Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529156
02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2024 • illum SCORPIO (L-GĦAQREB), MIT-23 TA' OTTUBRU SAL-21 TA' NOVEMBRU F'dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta' Scorpio, għalik, l-istess Scorpio huwa l-waqt li tagħraf kemm tista' titkattar. F'din il-fażi li fiha tinsab f 'nofs triq taż-żodjaku tiegħek, int għandek tagħżel aħjar dak li verament tixtieq twettaq. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi s-Sapphire. Namaste. CAPRICORN (IL-WOTT), MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR F'dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta' Scorpio, għalik, Capricorn se jkun il-waqt li tibda tanalizza l-qagħda fl-imħabba fejn qed tħoss li sitwazzjoni tista' tkun aħjar. Għalhekk, ilqa' qabel ikun tard, għaraf minn issa, u analizza. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi Onyx. Namaste. ARIES (IL-KIBX), MILL-21 TA' MARZU SAD-19 TA' APRIL F'dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta' Scorpio, għalik, Aries se jkun il-waqt li tagħraf it-triq ideali għalik. Issa għandek ċans tajjeb li tirrifletti u tieħu dik id-direzzjoni ideali iżda wettaq kollox b'għaqal u mhux b'għaġla. Analizza. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi r-Rose Quartz. Namaste. LEO (ID-DURBIES), MIT-23 TA' LUL JU SAT-22 TA' AWWISSU F'dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta' Scorpio, għalik, Leo se jkun il-mument li żżid il-kuraġġ li qisek bdejt titlef dan l-aħħar. Taqtax qalbek minn dak li hemm biex jitwettaq. Dan se jkun il-mument ideali għalik. Analizza. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Pearl. Namaste. LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta' Scorpio, għalik, Libra se jkun il-waqt għal thejjija pożittiva f 'dak li taf li hemm riesaq lejk. Ħares lejn dan b'aktar ħeġġa sabiex b'hekk tkun kapaċi tikkumbatti u tkompli miexi 'l quddiem. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tourmaline. Namaste. SEBA' VOUCHERS TA' 7€ GĦALIK L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Il-Qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta Scorpio (l-Għaqreb) Mill-Ħadd 10 ta' Novembru sas-Sibt 16 ta' Novembru Ħames snin ta' ristrutturar f 'San Vinċenz de Paul qed iwassal għal kwalità ta' ħajja aħjar għall-anzjani Il-kumpless San Vinċenz de Paul qed ikompli jtejjeb is-servizzi tiegħu biex jipprovdi kwalità ta' ħajja aħjar għall-anzjani li jagħmlu użu minnhom. F'konferenza tal-aħbarijiet, is- Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Malcolm Paul Agius Galea, ħabbar li s-sena 2025 ser tkun importanti billi timmarka l-għeluq ta' ħames snin ta' ristrutturar estensiv. Matul dan il-perjodu, saru proġetti infrastrutturali u ġew introdotti servizzi ġodda biex jitjiebu l-kumdità u l-kura tal-anzjani. Is-Segretarju Parlamentari spjega li dawn l-investimenti huma mfassla biex itejbu mhux biss l-ambjent tar-residenza, iżda wkoll biex jiżdiedu s-servizzi mediċi offruti. "Qegħdin nespandu b'aktar kliniċi u nintroduċu apparat mediku modern biex nirrispondu aħjar għall-bżonnijiet tar-residenti u ntejbu l-esperjenza tagħhom," qal Agius Galea. Huwa tenna li l-impenn ta' San Vinċenz de Paul hu li jkompli joffri l-ogħla livell ta' kura mhux biss għar-residenti tiegħu iżda wkoll għall-anzjani riferuti mill-komunità u minn djar oħra tal- anzjani. Diversi swali ġew rinovati matul dawn il-ħames snin, inkluż il-proġetti fis-swali St Frances 1 u 2, li dalwaqt se jkunu lesti biex jilqgħu sa 64 resident ġdid b'servizzi moderni. Ix-xogħlijiet biex titkabbar l-ispiżerija ta' SVP se jippermettu aktar ħażna għal mediċini u provvisti farmaċewtiċi, u b'hekk se tonqos id-dipendenza fuq is-CPSU, filwaqt li tiżdied l-effiċjenza fil- provvista tal-kura. Il-kumpless saħħaħ ukoll il-kura medika tiegħu b'apparat ġdid, fosthom magni tal-ultrasound u bone density scanners li eliminaw il-listi ta' stennija għal dan it-test. Fil-futur qrib, se jiddaħħlu wkoll cardiac monitors ġodda, x-ray machines portabbli, u air mattresses tal-aħħar teknoloġija biex titkompla t-titjib tal-kumdità u l-kura tar-residenti. Kif imsemmi fid-diskors tal-budget, San Vinċenz de Paul se jibda jimplimenta unit għad-dijalisi b'numru ta' magni li se jnaqqas b'mod sinifikanti l-piż fuq l-isptar Mater Dei. Barra minn hekk, se jiġi mwaqqaf dipartiment ġdid għall-kura paljattiva biex jingħata appoġġ speċjalizzat lill-pazjenti u lill-familji tagħhom. Bl-istess mod, b'investiment ta' żewġ miljun ewro, ser tiġi introdotta magna tal-MRI li se tgħin fit- tnaqqis tal-listi ta' stennija u tipprovdi scans aktar effettivi għall-anzjani. Hemm ukoll pjanijiet biex jiġi żviluppat unit għal kura intermedjarja, li ser ikun kruċjali biex jappoġġja l-kura, l-irkupru u t-tranżizzjoni ta' pazjenti mill-isptar għal kura fid-dar. Fil-fatt, diġà għaddej proġett pilota ta' kura intermedjarja li, tul dawn l-aħħar xhur, wera riżultati pożittivi ħafna u sodisfazzjon kemm mill- pazjenti nfushom kif ukoll minn qrabathom. Is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea jiltaqa' ma' residenti f 'San Vinċenz de Paul