MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530880

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Tiftaħ il-15-il edizzjoni ta' Betlehem f 'Għajnsielem Ingħaqdu mal-Malta Police Pipe Band għall-kunċert annwali u tradizzjonali ta' Lejlet il-Milied – "Winter Wonderland Spectacular". Dan il-kunċert se jkun qiegħed jieħu lill-udjenza preżenti fi vjaġġ maġiku u spettakolari għal dan iż- żmien tas-sena. Imżewwaq bl-għanjiet klassiċi tal- Milied, "Winter Wonderland Spectacular" se jittella' fl-24 ta' Diċembru 2024 fis-6 pm, fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta. Ejjew u gawdu għanjiet klassiċi tal-Milied esegwiti mill-Malta Police Pipe Band taħt id-direzzjoni tad-Direttur tal-Banda, Maestro Anthony Cassar u bis-sehem ta' għadd ta' kantanti u mużiċisti lokali, fosthom Mark Tonna, Kristy Spiteri, Neville Refalo, Nicole Hammett u David Joseph Sammut. "Winter Wonderland Spectacular" qiegħed jittella' bil-kollaborazzjoni ta' Festivals Malta u Pjazza Teatru Rjal. Il-bookings huma miuħin minn fuq is-sit elettroniku: https://www.showshappening. com/The-Malta-Police-Force/ Winter-Wonderland 'Winter Wonderland Spectacular' – Il-kunċert annwali ta' Lejlet il-Milied mill-Korp tal-Pulizija Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri inawgura uffiċjalment il-15-il edizzjoni ta' Betlehem f 'Għajnsielem, wieħed mill-aktar avvenimenti mfittxija fil-kalendarju kulturali Għawdxi tal-Milied. Dan il-presepju ħaj ireġġa' lura lil dawk li jżuruh lejn iż-żminijiet tan-Nattività, filwaqt li joffri esperjenza awtentika u ta' ispirazzjoni fil-perjodu tal-Milied. Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru Clint Camilleri esprima s-sodisfazzjon tiegħu li din l-attività, minn sena għal oħra, baqgħet tkun suċċess u żiedet fil-popolarità tagħha. Huwa qal, "Betlehem f 'Għajnsielem hu mudell ta' kif l-identità kulturali u reliġjuża tagħna tista' tinbidel f 'opportunità biex Għawdex ikompli jissemma b'mod pożittiv fuq livell nazzjonali u internazzjonali u jattira lejh bosta nies. Dan l-avveniment mhux biss itenni l-importanza tal-Milied bħala żmien ta' għaqda u tama, imma wkoll juri l-ispirtu tal-komunità Għawdxija. Nirringrazzja lill-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem u lill- mijiet ta' voluntiera involuti fl-organizzazzjoni biex din ir-rikostruzzjoni ħajja ssir realtà." Il-presepju animat mifrux fuq medda ta' 20,000 metru kwadru u b'aktar minn 100 attur, se joffri, mhux biss esperjenza unika tal-istorja tan-Nattività, iżda wkoll taħlita ta' tradizzjonijiet u snajja' lokali flimkien ma' dak kollu li ġeneralment huwa assoċjat mal- presepju tradizzjonali Malti. Dan il-presepju ħaj fetaħ il-Ħadd 15 ta' Diċembru. Għal aktar informazzjoni dwar il-ġranet u l-ħinijiet meta Betlehem f 'Għajnsielem se jkun animat, wieħed jista' jżur is-sit ta' eventsingozo.com. Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri temm jgħid li Betlehem f 'Għajnsielem hija attrazzjoni magħrufa, mhux biss għal Għawdex, imma wkoll għall-eluf ta' viżitaturi Maltin u barranin li jiġu jgawdu din l-esperjenza. Camilleri ħeġġeġ lil kulħadd biex għal sena oħra jerġa' jesperjenza dan il-presepju ħaj uniku.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 December 2024