Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530614
13 arti u kultura IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti The Italian Tenors għall-ewwel darba f 'Malta fi spettaklu maestuż fil-MCC Is-Suq tal-Milied, Woodland Christmas Market, qed jirritorna għat-tieni darba fil-park Nazzjonali ta' Ta' Qali, fejn l-ispirtu tal-Milied jiltaqa' man-natura. Dan l-avveniment se joffri esperjenza unika u ekoloġika għan-nies ta' kull età, fost ambjent naturali sabiħ mimli siġar u spazji miuħa. Iż-żona ċentrali tas-suq se tkun mimlija b'aktar minn 50 stand b'rigali maħduma bl-idejn u prodotti sostenibbli, li jagħtu importanza lill-artiġjanat Malti u l-konsiderazzjoni għall- ambjent. Din hija opportunità ideali biex issib rigali speċjali u oriġinali għall-għeżież tiegħek, filwaqt li tgħin lin-negozji lokali. Il-viżitaturi jistgħu jgawdu wkoll minn ikel tradizzjonali u delizzji staġjonali, flimkien ma' xorb tal-Milied. Il-Ħadd se jkun hemm programm sħiħ ta' attivitajiet bla ħlas. Il-mużika live u d-dawl tal- Milied se joħolqu atmosfera maġika li ċertament tqanqal l-ispirtu tal-festi. Għandek ċans ukoll tieħu ritratti ħdejn is-siġra sabiħa tal-Milied. Is-suq tal-Milied f 'Ta' Qali jirritorna għat-tieni sena maġika Wara suċċess enormi fid-dinja kollha matul it-tour Ewropew tagħhom li kien sold-out, it-trio Taljan magħruf bħala e Italian Tenors se jtellgħu spettaklu għall-ewwel darba f 'Malta. L-avveniment, li jifforma parti mit-Tour Dinji 2024 tagħhom, se jsir fil- Mediterranean Conference Centre. Luca Sala, Sabino Gaita, u Evans Tonon huma t-tliet artisti li, bil-vuċijiet tagħhom ispirati minn tradizzjonijiet klassiċi, se jwasslu serata maġika li tgħaqqad melodiji rinomati, klassiċi, Naplitani, u interpretazzjonijiet emozzjonanti tal-mużika popera. Dan kollu se jkun akkumpanjat minn band live. L-udjenza tista' tistenna li tisma' xogħlijiet ikoniċi bħal "Caruso" ta' Lucio Dalla, "Con Te Partirò" ta' Andrea Bocelli, kanzunetti Taljani popolari tas-sittinijiet, kif ukoll kanzunetti favoriti Naplitani u hits internazzjonali bħal "Gloria" u "Mamma Maria". Barra minn hekk, se jinkludu wkoll noti mill-isbaħ mill-opri famużi ta' Verdi u Puccini, b'interpretazzjonijiet li se jieħdu lill-udjenza fuq vjaġġ mil-La Scala f 'Milan sal-Opera ta' Ruma, u mill-Arena ta' Verona sal-Kolossew. e Italian Tenors huma magħrufin għall-kapaċità tagħhom li jgħaqqdu l-mużika pop mal-klassiċi, u jinterpretaw kanzunetti Taljani magħrufa flimkien ma' melodiji operistiċi b'mod uniku. It-talent tagħhom ġie deskritt bħala "brillanti, notevoli, u eċitanti" minn bosta u l-udjenza f 'Malta għandha tistenna spettaklu li jqajjem emozzjonijiet u jħalli memorji li jdumu għomor. Din is-serata hija opportunità irripetibbli biex tesperjenza l-maġija tal-mużika Taljana fl-aqwa tagħha. Biljetti huma diġà disponibbli u mistennija jittieħdu malajr, hekk kif il- popolarità tat-trio tkompli tikber fuq livell internazzjonali. Tkunx nieqes minn dan l-avveniment straordinarju li joffri kollox: minn passjoni vokali għal divertiment artistiku li jqanqal ir-ruħ.