MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530258

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

intervista IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum 06 'Xogħolna jkun jiġi xolt il-Ministeru Il-Ministru għall-Inklużjoni, Julia Farrugia, tgħid li l-aċċessibilità hi waħda mill-aktar aspetti fundamentali fid-drittijiet tal-persuni b'diżabilità. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) intalbet tinvestiga 11-il każ ta' mwejjed u siġġijiet li jiżgumbraw il-bankini. Aqra aktar fl-intervista esklussiva tal-Ministru mal- gazzetta ILLUM. MARIANNA CALLEJA INAFU LI GĦADDEJ XOGĦOL FUQ RESPITE CENTRE ĠDID GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ F'ĦAL KIRKOP. MIN SE JKUN QED JIBBENEFIKA MINN DAN IL- PROĠETT? Dan se jkun servizz ta' respite kif ukoll servizz ta' tranżizzjoni fil- komunità biex insaħħu l-kunċett ta' deistituzzjonalizzazzjoni. Bħala utenti tas- servizz se jkunu persuni b'diżabilità ta' 'l fuq minn 18-il sena, u huwa maħsub li jibda jopera minn Settembru tas-sena d-dieħla. Persuna tkun tista' tuża dan is-servizz wara li jsirilha intake multidixxiplinarju. Iktar milli nħarsu lejn profil ta' utent tipiku, nixtiequ nimxu fuq person-centred approach, fejn kull min iħoss il-bżonn ikun jista' japplika, u skont il-bżonnijiet ta' persuna minn żmien għal żmien imbagħad, tkun tista' tuża dan is-servizz. L-amministrazzjoni tas-servizz se tkun taħt ir-responsabbiltà tal-Inspire, fl-ambitu ta' public-social partnership, u bl-involviment sħiħ tal-esperti tal-Aġenzija Sapport. DIN IS-SENA NQALGĦU DISKUSSJONIJIIET DWAR PAJSAĠĠI AKTAR SIKURI FIL-BELT VALLETTA GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ. IMMA PROBLEMI BĦAL DAWN ISSIBHOM FL-IRĦULA U BLIET KOLLHA MALTIN. X'QED JAGĦMEL IL-MINISTERU F'DAN IR-RIGWARD, SABIEX L-ISPAZJI URBANI MALTIN U GĦAWDXIN IKUNU AKTAR AĊĊESSIBBLI U INKLUSSIVI? L-aċċessibilità hi waħda mill-aktar aspetti fundamentali fid-drittijiet tal-persuni b'diżabilità. L-objettiv numru erbgħa tal- Istrateġija Nazzjonali 2021-2030 għal Malta dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità li ħriġna bħala Ministeru, jitkellem fuq l-importanza li rridu naraw li jkollna bħala pajjiż. Dan l-objettiv jibni fuq il-kisbiet attwali, filwaqt li jindirizza dawk l-oqsma li dejjem qed jevolvu u li jeħtieġu aktar attenzjoni. Forsi qed tirreferi għall-kwistjoni tal- imwejjed u s-siġġijiet li jingumbraw il- bankini. Hawn, il-Kummissjoni għad- Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) intalbet tinvestiga 11-il każ dwarhom. Ostakli oħra jistgħu jkunu arbli, kemm tad- dawl, kif ukoll feeder pillars (kaxxi tad-dawl), ħwat u anke l-bankini stess li ma jkunux fi stat tajjeb jew mibnija ħażin. Dawn kollha każijiet li l-Kummissjoni daħlet fihom, fejn tinsisti mal-awtoritajiet kompetenti biex ineħħu l-ingombru, jew l-ostaklu. Bħala Ministeru, appoġġjajna wkoll lill- għaqdiet volontarji u kunsilli lokali, permezz ta' skemi, inklużi skemi speċifikament marbutin mat-twettiq tal-Istrateġija, sabiex huma wkoll ikunu parteċipi fit-twettiq ta' dan il-għan. Il-koperazzjoni ta' Ministeri u dipartimenti governattivi oħrajn, inkluż,

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 December 2024