MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 10 November 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529156

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 19

opinjoni 12 analiżi baġit 2025 IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2024 • illum Malta: Qalb kbira b'ekonomija b'saħħitha Baġit 2025 intlaqa' b'mod tajjeb minn kulħadd. Bir-raġun, għax kien baġit għaqli li jippremja l-bżulija u jassigura qabża ta' kwalità fil-livell tal-għajxien tal- familji Maltin u Għawdxin. Ilni biżżejjed fil-politika biex inħoss li meta baġit jintlaqa' tajjeb, ikun tabilħaqq intlaqa' tajjeb. Dan kien wieħed minnhom. In-nies turik. Jien qatt ma nieqaf indur id- djar u niltaqa' mal-familji. Is-sentiment tħossu. Fl-aħħar it snin bdejt inħoss sentiment partikulari. In-nies japprezzaw li għandna ekonomija b'saħħitha, u allura aktar flus fil- but u xogħol aħjar għaż-żgħażagħ tagħna. Jien niakar żmien, qabel l-2013, meta kont nidħol fid-djar u n-nies jgħiduli kif saret impossibbli jlaħħqu mal-ispejjeż ta' kuljum, u mal-għoli tal-ħajja esagerat. L-aktar li kienu jissemmew kienu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, li Gvern Nazzjonalista kien żied bil-goff. Imma kien hemm ukoll problema ta' ħolqien tax-xogħol. Meta l-Labour tela' fl-2013, beda jwettaq bidliet kbar li wasslu għal tkabbir ekonomiku b'saħħtu ħafna. Indirizza mill- ewwel il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u l-għoli tal-ħajja. Dan il-progress kompla kemm ilu l-Labour fil-Gvern. Imma issa wasalna fi stadju ta' sfidi differenti. In-nies illum, filwaqt li jħossu l-ġid maħluq mit-tkabbir ekonomiku, jistennew, u bir-raġun, kwalità ta' ħajja dejjem aħjar. Għalhekk li jridu aktar spazji miuħa biex igawduhom mal-għeżież tagħhom; arja aktar nadifa; ħaddiema barranin li tabilħaqq ikun hemm ħtieġa għalihom; turiżmu tal-kwalità aktar milli kwantità; immaniġġjar aħjar tat-traffiku u affarijiet oħrajn li jħossu li jżidulhom il-kwalità tal- ħajja tagħhom. Gvern Laburista dan fehmu u fehmu sew. Baġit 2025 kien pass f 'din id-direzzjoni. Allura llum nitkellmu dwar aktar flus fil-but – u baġit 2025 ta' l-akbar tnaqqis fit- taxxi li qatt ingħata, imma wkoll proġetti u inizjattivi biex apparat tal-flus fil-but, il- familji jkollhom kwalità aħjar tal-ħajja. Proġetti kbar li minnhom igawdu n-nies Bħala Ministru responsabbli mill-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali d-dover tiegħi hu li nimbotta kemm niflaħ biex insaħħu r-riżorsi disponibbli. Imbuttajt biex ikollna aktar investiment fir-restawr ta' fortifikazzjonijiet u binjiet storiċi f 'pajjiżna. Fl-2025 se jkomplu jew jibdew, xejn anqas minn 40 proġett ta' restawr f 'Malta u f 'Għawdex. Dawn huma proġetti ta' fejda li minnhom igawdu l-familji. Wara ġimgħa ta' xogħol, il- familji jmorru f 'dawn il-postijiet u jistrieħu u jgawdu mal-għeżież tagħhom. Dawn huma proġetti diretti li jtejbu l-kwalità tal- ħajja tan-nies. Fil-Marsa, il-Cultural Hub Proġett kbir għas-sena d-dieħla se jkun il-Cultural Hub fil-Marsa. Hawnhekk se nniedu l-ewwel fażi tal-proġett tant mistenni mhux biss mill-entużjasti tal- Karnival imma minn kull min iħobb l-arti u l-kultura. Dan il-proġett attira investiment ta' €15 miljun minn fondi Ewropej u mistenni jitlesta sat-tmiem tal-funding period. Din kienet waħda mill-wegħdiet ewlenin fil- manifest Laburista tal-aħħar elezzjoni ġenerali. Dak li nwiegħdu, nwettquh. Festivals, Mużika u Arti Baġit 2025 miżgħud bi proġetti ġodda għall-oqsma tal-arti u l-kultura. Festivals Malta se tkompli ttella' festivals kbar li jiġbdu lejhom eluf ta' Maltin u turisti. Il- Malta Philharmonic Orchestra se ttella' kunċerti tal-ogħla kwalità li jitgawdew mill-Maltin u jiġbdu lejn Malta turisti ta' kwalità. L-Arts Council Malta se jibgħat, għall-ewwel darba, artisti Maltin bil-Biennale tal-Arti tal-Korea t'Isfel. Se mmexxu l-applikazzjoni biex waħda miż-żewġ entitajiet bejn ir-reġjun Port/ il-Birgu jew ir-reġjun Ghawdex/ir-Raba ikunu magħżula mill-EU bħala il-Belt Kulturali Ewropea fl-2031. Se nkomplu nsaħħu l-Festa Maltija u ngħinu l-Każini u s-Soċjetajiet tal-Baned. Ġejjieni mill-isbaħ Nistqarr li fil-qasam tal-wirt nazzjonali, l-arti u l-gvern lokali ġej żmien mill-isbaħ. Ħa nkun ċar: xejn minn dan ma seta' jsir li kieku ma kellniex ekonomija b'saħħitha. F'pajjiżi oħra Ewropej il-gvernijiet qed jixxahhu man-nies għax flus ma għandhomx. Araw x'ġara fl-Ingilterra. Fl- ewwel baġit tiegħu, Gvern Laburista, għax wiret sitwazzjoni ekonomika diffiċli mill- gvern konservattiv ta' qablu, kellu jżid it- taxxi fl-ewwel baġit tiegħu. Aħna daqsxejn ta' gżira, imma b'qalb kbira u b'ekonomija b'saħħitha. Għalhekk li Malta pajjiżna hija suċċess. Issa minn dan is-suċċess se jgawdi kulħadd. "Issa wasalna fi st- adju ta' sfidi differ- enti. In-nies illum, filwaqt li jħossu l-ġid maħluq mit-tk- abbir ekonomiku, jistennew, u bir- raġun, kwalità ta' ħajja dejjem aħjar."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 10 November 2024