Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529156
IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2024 • illum Malta għandha wirt nazzjonali imprezzabbli, b'patrimonju u kultura unika fil-Mediterran. Il-Bagit ta' din is-sena għandu l-għan li jsaħħaħ il-valur tal-arti, il-kultura, u l-wirt patrimonjali tagħna. Se nkunu qed ninvestu fi proġetti maġġuri biex nagħmlu Malta pajjiż ta' kwalità f'dawn l-oqsma. Pajjiż ta' Kwalità N A Ħ D M U L E J N b u d g e t .g o v. m t F R E E P H O N E 1 5 3 KULTURA investiment FIL- U L- ARTI TA'Malta Proġetti Kulturali u Artistici ta' Malta 1. Cultural Hub fil-Marsa: L-ewwel fażi tal-proġett tal-Cultural Hub se tibda. Dan il-proġett, li assigura 15-il miljun ewro f'fondi Ewropej se jipprovdi faċilitajiet għad-dilettanti tal-Karnival u għal diversi setturi artistiċi oħra. 2. Malta fil-Biennale tal-Korea t'Isfel: Għall-ewwel darba, il-Kunsill Malti għall-Arti se jieħu sehem fil-Biennale ta' Gwangju. Dan jipprovdi pjattaforma prestiġjuża għall-artisti tagħna barra minn xtutna. 3. Eurovision Camp and Village: Inħejju spazju ġdid biex il-Maltin u barranin jgħixu l-esperjenza tal-Eurovision minn qrib, b'riżorsi u attivitajiet għal kull min iħobb din il-kompetizzjoni popolari. 4. Sculpture Garden: Proġett ta' 600,000 ewro se joħloq ġnien mimli skulturi b'postijiet għall-pubbliku li jżur il-MICAS. 5. NAPA Studios fi'Raħal Ġdid: Se tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija Nazzjonali dwar l-arti Performattiva u l-MCAST bil-għan li jinħolqu iktar faċilitajiet għall-artisti. Iktar ħidma kulturali - Proġetti għall-PBS: Bis-saħħa ta' investiment ta' €3 miljuni fis-sit magħruf bħala Malex House proprjetà tal-Public Broadcasting Services Ltd se jinbnew faċilitajiet ġodda ta' studio, uffiċini u tagħmir state of the art biex inkomplu nsaħħu l-istazzjon nazzjonali. - Films Maltin: Għas-sena d-dieħla, l-allokazzjoni finanzjarja għall-Iskema ta' Appoġġ għall-Iscreen se tiżdied għal €2 miljuni sabiex inkunu ta' sapport għal produtturi al-films lokali u b'hekk nippromwovu l-industrija tal-films Maltin. Konservazzjoni tal-Wirt Patrimonjali b'40 proġett ta' restawr Bagit 2025 se jkompli jsaħħaħ u jikkonserva l-wirt nazzjonali li jġorr il-gmiel u l-istorja ta' pajjiżna. Il-proġetti jinkludu: - Villa Guardamangia: Se tkun qed tibda r-riabilitazzjoni ta' din il-villa storika b'investiment ta' 15-il miljun ewro. - Proġetti kapitali bħal restawr tal-Main Guard fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, li għandu jitlesta sas-sena 2027. - Il-proġett ta' restawr f'Villa Portelli. - Restawr tat-Torri Vendôme f'Marsaxlokk. - Ir-restawr tal-Mitħna ta' San Ġwann t'Għuxa f'Bormla. - Restawr fil-Mużew Marittimu, b'mira li jitlesta sas-sena 2027. - Riabilitazzjoni tal-ex-Istazzjon tat-Tram fil-Marsa, fost oħrajn. Bagit 2025 ikomplu jżidu l-valur tal-arti, l-kultura, u l-wirt patrimonjali tagħna, filwaqt li nkomplu nsaħħu l-ekonomija kreattiva u l-identità unika ta' Malta. kultura