Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530614
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2024 Fatt magħruf li l-istejjer kontra Giglio u r-rabta tiegħu ma' Rakhat Aliyev tqanqlu minn Jason Azzopardi stess Dan u aktar ġie propost fi ftehim settorali bejn l-MUT u l-MCAST kważi sentejn ilu IKOMPLI MINN PAĠNA 1 In-negozjati, li ilhom għaddejjin minn April 2022, inkludew aktar minn 70 laqgħa u bosta punti ta' tilwim bejn l-amministrazzjoni u l-unjin tal-għalliema. Filwaqt li ntlaħaq xi ehim xi drabi, inkluż fl-eliminazzjoni tas-sigħat ewlenin u t-tnaqqis tal-ġimgħat tal-qari tas-semestru minn 16 għal 15, bosta talbiet tal-unjin għadhom mhux solvuti. Dawn jinkludu garanzija ta' sigħat ta' xogħol remot, drittijiet miżjuda għal leave tal-vaganzi, u kumpens għal leave mhux użat, li l-amministrazzjoni ċaħdet kollha. Fost il-miżuri miiehma kien hemm, is-sigħat imnaqqsa ta' tgħalim fejn il-letturi veteran jkollhom is-sigħat ta' kuntatt tagħhom limitati għal 14 fil- ġimgħa. Kien hemm ukoll il- limitazzjonijiet fid-daqs tal- klassi, fejn klassi għal-livelli MQF 3 se jkunu limitati fil-kobor. Kien hemm ehim ukoll fuq ġranet tax-xogħol imqassra. F'dan il-każ ġie miiehm li l-ġurnata tax-xogħol standard għall-letturi se tispiċċa fit-3:30pm minflok fl-4:30pm, biex tipprovdi bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. Barra minn hekk, seħħ ehim fuq t-tneħħija tas-sigħat ewlenin, b'effett fi Frar 2024, fejn il-persuna li jagħti lezzjonijiet huwa meħtieġ biss li jkun fuq il-kampus għal- lezzjonijiet jew laqgħat skedati. Id-diskors bejn il-unjin u l-amministrazzjoni jinkludi wkoll allowance annwali ta' €4,000 għal Lecturers II. L-amministrazzjoni tittama li dawn jirriflettu r-rieda tal-amministrazzjoni li ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol filwaqt li tibbilanċja l-prijoritajiet operazzjonali u edukattivi tal- istituzzjoni. Il-pakkett jinkludi wkoll żieda fis-salarji bażiċi u allowances għal diversi gradi, bil-għan li jiġu indirizzati kwistjonijiet li ilhom fit-tul imqajma mill-MUT. TILWIM PERSISTENTI FUQ KUMPENS, RIĊERKA FUQ BAŻI PERSONALI, U AKTAR Minkejja l-avvanzi, l-amministrazzjoni baqgħet soda meta ċaħdet talbiet speċifiċi tal- unjin, u semmiet il-ħtieġa li jiġu protetti l-interessi tal-istudenti u li jaderixxu ma' policies usa' tas- servizz pubbliku. Fost l-eżempji ssemmew l-attivitajiet li jirrikjedu riċerka personali, li mhux akkademika, li se tibqa' mingħajr kumpens sakemm ma tkunx ordnata speċifikament mill-MCAST. Isemma' wkoll il-flessibilità fid-daqs tal-klassi. Hawn l-amministrazzjoni rriutat li tillimita d-daqsijiet tal-klassi għal-livelli MQF 4 u ogħla, u tablet għal approċċ aktar sostenibbli u bbażat fuq ir-riżorsi. L-iktar każ li qed jissemma diżgwid fuqu pero' hu dwar il-ħlas ta' €400 għal xogħol relatat mar-resits. Din hi talba tal-unjin li ġiet miċħuda. L-MCAST saħaq li l-azzjonijiet industrijali, u t-tul tal-proċess tan-negozjati, mhumiex iwasslu għal djalogu kostruttiv. L-amministrazzjoni sostniet li n-negozjati għandhom jipproċedu b'rieda tajba, ħielsa mill-pressjonijiet ta' tfixkil kontinwu. IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Li huwa magħruf huwa li minkejja li hemm elementi fl- istorja dwar Giglio li jistgħu jkunu inkwentanti, huwa fatt magħruf li l-istejjer kontra Giglio u r-rabta tiegħu ma' ċertu Rakhat Aliyev tqanqlu minn Jason Azzopardi stess. Din mhux l-ewwel darba li Azzopardi ħajjar ġurnalisti jiktbu kontra Giglio. Intant Deputat Nazzjonalista veteran kellem lill-gazzetta ILLUM u qalilna, "Jason jogħxa u jgħix fil-kaos, jagħmel kruċjati kontra n-nies u jimla ċerti ġurnalisti u bloggers bi stejjer u informazzjoni li mhux suppost joħorġu. Għandu kontra Giglio għax dan telliflu ċ-ċans li jitla' fit-tieni distrett tal-għażla tiegħu wara li ġie umiljat minn votanti Nazzjonalisti fir-raba' distrett. Azzopardi huwa vokali u popolari ma' nies tar-Repubblika imma fil- qalba tal-PN mhuwiex maħbub, anzi l-oppost." Dan id-deputat li kemm-il darba safa' taħt l-attakk ta' Azzopardi kompla, "Bernard għamel iż-żball ħareġ jiddefendih. Jason huwa bniedem li jdur kontrik u jużak kif irid hu. Ma għandux żejt f 'wiċċu. Juża n-nies, anke klijenti tiegħu eks Laburisti li jkunu akkużati b'abbuż jew korruzzjoni biex isawwat il-Labour. Lanqas kapaċi joqgħod kwiet u jiddistingwi bejn ix-xogħol tiegħu privat u l-kruċjati politiċi. U ma għandux mistħija, ara kif spiċċa b'Turu Azzopardi bħala l-avukat tiegħu f 'dan il- każ. Lanqas jistħi u Turu lanqas għandu s-sens komun li jinduna li qed jintuża. Turu wara kollox huwa wkoll l-avukat ta' bosta persuni mressqa kriminalment fil-każ tal-Vitals. Azzopardi kien ġie konfermat bħala mażun mill-gazzetta MaltaToday snin ilu u wara din l-istorja Jason Azzopardi kien wieħed minn dawk fil-PN li ħadem biex dan jitkeċċa mill-partit minħabba l-fatt li kien mażun." L-istess deputat li kellimna qal li wasal iż-żmien li l-frejjeġ ta' Azzopardi jiġu mwarrba darba għal dejjem u ma jibqgħux fuq l-aġenda politika tal-Partit Nazzjonalista u lanqas dawk Nazzjonali. "Jagħmel kruċjata kontra l-korruzzjoni, imma ħadd ma jgħid li HU qed jiddefendi dawn l-istess nies li huma Laburisti li kkommettew il-korruzzjoni." "Ma tridx tkun għaref biex tinduna li tant hemm nies inkluż eluf ta' Nazzjonalisti li jiddejqu b'Jason Azzopardi u anke r-Repubblika li jekk il-PN ikompli magħhom kull ċans li jista' jkollu li jirbaħ il-votanti floaters itiru mar-riħ. Imma qisu Bernard Grech ma fehem xejn." "Bernard ma fehemx li l-Labour iridu li Jason jibqa' marbut mal- PN biex in-nies jibqgħu 'l bogħod milli jivvutaw xi darba għall- PN. U ma fehemx ukoll li Jason irid li Giglio jisparixxi mix-xena politika." €4,000 allowance fis-sena, inqas sigħat ta' kuntatt mal-istudenti, u ġranet iqsar fl-iskola "Bernard ma fehemx li l-Labour iridu li Jason jibqa' marbut mal-PN biex in-nies jibqgħu 'l bogħod milli jivvutaw xi darba għall-PN"