Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530880
16 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum L-10 edizzjoni tal-Kungress Annwali Ewropew tal-Bdiewa Żgħażagħ organizzat mill- EPP ġab flimkien madwar 500 persuna, maqsuma bejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u partijiet interessati fl- agrikoltura. L-għan kien li jiżdied l-għarfien dwar l-importanza tal-agrikoltura fl-Ewropa, jiġi promoss dan is-settur vitali, jiġi sostnut l-iżvilupp rurali, u jiġi enfasizzat ir-rwol kruċjali tal- bdiewa żgħażagħ. Id-delegazzjoni Maltija kienet tinkludi bdiewa żgħażagħ mill- MAYA Foundation (Malta Youth in Agriculture), immexxija minn Jeanette Borg, kif ukoll minn bdiewa Għawdxin u r-riċerkatur fil-qasam tar-robotika Steven Zerafa, li qed jesplora kif it- teknoloġija tar-robotika tista' tiġi applikata fl-agrikoltura lokali. Waqt il-Kungress, id- diskussjonijiet iffukaw fuq sfidi kurrenti bħall-importanza tal-ilma għall-biedja fis- snin li ġejjin, it-titjib fil- kummerċjalizzazzjoni tal- prodotti agrikoli Ewropej, u kif l-Ewropa tista' tinkoraġġixxi aktar żgħażagħ biex jinvolvu ruħhom f 'dan is-settur essenzjali. Il-bdiewa Maltin ħadu sehem f 'diskussjonijiet li inkludew il- Kummissarju Ewropew il-ġdid għall-Agrikoltura, Christophe Hansen, kif ukoll diversi Membri Parlamentari Ewropej (MEPs) u partijiet interessati oħra fil- politika agrikola. Il-MPE Peter Agius, li appoġġja l-Kungress u l-Premju tal-Bdiewa Żgħażagħ li tqassam waqt l-attività, enfasizza l-importanza li l-Maltin ikunu parti minn avvenimenti bħal dawn. "Għall-ewwel darba, il-Maltin qed jipparteċipaw fil-Kungress tal-Bdiewa tal-EPP fi Brussell. Se niżgura li l-irwol tiegħi bħala MPE jintuża biex il-Maltin ikollhom vuċi fid-deċiżjonijiet Ewropej," qal Agius. Il-Kungress tal-Bdiewa tal- EPP iservi bħala pjattaforma biex tattira aktar żgħażagħ lejn l-agrikoltura, settur li matul l-aħħar 20 sena rreġistra tnaqqis ta' 30% fil-parteċipazzjoni taż- żgħażagħ. L-avveniment enfasizza b'mod ċar ir-rwol strateġiku li l-ġenerazzjoni żagħżugħa għandha fil-futur tal-biedja Ewropea. Il-MPE Malti, Thomas Bajada, ikkritika l-impatt tal-Green Deal tal-Unjoni Ewropea fuq stati żgħar u gżejjer matul dibattitu fil-Parlament Ewropew. Waqt is-sessjoni plenarja, deher tħassib dwar il- valutazzjonijiet tal-impatt fuq politiki tal-Green Deal u dan is-suġġett kien fil- qalba tad-diskussjoni. "Il-valutazzjonijiet tal- impatt huma għodda kruċjali, imma spiss jonqsu milli jirriflettu r-realtajiet speċifiċi ta' Malta; l-ispazju u r-riżorsi limitati tagħna, id-dipendenza fuq l-importazzjoni bl-ajru u bil- baħar, u l-espożizzjoni għall- isfidi esterni," qal Bajada waqt l-intervent tiegħu. Bajada, li kien elett fl- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f 'Ġunju li għadda, esprima t-tħassib tiegħu wkoll mal-midja dwar kif il-Kummissjoni Ewropea qed tonqos milli tqis b'mod ġust ir-realtajiet ta' stati żgħar. Huwa talab li jkun hemm valutazzjonijiet aktar komprensivi u ġusti, li jirriflettu r-realtajiet ta' kull pajjiż individwalment. Fid-diskors tiegħu, Bajada wera t-tħassib ukoll dwar is- sens ta' diżappunt li ħafna Maltin iħossu meta jaraw temi importanti f 'livell Ewropew, spiss iddominati minn interessi ta' pajjiżi kbar. "Ejja nibnu Ewropa b'futur sostenibbli u kompetittiv, fejn ħadd ma jintesa," qal Bajada. L-10 edizzjoni tal-Kungress Ewropew tal-Bdiewa Żgħażagħ tal-EPP jiffoka fuq l-iżvilupp rurali Thomas Bajada jappella għal approċċ ġdid fil-Green Deal L-MPE Thomas Bajada waqt id-dibattitu dwar il-vantaġġ kompetittiv tal-UE u l-ħtieġa għal valutazzjoni tal-impatt fuq il-policies tal-Green Deal Grupp ta' Bdiewa Maltin jipparteċipaw fil-Kungress tal-Bdiewa tal-EPP flimkien mal-MPE Peter Agius