għal aktar minn 30 sena. Matul dan iż-żmien kollu, hu dejjem ippersonifika l-manjieri tal-cowboy onest, kuraġġuż u sinċier li għamluh tassew maħbub mal-udjenzi. Mill-1934 sal-1953 Autry deher f 'mhux inqas minn 93 film. Kien ukoll involut sewwa fis- serje televiżiva e Gene Autry Show mill-1950 sal-1956. Fost il-kanzunetti sbieħ tiegħu nsibu tlieta tal-Milied tassew popolari – Rudolph e Red Nosed Reindeer, Frosty e Snowman u Here Comes Santa Claus. F'ħajtu kiseb diversi unuri u anki ssemmew triqat għalih f 'Oklahoma u Mesa, Arizona. Fil-lista tal-aqwa Motion Picture Herald Top Ten Money Making Western Stars isem Autry dejjem kien prominenti, mill- ewwel waħda tal-1936 sal-1942 u mill-1946 sal-1954 (1943-1945 kien fis-servizz). Dejjem okkupa l-ewwel post mill-1937 sal-1942 u t-tieni post mill-1946 sal-1954 (wara Roy Rogers). 14 films IL-ĦADD 20 TA' OTTUBRU 2024 • illum Carmel Bonnici Il-cowboys kantanti L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 20 October 2024