MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 10 November 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529156

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 19

aħbarijiet illum • IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2024 05 AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Fond Ewropew għall-Politika Agirkola Komuni 2023-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej jixtieq iħabbar li qed tiġi mnedija sejħa għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt: Intervent 75.1: Appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ Is-sejħa se tagħlaq Il-Ġimgħa 28 ta' Marzu 2024, f'nofsinhar. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni ta' proposti għal proġetti u dokumentazzjoni relevanti huma disponibbli fuq https://fondi.eu/what-funding-is-available/ . Aktar informazzjoni dwar din is-sejħa, kif ukoll dwar il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni, tista' tinkiseb mis-sit elettroniku https://fondi.eu/. Il-mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. Ser jiġu organizzati sessjonijiet ta' informazzjoni nhar: • It-Tnejn 11 ta' Novembru 2024 • L-Erbgħa 13 ta' Novembru 2024 • Il-Ġimgħa 15 ta' Novembru 2024 • Il-Ġimgħa 22 ta' Novembru 2024 Għal aktar dettalji dwar is-sessjonijiet ta' informazzjoni u biex tirreġistra tistà taċċessa l-QR Code t'hawn taħt jew iċempel fuq 2779 7300. . QR CODE 2128 B'dan l-avviż ikun magħruf illi b'rikors ippreżentat fil-Qorti, Sezzjoni ta' Ġurisdizzjoni Volontarja, fit-30 ta' Lulju, 2024, Rikors numru 657/2024, minn Robert Scerri et, fejn talbu li tiġi ddikjarata miftuħa favur Robert Scerri u Massimo Scerri ħut id-decujus fi kwota ta' nofs (1/2) indiviż kull wieħed minnhom is-suċċessjoni ta' Josette Scerri, xebba, bint il-mejtin Joseph Scerri u Mary Scerri née Galea, imwielda Ħ'Attard, Malta, kienet residenti Ħal Lija u mietet l-Imsida, Malta, fit-28 ta' Novembru, 2023, ta' 57 sena, u li kellha karta tal-identità numru 0359866M. Għaldaqstant, kull min jidhirlu li għandu interess huwa msejjaħ biex jidher quddiem il-Qorti fuq imsemmija sabiex b'nota jmur kontra dik it-talba fi żmien ħmistax-il ġurnata li jibda jgħaddi minn dak il-jum li fih jiġi mwaħħal il-bandu u l-avviżi skont il-liġi. Reġistru tal-Qorti Ċivili, Sezzjoni ta' Ġurisdizzjoni Volontarja. Illum 20 ta' Settembru, 2024 ALEXANDRA DEBATTISTA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali ADPD jakkuża l-Gvern li qed jinjora l-istrateġiji għat-trasport tiegħu stess Il-proġett tal-flyover f 'Msida Creek, li beda din il-ġimgħa, se jkompli jħeġġeġ lill-poplu biex juża aktar il-karozzi, aktar milli jinkoraġġixxi t-trasport pubbliku jew mezzi alternattivi, skont il-Partit tal-Ħodor, ADPD. Sandra Gauci, chairperson tal-ADPD, qalet li dan il-proġett mhux biss se jżid l-użu tal-karozzi iżda wkoll ma jħajjarx in-nies jimxu. "L-għan ta' dan il-proġett huwa biex jirregola t-traffiku, jiġifieri biex jiffaċilita l-moviment tal- karozzi. Dan ifisser li qed tingħata prijorità lill-karozzi u mhux lin-nies jew il-kwalità tal-ħajja tagħhom," saħqet Gauci. Hija żiedet tgħid li "s-soluzzjoni għat-tnaqqis tat-traffiku – jiġifieri tnaqqis fl-użu tal-karozzi – hija li tinħoloq infrastruttura li takkomoda mezzi ta' trasport varji. Ma tistax sempliċement toħloq flyover biex tlaħħaq mal- influss tal-karozzi b'detriment għal dawk li jippreferu jivvjaġġaw bil-mixi." Gauci fakkret li proposta alternattiva li kienet ġiet imressqa mill-Kamra tal-Periti kienet ġiet miċħuda minn Infrastructure Malta għax ġiet "żmien tard wisq" biex tkun ikkunsidrata. "L-importanti huwa li nagħtu l-impressjoni li qed naħdmu, li hemm xogħol, u li xi ħaġa qed issir. Iżda jekk dak ix-xogħol qed isir sew jew le, it jimporta għal min hu fil-poter," sostniet Gauci Gauci semmiet ukoll li l-viżjoni tat-Trasport għal 2050 u l-istrateġija tat-trasport għal 2050 fihom proposti pożittivi fuq il-karta iżda it minnhom ġew implimentati. "Għala qed nitilfu ħin u flus pubbliċi fuq dawn l-istudji u masterplans meta, fl-aħħar mill- aħħar, nirriskjaw li nerġgħu lura għall-mod l-antik kif isiru l-affarijiet?" Is-Segretarju Ġenerali tal- ADPD, Ralph Cassar, ikkonkluda li proġetti massivi bħall-flyover fl- Imsida huma bla sens jekk mhux iċ-ċittadini li jiġu l-ewwel. "Inċentivi tal-Baġit biex iħeġġu lin-nies inaqqsu l-użu tal-karozzi privati huma bla sens meta l-infrastruttura pjanata fil-fatt qed tħeġġeġ l-oppost," qal Cassar. "Id- distanzi medji f 'Malta huma biss 5.5km, u xorta waħda l-gvern qed ikompli jħeġġeġ il-konġestjoni u t-tniġġis minflok toroq li jagħmlu spazju għan-nies." Sandra Gauci, chairperson tal-ADPD (xellug) u s-Segretarju Ġenerali Ralph Cassar

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 10 November 2024