MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 10 November 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529156

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 19

20 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' NOVEMBRU 2024 • illum 'Tuna lura l-Forti Chambray' Attivisti 'jinvadu' l-forti bi protesta MARIANNA CALLEJA Attivisti ta' NGOs ambjentali Maltin u Għawdxin jingħaqdu fi protesta kontra żvilupp li se jara l-bini ta' aparthotel ta' ħames stilel bi 63 kamra, 50 appartament, 105 unit residenzjali u l-ħolqien ta' pjazza pubblika. Waħda mill-eqdem barracks Ingliżi fil- gżejjer u l-unika waħda f 'Għawdex hi mhedda minn żvilupp massiv issa li qiegħda mitluba, tokrob għal restawr, attivisti qalu fi protesta s-Sibt. "Il-poplu qed jinsteraqlu wirtu biex igawdi l-privat … tuna lura Fort Chambray," qalu l-attivisti. NGOs ambjentali ewlenin, inkluż Moviment Graffitti, Għawdix, u Din l-Art Ħelwa, "invadew" il-forti fis-sigħat bikrin ta' waranofsinhar. Armati b'banner u kartelluni f 'idejhom, huma żaru partijiet mill-forti waqt li gwida spjega fid-dettall dik il-parti kif kienet isservi fi żmien l-Ingliżi u s-snin ta' wara. Qabel fetħu l-kanċell billi kissru l-ktajjen, il- gwida spjega li din il-forti kellha tkun il-belt kapitali ta' Għawdex, iżda l-Għawdxin stess kienu qablu li l-aħjar jibqgħu viċin ir-Rabat. Waqt il-mixjiet tagħhom, bejn parti tal- forti u oħra, l-attivisti f 'għajta waħda qalu "tħanżirtu żżejjed, iż-żejjed kollu żejjed," u "tuna lura, tuna lura, Fort Chambray." Min-naħa tiegħu, Andre Callus minn Moviment Graffitti, fakkar kif in-nies fl-aħħar snin ma gawdewx il-fortifikazzjoni u dak li hemm moħbi warajha għax "dejjem xi ħadd kellu pjan għalih". Qal li l-pajjiż qatt ma kellu jasal fi stadju li jiddiskuti pjanijiet bħal dawn, speċjalment fi żmien meta l-poplu hu maħnuq bil-bini. "Il-poplu qed jinsteraqlu wirtu biex igawdi l-privat … Se nkissru barracks storiċi biex jinbnew l-appartamenti ġo forti. U min se jgawdi minnhom? Jien jew int? Le, se jgawdu minnhom biss il-it ta' bla ebda rispett." Dak li qed ikun propost L-aħħar pjanijiet għall-Forti Chambray f 'Għawdex jinkludu aparthotel ta' ħames stilel bi 63 kamra, 50 appartament, 105 unit residenzjali u l-ħolqien ta' pjazza pubblika. Il-proġett, propost mill-iżviluppatur Għawdxi Michael Caruana f 'isem Fort Chambray Ltd, jinvolvi l-bini ta' żewġ livelli ta' parkeġġ taħt l-art bi 319-il garaxx. Il-faċċata u l-ġnub tal-kwartieri Ingliżi se jiġu rilokati qrib il-kwartieri tal-Kavallieri, u warajh se jinbena bini ġdid biex jilqa' l-aparthotel propost. Għaxart ikmamar oħra għal-lukanda huma proposti fi ħdan id-Dar it-Tabib. Il-kwartieri tal-Kavallieri nfushom se jakkomodaw erba' ħwienet żgħar, ir- ristoranti, u spazju għall-konferenzi u għall- esebizzjonijiet. Il-bini tal-polverista se jinbidel fil-bar tal-aparthotel, filwaqt li l-forn navali se jsir club house. L-għoli tal-appartamenti se jvarja minn żewġ sulari sa tliet sulari. L-appartamenti residenzjali u l-lukanda jistgħu jitilgħu sa massimu ta' erba' sulari.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 10 November 2024