Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530880
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Mixja storika ġdida fil-Kottonera tagħti l-ħajja lill-wirt tal-ilma Mixja storika ġdida fil- Kottonera qed toffri mod uniku kif nies lokali u viżitaturi jistgħu japprezzaw il-wirt tal-ilma ta' Malta. Il-Mixja tal-Ġibjuni tal- Ilma ta' Alter Aqua, imnedija bħala parti mill-proġett kurrenti Alter Aqua, jieħu lill- parteċipanti fuq vjaġġ iggwidat bi 12-il waqfa fil-Birgu, li jixħet dawl fuq l-importanza kbira li kellhom dawn il-ġibjuni tul l-istorja ta' Malta. Dawn il-ġibjuni, bi wħud minnhom imorru lura għas- seklu 16, kienu essenzjali għall- ħażna tal-ilma, tħejjija kontra l-għargħar, u l-appoġġ tal- kummerċ marittimu. Huma jfakkru fis-sistemi innovattivi użati fl-imgħoddi biex jegħlbu l-isfidi marbuta mal-provvista tal-ilma – sistemi li jibqgħu relevanti llum hekk kif Malta tfittex soluzzjonijiet aktar sostenibbli għall-ilma. Il-mixja storika hija ggwidata permezz ta' app apposta aċċessibbli bi smartphone, li tipprovdi għarfien interessanti dwar is-sinifikat storiku tal-ġibjuni, il-karatteristiċi arkitettoniċi tagħhom, u l-ħidma ta' konservazzjoni li saritilhom. Il-waqfiet jinkludu l-Berġa tal-Ingilterra, u l-Każin tal- Banda San Lawrenz, it-tnejn restawrati b'reqqa, u mogħtija lura għall-użu attiv permezz tal- Proġett Alter Aqua. Il-viżitaturi jingħataw tagħrif ukoll kif dawn il-ġibjuni kienu ta' sostenn għall- komunitajiet fi żmien l-Ordni ta' San Ġwann, kif ukoll iktar tard fi żminijiet Brittanniċi. Alter Aqua 2024 – Il-Mixja tal- Ġibjuni Il-ġibjun taħt Pjazza Vittorja fil-Birgu huwa ta' interess partikolari fil-mixja storika. Irrestawrat fi stadju preċedenti tal-proġett Alter Aqua, issa jiġbor fih l-ilma tax-xita li jinġabar minn trakk muniċipali, u b'hekk huwa eżempju ħaj ta' kif sistemi antiki jistgħu jiġu adattati biex jilħqu l-għanijiet ta' sostenibbiltà moderna. Din l-inizjattiva hija parti minn sforz iktar wiesa' tal- proġett Alter Aqua biex jippreserva u jerġa' juża sistemi tal-ilma storiċi. Il-proġett, iffinanzjat mill- Fondazzjoni Coca-Cola u mmexxi minn GWP-Med f 'kollaborazzjoni mal-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma, ilu għaddej f 'Malta għal dawn l-aħħar 13-il sena. Permezz tiegħu diġà ġew restawrati diversi ġibjuni madwar Malta, inklużi dawk f 'Tal-Pietà u l-Kottonera, filwaqt li jixhed mudell ta' reżiljenza għal reġjuni aridi li jaffaċċjaw sfidi simili marbuta mat-tibdil fil-klima u l-ilma. Għall-familji, dilettanti tal- istorja, jew kull min hu kurjuż dwar l-imgħoddi ta' Malta, il- mixja storika tal-Ġibjuni Alter Aqua tipprovdi opportunità biex issir taf il-Kottonera b'mod li jgħaqqad l-istorja, is- sostenibbiltà, u t-teknoloġija moderna. Hija iktar minn mixja – hija vjaġġ fil-wirt tal- innovazzjoni ta' Malta. Agħti pass lura fiż-żmien u skopri l-ġojjelli moħbija taħt it-toroq tal-Kottonera. Żur alteraqua.com biex tibda l-vjaġġ tiegħek fil-Mixja Storika tal-Ġibjuni Alter Aqua llum, u esperjenza storja ta' ħila, reżiljenza, u ħsieb sostenibbli. Wara nuqqas ta' tmien snin, il-presepju tant maħbub se jirritorna fis-sede tas-Soċjetà Filarmonika La Stella fir-Rabat Għawdex. Dan il-presepju, xogħol l-artist Għawdxi Michael Cutajar Zahra, juri tradizzjoni ħajja li tgħaqqad il-fidi u l-kultura Għawdxija. Il-presepju jinkludi pasturi li jirrappreżentaw personalitajiet popolari, bħall-Papa Franġisku, George Said (Dias), Mario Attard (l-Isparrow), Paul Xerri (Xifu), Celestino Cini (Ċilist) u Dun Ġorġ Grima. Il-pubbliku jista' jżuru minn Diċembru 16 sas-6 ta' Jannar, kuljum mill-10 am sas-2 pm u mill-5 pm sat-8 pm. Id-dħul huwa b'xejn. Ir-ritorn tal-presepju fiċ-Ċentru tas- Soċjetà Filarmonika La Stella