MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 10 November 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529156

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 19

intervista illum • IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2024 07 'Viżjoni Malta 2050 mhux l-istess bħall- oħrajn, imma tikkumplimentahom' IL-VIŻJONI EKONOMIKA 2021-2023 KIENET IMNIEDA TLIET SNIN ILU, B'GĦANIJIET PJUTTOST SIMILI. ALLURA XI SKOP HU LI JKOLLNA VIŻJONI OĦRA? Ħa nibdew mill-iskop tal-Malta Vision 2050. L-iskop mhux li tirreplika jew inkella b'xi mod tkisser jew tbiddel l-istrateġiji li diġà kellna. Din għamilnieha ċara mill-ewwel ġurnata. L-iskop huwa biex l-ewwel nett taġġusta il-prijoritajiet tal-pajjiż għar-realtajiet tal- lum. Ħafna mill-istrateġiji, u l-pjanijiet ta' qabel saru qabel il-Covid, qabel il-gwerra tal-Ukrajna u r-Russja, u allura qabel mal- Unjoni Ewropea ma bdiet tħares b'lenti ieħor fuq l-ekonomija tagħha, seħħew qabel ċerti bidliet fil-pajjiż ukoll, inkluż it-tibdil fid- demografija, in-numru tal-popolazzjoni, eċċ. L-iskop ta' din il-viżjoni hija allura biex nallinjaw l-istrateġija kollha li kellna lejn direzzjoni waħda. Fejn għandek sitwazzjonijiet meta miżura tmur kontra oħra, dawk jiġu aġġustati, waqt li l-miżuri li sejrin tajjeb, nibnu fuqhom u dawk li jridu jinbidlu, jinbidlu. Jiġifieri li din il-viżjoni mhux l-istess bħall- oħrajn. Anzi din tikkumplimentahom. Imma dan se jintlaħaq b'ħidma kordinata ma' diversi ministeri. Jekk qed nitkellmu pereżempju fuq il-kwistjoni tal-popolazzjoni, il-popolazzjoni żejda ma tiġix biss minn settur wieħed. Tiġi mill-ammont ta' turisti li qegħdin iżuruna, mill-ammont ta' ħaddiema, eċċ. Allura ċerti sfidi li għandna quddiem, li kull pajjiż ieħor għandu, illum aħna għandna wkoll. Huma sfidi maħluqa mill-ġid, imma huma sfidi. Jekk inti tistaqsini, "x'tippreferi bħala Ministru tal-Ekonomija, li għandek sfida ta' qagħad, jew sfida li tkun f 'pożizzjoni li tagħżel x'investiment taċċetta lejn il-pajjiż?" Ngħidlek ħafna aħjar l-isfida li għandi llum, li għandi quddiem għaxar proposti ta' investiment, u minnhom mitlub nagħżel tnejn biss, milli s-sitwazzjoni li kellna fl-2013, fejn investiment ma kellniex, u kellna minflok problema ta' qagħad. Għalhekk għedt li għandna bżonn din il- viżjoni biex torbot dawn l-affarijiet kollha flimkien għal għan wieħed, għal kwalità ta' ħajja aħjar. Illum qegħdin f 'pożizzjoni ħafna aħjar minn snin ilu. Illum nistgħu nagħmluha din, anke għax minn aspett finanzjarju ninsabu tajbin. IMMA L-MIRI TAGĦHA, X'ĠARA MINNHOM? X'SEĦĦ MINNHOM? GĦAX DIN ANKE L-OPPOŻIZZJONI STAQSEWHA, U DONNHOM BAQGĦU BLA RISPOSTA. Jiddispjaċini bl-angolu li qed tieħu l-Oppożizzjoni. Filli għaliex il-korpi konstitwiti kollha laqgħu b'mod pożittiv, u jien ħriġt id ta' ħbiberija ... għamilt xi ħaġa li naħseb qatt ma saret qabel fil-pajjiż. Għamilna business breakfast organizzat mill-Gvern biex norganizzaw din il-viżjoni, il-ministru ntefa' bilqiegħda man-nies jisma' u membru tal- Oppożizzjoni jkun hu fuq il-panel, u ma kien hemmx rappreżentant tal-Gvern. Għax ridna nisimgħu, anke l-kritika. U filli jgħidu li jridu jikkollaboraw u mbagħad tirrealizza li ġenwinità m'hemmx, għax f 'dan il-ħmistax ħlief attakki biex ikissru dan il-proċess fuq il-midja tal-PN, inkluż mill- ġurnalisti, ma rajniex. U diżinformazzjoni totali. Jien spjegajtlek kif din il-viżjoni 2050, mhux biss hi viżjoni ekonomika, imma viżjoni ta' pajjiż li torbot l-ekonomija mal-ambjent, mas-soċjal u ma' aspetti oħra. Li qiegħed isemmi l-PN hija biss strateġija ekonomika, li għadha hemm, u għadha valida llum. Fosthom f 'ċerti niċeċ li konna identifikajna, pereżempju m'għandniex nisimgħu fuq kritika dwar "niċeċ ekonomiċi ġodda." Għaliex illum anke l-esperti qed jgħidulhom ma jibqgħux jgħidu hekk għax l-ewwel nett ma tiżrax żerriegħa llum u taqtagħha għada, u dak li għamilna f 'niċeċ ġodda seba' snin ilu, qed naqtgħu l-frott tiegħu issa ... Sigħat wara l-baġit, għamilt konferenza stampa, u ħabbart 13-il miżura konkreta, u dettaljata, li ħa jkunu qed ifissru l-bidu ta' trasformazzjoni ta' kif inħarsu lejn l-iżvilupp ekonomiku. Iva, wara konferenza ta' siegħa, il-midja tal-PN, domanda waħda dwar is- suġġett ma staqsietx. Ilha tgħid tant fuq il- mudell ekonomiku, u l-high-value added, iva domanda waħda lill-Ministru ma tistaqsiehx? Għaliex? Għax spjegajna pass pass x'konna se nagħmlu. Pereżempju llum il-ġurnata, l-art industrijali, bil-liġi tingħata jekk inti se toħloq ammont ta' impjiegi. Imma saret bi skop tajjeb, saret fi żmien meta l-qagħad kien għoli f 'Malta, u ġustament il-Gvern dak iż- żmien kien qed jgħid li biex inti toħloq iktar opportunitajiet tax-xogħol tkun tista' tingħata l-art. Illum, il-qagħad m'għadux problema, u allura qiegħed f 'sitwazzjoni li meta jiġi investitur jgħidli se noħloq ammont ta' ħaddiema, ngħidlu "jiddispjaċini, erġa' mur lura għax dik mhux se naċċettawha." Ħa nemenda l-Malta Enterprise Act u noħloq INDIS Act għall-ewwel darba. Dawn huma żewġ proposti konkreti, li jorbtuna bħala Gvern bil-liġi biex l-attività ekonomika, anke l-art, tibda tingħata b'high value added. FUQ L-ISTESS "NUQQAS TA' ĠENWINITÀ LI SEMMEJT" EJJA NGĦIDU DIN ĦA TIBDA FL-2025. BEJN L-2025 U L-2050 HEMM PERJODU TWIL, MIFRUX FUQ DIVERSI LEĠIŻLATURI, B'AMMINISTRAZZJONI PL JEW PN, JEW TAĦLITA TAT- TNEJN, TAĦT IL-ĦARSIEN TAL- AMMINISTRAZZJONI KURRENTI U ANKE TAĦT MINISTRI OĦRA. KIF ĦA TIŻGURA LI DIN IL-VIŻJONI SSIR? KIF ĦA TAĊĊERTA LI DIN MA TIBQAX XI TIP TA' PR BOX TICKING EXCERCISE B'RISPOSTA GĦAL KRITIKA TA' DAWK LI JGĦIDU LI GVERNIJIET MALTIN MA JAĦSBUX B'MOD ĦOLISTIKU? Jiena meta ppreżentajt dan il-pjan lill- MCSDE – u ntlaqat tajjeb ħafna, anke mill-Kabinett – kien hemm żewġ wegħdiet prinċipali li għamilt: waħda li din mhux se tkun ta' ministru wieħed, trid tkun ta' Gvern sħiħ, u t-tieni li din trid tkun tal-poplu kollu inkluż tal-partiti politiċi kollha. U tkellimt hekk għax, kif għedt tajjeb ħafna inti, f '25 sena l-probabbiltà hi li jinbidlu l-gvernijiet. Ma nistgħux aħna ma jkollniex viżjoni fit- tul, li torbot lil pajjiżna flimkien b'mod sħiħ. Ħalli mbagħad in-nies jagħżlu l-aħjar nies li jimplimentaw dik il-viżjoni, imma fejn irridu naslu dan il-pajjiż, irridu naqblu. Kien għalhekk li bqajt nestendi l-id tal-ħbiberija lill-Oppożizzjoni. Ovvjament jien nistenna naqra iktar onestà issa. S'issa sfortunatament għadni mhux naraha. KELLEK AKTAR KOMUNIKAZZJONI MAX-SHADOW MINISTER JEROME CARUANA CILIA, APPARTI DAKINHAR TAL-BUSINESS LUNCH? Iva mela, u għedtlu li se jkun hemm aktar laqgħat, inkluż anke ma' Ivan J. Bartolo. On a one to one basis, jgħidulek orrajt nimxu hekk, imma meta tibda tara l-azzjoni mill- midja tagħhom, l-attakki sfrenati ... Jien meta nitkellem ma' Jerome, tidher diskussjoni ġenwina, u li se naħdmu, jikkritika, u sewwa jagħmel, u l-istess ma' Ivan. Ngħid orrajt, f 'dan il-pajjiż nistgħu naslu għal daqsxejn maturità, imbagħad teqleb fuq NET TV u tara attakk sfrenat fuq dan il-proċess. Saħansitra anke għax qabbadna kumpanija internazzjonali biex tassistina f 'dan il-proċess. Morna fuq waħda mill-aqwa li tagħmel dawn il-proċessi, li għamlet viżjonijiet oħra bħal dik fil-Kanada, fid-Danimarka, f 'Singapore, eċċ, u kellhom miri, u laħquhom. Iva l-kritika tal-PN taf x'kienet fuq dan? Li l-Gvern qata' qalbu li jsolvi dawn il-problemi għax qabbad kumpanija internazzjonali biex tassistih. Il- Marija Santissima! Allura l-Kanada qatgħat qalbha? Il-Ġermanja qatgħat qalbha? Singapore qata' qalbu? Imma x'argumenti huma dawn? TAĦSEB LI BIEX IKUN HEMM QBIL BEJN L-ISTAKEHOLDERS KOLLHA, INKLUŻ IL-GVERN U L-OPPOŻIZZJONI, IL-POPLU SE JKOLLU JAĊĊETTA L-BARE MINIMUM? Jien mhux se naċċetta, li minħabba konvergenża mmorru fuq bare minimum. Jien il-pajjiż imur 'il quddiem irridu, mhux lura. Il-feedback s'issa li għandi hu wieħed pożittiv ħafna. Nista' nsemmilek pereżempju kif l-MCSDE qabbad working group li qed jaħdem fuqha biss, diġà ltaqgħu wkoll, u se nkunu qed nerġgħu niltaqgħu, u b'mod regolari. Hemm entużjażmu kbir għaliha, u nemmen li se naslu. NAQBEŻ FUQ XI ĦAĠA OĦRA. WIEĦED MILL-MISTIEDNA TA' XTRA FUQ TVM SEMMA T-TNEJN KIF BOSTA KUMPANIJI LI QED JIĠU JINVESTU F'MALTA QED IKOLLHOM XI FTIT TA' VANTAĠĠ FIT-TAXXA. HU DAK IL-ĦIN ĠAB EŻEMPJU TA' SUPERMARKET BARRANI LI FETAĦ MALTA U QED IĦALLAS TAXXA TA' MADWAR 5%, IMBAGĦAD PASSI 'L BOGĦOD MINNU HEMM SUPERMARKET LOKALI LI QED IĦALLAS TAXXA ĦAFNA AKBAR. MA TAĦSIBX LI DAN MHUX ĠUST, LI PRATIKAMENT GĦANDEK MUDELL EKONOMIKU LI QED JIĠBED INVESTIMENT BARRANI AĦJAR MINN NEGOZJU LOKALI? Jiena niem dak l-argument, u naqbel magħhom sa ċertu punt, tant li waħda mill-wegħdiet elettorali tagħna hija li fil- fatt innaqqsu l-corporate tax fil-pajjiż. Il- Ministru tal-Finanzi spjega għaliex ma stajniex nagħmluha din is-sena, u r-raġuni hi minħabba l-kwistjoni ta' Pillar 2. Irridu naraw kif dik se tiżvolġi din is-sena għaliex b'responsabbiltà rridu naraw x'effett se tħalli fuq il-finanzi tal-pajjiż, biex imbagħad eventwalment inkunu nistgħu naġġustaw l-oħrajn ukoll. Però ejja nimu wkoll li meta jkollok korpi kostitwiti, dawn se jkunu qegħdin iħarsu l-interessi tal-membri tagħhom. Ir- responsabbiltà tal-Gvern hija ħafna aktar wiesgħa minn hekk. Ħa ntik eżempju; il-Kamra tal-Kummerċ kienet qed tgħid li m'għandniex nagħtu s-sussidju tal-enerġija lil kulħadd. Il-Gvern jaħsibha differenti. Ma jfissirx li qed immorru kontra dak kollu li qed tgħid il-Kamra tal- Kummerċ. Il-Gvern imbagħad irid isib soluzzjoni, li mhux bilfors se togħġob 100% lil kulħadd, imma fl-opinjoni tagħna tkun l-aħjar. Eżempju ieħor kien meta ħdimna fuq il- miżura stabbiltà. Kelli l-PN li ħareġ kontrina għax beda jgħid li qed immorru kontra s-supermarkets u l-importaturi għax bdejna ngħidulhom li hemm bżonn jitnaqqsu l-prezzijiet. Kellna anke attakk sfrenat minn ċerti korpi kostitwiti, illum il-ġurnata waqfet il-kritika, u jriduna nkomplu. Din hija silta mill-intervista esklussiva tal- ILLUM mal-Ministru Silvio Schembri. Aqra l-intervista kollha fuq www.illum.com.mt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 10 November 2024