Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530037
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2024 Terz tal-familji Maltin jemmnu li l-qagħda finanzjarja tagħhom se titjieb fix-xhur li ġejjin ANNOUNCEMENT OF CALLS FOR PROJECT PROPOSALS UNDER Common Agricultural Policy (CAP) Strategic Plan for Malta 2023-2027 The Ministry responsible for European Funds is launching calls for project proposals as indicated hereunder: • Intervention 77.2: Cooperation EIP Operational Groups • Intervention 70.1: Conservation and Sustainable Use of Genetic Resources The first batch of calls will close on Friday 14 th March 2025 at noon. Prospective applicants are encouraged to refer to https://fondi.eu/ to access the CAP Strategic Plan, as well as the Guidance Notes and the application forms related to these calls. Information sessions are being organised at the Oaks Business Centre, Farsons Street, Hamrun (MA Office): • Cooperation EIP Operational Groups, to be held on Thursday 9 th January 2025 • Conservation and Sustainable Use of Genetic Resources, to be held on Wednesday 11 th December 2024 To register for these information sessions, kindly access the below QR Code or call SEM on 2779 7300. Further queries are to be sent by email on fondi.eu@gov.mt IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Filwaqt li 46% jemmnu li s-sitwazzjoni fil-pajjiż sejra fid- direzzjoni t-tajba. Id-differenza bejn is- sitwazzjoni personali, u dik li l-parteċipanti qed iwieġbu li qed jaraw, twassal għal domandi oħra. Pereżempju filwaqt li 84% tal-familji f 'pajjiżna sostnew li l-qagħda finanzjarja tagħhom hija tajba, kienu 68% tal-Maltin li qallu li jemmnu li s-sitwazzjoni ekonomika f 'pajjiżna hija tajba. Anke fejn tidħol il-ħajja inġenerali, waqt li l-maġġoranza qawwija ħafna jgħidu li ferħanin b'ħajjithom, huma 56% biss li sostnew li s-sitwazzjoni f 'pajjiżna hija tajba. B'kuntrast fejn tidħol inflazzjoni, 53% jgħidu li din hija problema li qed taffettwahom personalment, u 43% jgħidu li din hija problema għall-pajjiż kollu kemm hu. Meta mqabbel mal-bqija tal- Ewropa, l-Ewrobarometru għal Malta juri xejriet interessanti ħafna. F'Malta kien hemm l-akbar tnaqqis fil-proporzjon ta' nies inkwetati fuq l-inflazzjoni. Fil-fatt it-tnaqqis f 'pajjiżna kien id-doppju ta' dak madwar l-Ewropa, għalkemm l-għoli tal-ħajja baqa' l-aktar ħaġa li tinkwieta lill-Maltin, ferm aktar mill-migrazzjoni. Terz tal-familji Maltin jemmnu li l-qagħda tal-pajjiż u dik finanzjarja tagħhom se titjieb fix- xhur li ġejjin. Madwar iż-żona ewro madwar kwint biss jaħsbu hekk. Fil-fatt Malta hija l-pajjiż fiż-żona ewro fejn il-familji huma l-aktar ottimisti għaż- żmien li ġej. Dan seta' rrifletta l-aspettattiva ta' budget ġeneruż għax l-istħarriġ sar fil-ġimgħat ta' qabel. Fatt ieħor interessanti huwa n-nuqqas ta' għarfien tal- familji Maltin għall-qagħda ekonomika internazzjonali. Fil- fatt, il-maġġoranza tal-familji f 'pajjiżna sostnew li l-qagħda tal-ekonomija Ewropea hija waħda tajba. Dan bil-kontra tal-familji madwar l-Unjoni, kif ukoll tal-istatistika uffiċjali fuq l-andament ekonomiku f 'din iż- żona. Lil hinn mill-ekonomija, il- maġġoranza qawwija tal-familji Maltin min-naħa l-oħra jaħsbu li l-affarijiet sejrin fid-direzzjoni l-ħażina fl-Unjoni Ewropea, u ferm aktar fl-Istati Uniti. L-appoġġ tal-familji Maltin lejn l-Ukrajna wkoll jidher li huwa ferm baxx meta mqabbel mal-medja Ewropea. Waqt li 60% tal-familji Ewropej jemmnu li l-Ukrajna għandha ssir membru tal-Unjoni, it aktar minn 50% tal-Maltin jaqblu. L-akbar appoġġ għall-kandidatura tal- Ukrajna huwa fl-Iżvezja, fejn kważi 85% huma favur. Malta tibqa' wkoll il-pajjiż fl- Unjoni Ewropea bl-anqas appoġġ popolari għal politika komuni ta' difiża u sigurtà.