www.illum.com.mt
NRU 944
€1.25
IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2024
INTERVISTA MA'
JULIA FARRUGIA,
IL-MINISTRU
GĦALL-
INKLUŻJONI
PAĠNI 6 - 7
IL-US TIFFINANZJA
STEJJER FUQ MALTA
Il-Gvern
determinat li ma
jiċċaqlaqx dwar
l-MCAST
L-EKONOMIJA TA'
MALTA MFAĦĦRA
GĦAL DARB'OĦRA
AQRA L-EDITORJAL F'PAĠNA 11
L-aġenzija internazzjonali tal-
kreditu Standard and Poor's
(S&P) ikkonfermat ir-rating
ta' A- għal Malta, bi prospetti
stabbli. Ir-rapport juri li
l-ekonomija Maltija qed tikber
b'saħħitha, bi tkabbir ta' 6.2%
għall-2024.
L-espansjoni hija sostnuta
mit-turiżmu u l-konsum privat,
li qed ifawwar ukoll minn flussi
migratorji.
Madankollu, S&P enfasizzat
li l-politika migratorja għandha
tiġi monitoriġġata, biex il-pajjiż
ikompli joffri infrastruttura
adegwata. L-aġenzija tanalizza
wkoll il-kundizzjoni tal-finanzi
pubbliċi, li huma taħt kontroll, iżda
tirrakkomanda attenzjoni fir-riskji
esterni, bħal prezzijiet tal-enerġija
u kompetittività ekonomika.
Il-futur jidher ottimistiku, iżda
jeħtieġ sforzi kontinwi.
AQRA IKTAR F'PAĠNA 3
MARIANNA CALLEJA
Il-Gvern mhux beħsiebu jiċċaqlaq mal-MUT
dwar il-ehim mal-MCAST, sors qrib in-
negozjati qal lill-ILLUM.
"Qed ikun impossibbli, u qed ikun diffiċli," is-
sors qal.
Is-sors, li huwa qrib il-Gvern u viċin in-
negozjati, spjega kif bħalissa l-lekċerers qed ikunu
offruti ġimgħa inqas f 'kull semestru, siegħa inqas
kuljum, u pakkett tajjeb b'mod ġenerali, u "issa
Marco jrid €400 għal kull resit, apparti affarijiet
oħra," qal is-sors.
"Qed ibatu l-istudenti," żied jgħid is-sors, "iridu
jimu li din hija gwerra tal-MUT mal-UHM fl-
MCAST, u minħabba f 'hekk qed ibati kulħadd."
Fi it kliem is-sors spjega kif Marco Bonnici
tefa' għajnejh fuq l-istaff kollu tal-MCAST u jrid
li hu jibda jippreżentahom flimkien mal-gradi
kollha tal-lekċerers fi ħdan l-istess istituzzjoni.
"Marco Bonnici ma jistax jaġixxi b'dan il-mod,"
temm jgħid is-sors.
AQRA IKTAR F'PAĠNA 3
Marco Bonnici