MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530614

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

intervista illum • IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2024 07 tiegħi jibqa' li refuġjati Sirjani li ma jistgħux jirritornaw jaffaċjaw aktar mibgħeda fil-konfront tagħhom' stess, kellek miljuni ta' refuġjati, bil-miljuni fl-istess reġjun, illi ma kellhomx tama li jmorru lura pajjiżhom. Ma ninsewx li dawn, ħafna minnhom kienu ippersegwitati, ħafna minnhom irġiel, ħafna minnhom mitluba mill-awtoritajiet Sirjani għaliex azzardaw jitolbu għall-libertà tagħhom. Iva id-dinja kienet insiet din il-kriżi u s-Sirjani urew li huma stess, huma biss jistgħu jsolvuha, u jeħduha f 'idejhom. FILMAT LI GĦAMILT INTI 11-IL SENA ILU JISTIEDEN REFUĠJATI SIRJANI JISPJEGAW 'X'INHU REFUĠJAT'. BOSTA QALU LI JĦOSSUHOM NUMRU FUQ KARTA. TAĦSEB LI DAN IS- SENTIMENT INBIDDEL? Ir-refuġjati qed jiġu trattati agħar minn numru għaliex fil-verità l-affarijiet qed imorru għall-agħar. 11-il sena ilu rajna lill- Ġermanja tiaħ il-bibien għal miljun Sirjan u aktar, li kellhom bżonn protezzjoni. Konna rajna mumenti ta' simpatija lejn il-poplu Sirjan, wara l-mewta traġika ta' Alan Kurdi, it-tifel li nstab mejjet fuq il-bajja Torka, imma wara dawk il-mumenti li fihom tajna d-dritt lil nies vulnerabbli kienu qed jaħarbu minn persekuzzjoni qalila imbagħad bdejna naraw mewġa wara l-oħra ta' populozzjoni ta' egojiżmu, ta' patrijotiżmu fażul li jimmira lejn l-iktra nies vulnerabbli li ħaqqhom protezzjoni, u bid-dritt, bil-liġi internazzjonali umanitarja, li tagħti d-dritt lil min qed jaħrab minn persekuzzjoni għall- protezzjoni. Imbagħad rajna din il-mewġa ta' popoliżmu, politika li tħares lejn ir-refuġjati bħala piż. Qishom kienu s-sors ta' kull problema li kien pajjiż qed jaffaċja. L-inkwiet tiegħi illum jibqa' li għandek ħafna refuġjati li ma jistgħux jirritornaw lura d-dar, għandek eżempju bosta Sirjani madwar id-dinja li ma jistgħux jirritornaw għax ċirkostanzi għadhom perikolużi u b'hekk għadhom jaffaċjaw aktar mibgħeda fil-konfront tagħhom. IR-RAZZIŻMU ĦAFNA DRABI JGĦOLLI RASU FI ŻMINIJIET TA' KRIŻI. INNUTAJT DAN L-ISTESS EFFETT FIL-MALTIN, META L-ĦADD BDEW IĊ- ĊELEBRAZZJONIJIET? Jien ma ngħix Malta, li nara fuq il-midja soċjali, u dak irrapurtat mill-midja, u rajt anke nies li naf u qraba tiegħi jgħidulek "issa ibgħatuhom lura". Kien hemm din l-ironija, mhux neċessarjament razzisti, imma jew ikunu misinfurmati, jew jaqbdu ma kwalinkwe ħaġa biex joħorġu l-mibgħeda tagħhom lejn il-barranin. Pero' bdew jgħidu żewġ affarijiet kontraditorji ta' xulxin. Jgħidu "issa tara s-Sirja tispiċċa bħal-Libja, ħa tispiċċa bħat-Taliban, u s-Sirja diżastru għax waqgħet f 'idejn it-terroristi," imma fl- istess ħin jgħidu, "ehh mela issa ibagħtuhom lura". Fuq naħa tgħidli li s-Sirja se tkun diżastru, għax bħal li kieku ma kinietx taħt id-ditattur krudili Bashar al-Assad, imma fl-istess qed tgħid li trid tibgħathom lura. Allura ddeċċiedi, jekk taħseb li s-sitwazzjoni sejra għall- agħar, mela ma tistax tibgħathom lura, anzi għandhom id-dritt jġeddu l-istatus tagħhom. Jien ningħaqad mal-ħbieb tiegħi Sirjani, nixtieq lilhom kull ġid f 'dan il-mument ta' tama, biex jieħdu l-futur tagħhom f 'idejhom, u jibnu pajjiż kif jixraqihom. Iżda fl-istess ħin infakkar lill-awtoritajiet Maltin, jgħidu x' jgħidu dawn ir-razzisti jew misinformati, illi ma nistgħux niġru nibgħat lil ħadd għax dan hu mument ta' inċertezza, hemm mistoqsijiet kbar ta' x'se jiġri u għalhekk mhux il-mument li tibgħat lura lil ħadd. Anzi jekk hemm min qed japplika għall-ażil bħala refuġjat għandek tipproċessah bħal ma kont qed tagħmel. Nixtiequlhom kull ġid, u kull min jixtieq li jmur lura, imur, bħal ma diġà qed naraw, u xi ħaġa sabiħa, imma r-ritorn tar-refuġjati dejjem dejjem irid ikun ritorn volontarju, informat u dinjituż X'TAĦSEB DWAR IS-SOSPENZJONI TAL-APPLIKAZZJONIJIET GĦALL- AŻIL GĦAS-SIRJANI MIN-NAĦA TAL- GVERN? Torbot ma' dak li għidt qabel. Naħseb li hija sospenzjoni opportunista, bla ebda bażi għaliha. Għad hemm inċertezza, għad hemm persuni li għandhom bżonn il- protezzjoni. Hija opportunitsta, deċiżjoni krudili u kattiva li għandek partijiet kbar mis-Sirja, partijiet enormi, li huma totalment distrutti, ma jista' ħadd jirritorna fihom, bla servizzi, bla skejjel, bla elettriku, bla ilma, bla sptarijiet, partijiet li mhux ospitabbli minħabba l-gwerra li kien hemm fihom. M'hemm l-ebda bażi għall-Gvern Malti u Ewropej biex iwaqqaf l-applikazzjonijiet għall-ażil għas-Sirjani. Jiena ddiżappuntat ħafna, u irrabjat lejn il-gvern Malti li mexa' u ħa din id-deċiżjoni, flimkien ma' pajjiżi oħra, tal-mistħija, deċiżjoni bla ruħ. Għal darba oħra, il-Gvern suppost Laburista sożjalista tagħna jarmi l-valuri tiegħu fil-baħar għall- opportuniżmu, u għal popoliżmu irħis, biex jagħmel punt.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 December 2024