MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 10 November 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529156

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 19

IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2024 • illum Pajjiż ta' Kwalità N A Ħ D M U L E J N b u d g e t .g o v. m t F R E E P H O N E 1 5 3 gvern lokali Wara li fil-budget għas-sena 2024 il-gvern kien ra li jsaħħaħ il-komunitajiet, fil-budget għal din is-sena se jkompli jibni fuq dak ta' qablu sabiex din id-darba jeleva l-kwalità tal-ħajja ta' l-istess komunitajiet. Dan se jkun qed jagħmlu b'diversi inizjattivi u skemi: - Komunitajiet aktar b'saħħithom u inklussivi Din l-inizjattiva tmur pari passu mal-budget għas-sena d-dieħla. Permezz ta' din l-iskema, il-Kunsilli Lokali se jkunu qed japplikaw għall- fondi li permezz tagħhom se jwasslu għat-tisħiħ tal-benesseri tal-komunitajiet tagħna. B'din l-iskema l-Kunsilli Lokali se jkunu f'pożizzjoni aħjar li jwettqu proġetti jew inizjattivi biex jgħinu l-komunitajiet tagħhom ikunu aktar b'saħħithom u nklussivi. - Inizjattiva u Investiment fis-saħħa mentali tar-residenti Maltin u Għawdxin, permezz ta' proġett pilota, sabiex wieħed ikun jista' jingħata l-għajnuna professjonali meħtieġa fl-eqreb kunsill lokali tiegħu. - Vjal Kulħadd se jitkompla l-proġett ta' €10miljun flimkien ma' Infrastruttura Malta li permezz tagħha se jkollna lokalitajiet aktar sbieħ u siguri. - Se jitkomplew għadd ta' skemi oħra li permezz tagħhom Kunsilli Lokali se jkunu jistgħu jiksbu fondi għat-tisbiħ tal-lokalitajiet tagħhom, fosthom ġonna u spazji miftuħa. Permezz tal-budget 2025, is-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali se jkompli jwieżen il-kwalità tal-ħajja tal-komunitajiet tagħna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 10 November 2024