MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530880

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum opinjoni Biex kull vot jgħodd I mdorrijin nassistu għal spettaklu pjuttost irritanti ta' politiċi Laburisti u Nazz- jonalisti jinfexxu f 'xulxin. Kompetizzjoni dwar min huwa l-aktar maħmuġ. Min evita t-taxxa, min daħħal lill-għaru- sa taħdem fil-ministeru, u min approva l-isfreġju f 'Chambray. Id-diskussjoni fuq il-politika vera, jiġifieri fuq l-ideat, bilkemm tieħu l-post li ħaqqha, la fl-istampa, u lanqas fil-programmi online jew fuq it-televiżjoni. Minflok naraw u nisimgħu litanija ta' akkużi u għajjat minn narċisisti varji, li aktar moħħhom biex jisimgħu l-ħoss ta' leħinhom milli jikkontribwixxu lejn il-ħajja demokratika tal-pajjiż. Qed naraw persuni bi it jew xejn prinċipji li aktar moħħhom illi jippromovu lilhom infushom bħala xi messija imma jixxejru mar-riħ skont il-bżonn, bl-unika għodda tagħhom it-tfajjir bl-addoċċ fuq il-media soċjali. Free riders li jridu lill-minions jagħmlulhom ix-xogħol minn wara l-kwinti biex jippuppaw huma biss fuq quddiem, bla ebda politika maħsuba fil-fond, ebda prinċipju, ebda viżjoni fit-tul. Ċentriżmu perikoluż li jipprova jiġbor lil jiġi min jiġi, bla togħma bħall-politika li diġà mdorrijin biha tal-PLPN. Saret drawwa wkoll li l-politika ssir permezz tal-iqqortjar, għax b'hekk iġibu xi titlu b'ittri kbar fuq il-gazzetti jew inkella jiġbdu l-clicks fuq il-media soċjali li kulma joffru minn storja hija stampa u sentenza waħda. Il-ġimgħa li għaddiet kellna l-ewwel sentenza tal- Prim'Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) fil-kawża li aħna l-Ħodor tal-ADPD aħna kontra l-istat. Anke intom, nistħajjilkom tgħiduli, qed tiqqortjaw? Xi kultant, il-prinċipji huma ta' tali importanza li l-unika mod kif dawn il-prinċipji nitfgħu dawl fuqhom huwa li nagħmlu użu mis-sistema tal-ġustizzja biex naffermaw dawn il-prinċipji. Prinċipji li huma importanti għad- demokrazija. Il-prinċipju li qed nagħfsu fuqu huwa dak li kull vot jgħodd, u għalhekk li huwa kontra d-drittijiet tal-bniedem li jkollna sistema elettorali li tgħodd il-voti b'mod differenti skont il-partit. Sistema fejn il-proporzjonalità tgħodd għal xi wħud, jiġifieri għall-PL u l-PN, u mhux għall- oħrajn. L-argument tagħna huwa li f 'demokrazija b'saħħitha kull vot jgħodd. Imma l-PL u l-PN huma kompliċi, u flimkien iddeċidew li jagħtu valur u piż lill-voti tal-PLPN u jinjoraw il-bqija tal-voti tal-Maltin u l-Għawdxin. Iddisinjaw liġi li tagħmel aġġustamenti għall-proporzjonalità biss bejniethom. Kitbuha fil- liġi. Imfassla speċifikament għalihom. Imbagħad ivvintaw, bl-iskuża tal-bilanċ tal-ġeneru, mod kif jieħdu, isimgħuha din, sitt membri parlamentari kull wieħed minnhom. Issa li jkun hemm sistema li żżid il-bilanċ bejn il-ġeneri kollha hija xi ħaġa tajba. F'diversi pajjiżi hemm sistemi varji. Imma fl-ebda pajjiż demokratiku ma jaqbdu u jqassmu siġġijiet parlamentari bejniethom b'sistema li sfaċċatament tivvantaġġja lill- ikbar żewġ partiti. Il-kompliċità fit-tbażwir tas-sistema elettorali tfisser li għandna parlament ta' disgħa u sebgħin siġġu, minflok in-numru oriġinali ta' ħamsa u sittin siġġu. Spiċċajna wkoll b'sistema bi threshold effettiv ta' 16% tal-voti f 'kull distrett. Imma ovvjament it-tbażwir fil- proporzjonalità u l-ġeneru jekk int Nazzjonalist jew Laburist biss, ifisser li sabu kif idaħħlu mit-tieqa erbatax-il membru parlamentari tal-PLPN. Il-kawża kostituzzjonali kienet dwar dan it-taħwid kollu, speċifikament dwar kif il-voti mhux kollha jingħataw l-istess valur. Aħna tlabna lill-Qorti ssib li hemm ksur ta' diversi drittijiet umani, liema drittijiet huma mħarsa, kemm mill- kostituzzjoni ta' Malta, kif ukoll mill-Konvenzjoni Ewropea tad- Drittijiet tal-Bniedem. L-ewwel deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali bażikament qalet li l-ebda parti tal-Kostituzzjoni ma tista' titqies bħala inkonsistenti jew li qed tikser artikli oħra tal-Kostituzzjoni nnifisha. Ta' min josserva li l-ewwel artiklu tal-Kostituzzjoni tagħna jgħid li: "Malta hija repubblika demokratika bbażata fuq ix-xogħol u fuq ir-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwu". Mela jekk il-Kostituzzjoni tikser id- drittijiet u l-libertajiet m'hemmx x'tagħmel? Ifisser il-Gvern u l-Parlament jistgħu jitfgħu li jridu fil-Kostituzzjoni, avolja hemm din id-dikjarazzjoni ta' prinċipju fl- ewwel artiklu? Ifisser li d-drittijiet fundamentali tagħna jistgħu jiġu injorati? Ifisser li Artiklu 1 huwa biss paroli vojt, bla effett ta' xejn? Fil-passat kien hemm min qal li ċ-ċertifikati tal-Università huma karta tal-inċova. Anke l-Kostituzzjoni tagħna karta tal- inċova? Il-Qorti qalet ukoll li l-Kostituzzjoni mhux soġġetta għall-Konvenzjoni Ewropea għad- Drittijiet tal-Bniedem. Din id- deċiżjoni għandha konsegwenzi gravi għalina lkoll bħala ċittadini ta' pajjiż demokratiku li suppost protetti għax ngħixu f '"repubblika demokratika bbażata fuq ix-xogħol u fuq ir- rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwu". Aħna kommessi li nkomplu l-proċess legali sal-aħħar. Fil- ġranet li ġejjin l-avukati tagħna se jissottomettu appell. Il-valuri tad-demokrazija f 'pajjiżna se nkomplu niġġieldu għalihom. Jekk hemm bżonn anke sal- Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu mmorru. Għax huwa fl-interess ta' kulħadd li nsaħħu d-demokrazija f 'pajjiżna. Importanti għal kulħadd li l-prinċipji ddikjarati b'tant ċarezza fil-Kostituzzjoni jiġu rrispettati mil-liġijiet ta' pajjiżna. Nistedinkom issegwu l-iżviluppi f 'dan il-każ, anke fi żmien il-festi. Forsi l-argumenti mhux sexy biżżejjed għall-media soċjali medhijin fil-clickbait, iżda huma argumenti ta' importanza kbira għad-demokrazija tagħna u għad- drittijiet umani tagħna kollha. Tistgħu tgħinuna b'donazzjonijiet billi żżuru s-sit tal-internet, tidħlu fuq il-Facebook tagħna, jew billi tikkuntattjaw lil xi ħadd mill- uffiċjali tagħna. Naf li żmien il-festi mhux xi żmien tajjeb li nitlob għad-donazzjonijiet, imma l-għajnuna tagħkom hija apprezzata ħafna. Il-festi t-tajba. Segretarju Ġenerali tal-ADPD – The Green Party RALPH CASSAR "Il-PL u l-PN huma kompliċi, u flimkien iddeċidew li jagħtu valur u piż lill-voti tal- PLPN u jinjoraw il-bqija tal-voti tal-Maltin u l-Għawdxin." Iċ-Chairperson tal-ADPD Sandra Gauci, wara li l-Qorti ddeċidiet li ma tilqax ir-rikors tal-ADPD

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 December 2024