Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529156
PHOTOGRAPHY BY JAMES BIANCHI / MALTATODAY Kif familji ntlaqtu mill-miżuri soċjali tal-baġit 2025 BAĠIT 2025 Grace pensjonanta xebba li rtirat fl-2016 wara snin taħdem ma' kumpanija privata. Barra miż-żieda ta' €8 fil-ġimgħa fil-pensjoni tagħha, hija ser ikollha żieda oħra ta' €2.24 fil-ġimgħa fil-ħlas tal-bonus għall-għoli tal-ħajja bħala riżultat tal-proċess li ser iwassal biex sal-2027 il-bonus jibda jitħallas sħiħ lill-pensjonanti kollha. Hija ser tgawdi wkoll minn titjib fil-pagament tal-Al- lowance Supplimentari u żieda ta' madwar €90 oħra mill-pagament li ser tirċievi għal darb'oħra mill-bene- fiċċji addizzjonali kontra l-għoli tal-ħajja. B'kollox id-dħul tas-sena matul is-sena ser jiżdied b'madwar €690. Mario, impjegat bħala skrivan, missier ta' tifla taħt is-16-il sena b'diżabilità severa li minħabba li tirrikjedi kura kontinwa, omma, Jennifer, kellha tieqaf mix-xog- ħol biex tieħu ħsiebha. Bis-saħħa ta' miżura fil-baġit din il-familja ser ikollha l-wens li tirċievi għall-ewwel darba l-Carers Grant li s-sena d-dieħla ser tilħaq €5,190, l-istess kif jingħata familji oħra bi tfal fl-istess kundizzjoni ta' aktar minn 16-il sena. Barra minn hekk il-familja ser ikollha żieda fl-allow- ance għal tfal b'diżabilità, fis-suppliment tal-allowance tat-tfal u titjib ieħor li qed isir fil-ħlas tal-allowance tat-tfal. Miġbura flimkien dawn ilaħħqu madwar €590. Mario ser ikollu żieda għall-għoli tal-ħajja fil-paga kif ukoll tnaqqis ta' €477 fit-taxxa tad-dħul. Barra minhekk, il-familja ser tarġa tikkwalifika għall-benefiċċju addizzjonali kontra l-għoli tal-ħajja li ser jiżdied b'€364. B'kollox id-dħul ta' Mario u Jennifer fis-sena l-ġdida ser jikber b'madwar €6,980. Ċensu u martu Elena jgħixu bil-pensjoni kontributorja tar-raġel, peress li Elena wara ż-żwieġ waqfet mix-xog- ħol biex trabbi l-uliedha. Il-pensjoni ta' Ċensu ser tiżdied b'€8 fil-ġimgħa, u per- ess li twieled qabel l-1962 ser ikollu aġġustament ieħor fil-pensjoni tiegħu. Minn naħa tagħha l-mara ser tibbenefika mit-titjib fil-bonus għal dawk li ma kellhomx bolol biżżejjed biex jikkwalifikaw għal pensjoni. Il-bonus tagħha issa ser jitla' bi €300 għal €900. Filwaqt li t-tnejn li huma ser igawdu miż-żieda ta' €50 fl-għotja għall-anzjani, huma ser jibbenefikaw ukoll minn żieda ta' €264 fir-rata li jirċievu mill-Allowance Supplimentari bis-saħħa taċ-ċaqlieq li qed isir fil-para- metri tal-mekkaniżmu ta' dan il-benefiċċju. Huma ser ikollhom żieda ta' madwar €200 (minn 336 għal 538) fil-pagament tal-benefiċċju addizzjonali kon- tra l-għoli tal-ħajja. B'kollox huma ser jaraw żieda fid-dħul tagħhom ta' madwar €1866.