Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529156
08 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2024 • illum opinjoni Meta se nibdew naħsbu għal għada f 'dan il-pajjiż? Ħ afna kliem sabiħ mill-politiċi ta' kull naħa, dwar industrija ta' innovazzjoni, u pajjiżna jibqa' jiddependi minn fuq kemm l-Awtorità tal-Ip- pjanar kapaċi toħroġ permessi tal-bini. Is-suċċess ekonomiku jibqa' jiddependi minn kemm kapaċi noħolqu prosperità f 'suq domestiku, kemm kapaci nibqgħu nibnu. Mhux b'tant kemm kapaċi nżidu l-manifattura iżda kemm kapaċi niġġeneraw kummerċ (infiq) intern lokali, aktar bini u għalhekk aktar barranin. Jekk irridu qabża ta' kwalità neħtieġu riforma fil-qasam tal-edukazzjoni, biex in-nefqa mhux żgħira tal-Gvern f 'dan il-qasam tkun kapaċi tirrendi riżultati li teħtieġ l-istess qabża ta' kwalità. Għandna numru ta' realtajiet li l-establishment politiku jidher li mhux jikkonsidra meta jitkellem dwar il-viżjoni politika u ekonomika għal pajjiżna. Id-demografija tagħna hija sfida u theddida għat-tkabbir ekonomiku reali f 'pajjiżna. Ma jistax jibqa' jkollna pajjiż jiċkien fin-numru tal- popolazzjoni Maltija u l-politiċi tagħna jibqgħu joħolmu fuq l-innovazzjoni. Hawn verament irridu li jkollna politika li ddawwar in-numru. Mhux biżżejjed li n-nuqqas ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin nimlewh bil- ħaddiema barranin. Illum diġà għandna terz mill-ħaddiema tagħna li huma barranin. Ftit xhur oħra n-numru ta' barranin f 'pajjiżna jkun in-nofs. L-akbar innovazzjoni politika u soċjali li neħtieġu hija politika li tgħin lill-familja Maltija u Għawdxija jerġa' jibda jkollha fiduċja fil-ġejjieni tagħha stess f 'pajjiżha stess. Ir-realtà hi li terz miż- żgħażagħ tagħna tilfu l-fiduċja f 'pajjiżhom u llum jistħu jgħidu li huma Maltin u kif jiggradwaw lesti jitilqu minn Malta. Din daqqa ta' ħarta fuq oħra, għandna numru ta' studenti li qiegħed jiċkien u ma' dan kollu mill-ftit li għandna se nkomplu nitilfu minn dawk li għandna bżonnhom biex jieħdu lil pajjiżna f 'realtà ta' kwalità. Għalhekk neħtieġu politika li l-ewwel u qabel kollox terġa' tnissel kuraġġ u tama f 'pajjiżna fl-imħuħ ta' wliedna. L-establishment politiku jrid jistaqsi: "Dan l-hekk imsejjaħ tkabbir ekonomiku, xi skop se jkollu kemm-il darba pajjiżna jibqa' jitlef il-familja tiegħu?" Qisu għandna negozju tal- familja li jikber u jikber iżda m'hemmx sidien li qed igawdu minnu. Jekk nitilfu l-familja Maltija min se jkun il-benefiċjarju ta' dan it-tkabbir ekonomiku? Jekk riżultat ta' dan l-hekk imsejjaħ tkabbir ekonomiku pajjiżna jibqa' jsir aktar pajjiż li ma tistax tgħix fih, x'jiswa dan it-tkabbir ekonomiku għall- familja Maltija u Għawdxija meta minħabba dan il-ġenn tat- tkabbir ekonomiku, il-familja tibqa' titlef lil uliedha? Jekk il-familja Maltija finalment mhux il-benefiċjarja ta' dan it-tkabbir ekonomiku, anzi hija l-familja Maltija u Għawdxija li trid tħallas il- prezz qares ta' pajjiż bi traffiku għoqda, baħar imniġġes, servizz tas-saħħa li ma jistax ilaħħaq mad-domanda, prezz tal-bini dejjem jogħla, ħajja dejjem togħla aktar u aktar, ambjent li kulma jmur mhux se jkun fih fejn tieħu nifs, mela dan it-tkabbir ekonomiku mhux se jkun laħaq l-għan tiegħu fil- ġejjieni. Dan kollu juri li fit-tfassil tal-politika tagħna ftit li xejn jimpurtana naħsbu fis- soluzzjonijiet tal-problemi reali. Se nibqgħu ngħidu mod u nagħmlu mod ieħor. Tneħħi x-show business mill-politika, ma jibqa' xejn. Kollox kaċċa għall-voti u mir-responsabbiltà lejn l-isfidi ta' veru li tħabbat wiċċha magħha l-familja Maltija u Għawdxija ftit li xejn jimpurtana. Kordinatur ta' Moviment Solidarjetà EDWIN VASSALLO "Jekk riżultat ta' dan l-hekk imsejjaħ tkab- bir ekonomiku pajjiżna jibqa' jsir aktar pajjiż li ma tistax tgħix fih, x'jiswa dan it-tk- abbir ekonomiku għall-familja Malt- ija u Għawdxija meta minħabba dan il-ġenn tat-tk- abbir ekonomiku, il-familja tibqa' titlef lil uliedha?"