MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530880

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Fl-1953, Richard Bissell kiteb in- novella 7 1/2 Cents. Minn fuq dan ix-xogħol ġiet ibbażata r-reċta mużikali The Pajama Game. Il-librett inkiteb minn George Abbott u Richard Bissell waqt li Richard Adler u Jerry Ross kitbu l-liriċi. L-istorja tiżvolġi fuq l-inkwiet li jinqala' mill- ħaddiema ġo fabbrika li taħdem il-piġami, fejn dawn jitolbu żieda ta' 7 ċenteżmi u nofs u fejn it- talba tagħhom ma jagħtux kasha. Waqt dan l-inkwiet kollu, tinbet imħabba bejn Babe, il-mexxejja u kap tal-Kumitat ta' din it-talba, u Sid, is-supretendent il-ġdid tal- fabbrika. Il-produzzjoni oriġinali fuq il- palk ta' Broadway fetħet nhar it- 13 ta' Mejju 1954, fit-teatru St. James u ntweriet għal 1,063 darba, b'waqfa qasira fit-teatru Schubert meta spiċċat min-naħa l-oħra. The Pajama Game reġgħet irxuxtat fl- 1973 u anki fis-sena 2006 fil-The Roundabout Theater Company. Il-produzzjoni oriġinali, prodotta minn Frederick Brisson, Robert E. Griffith u Harold S. Prince rebħet l-unur Tony għall-aqwa xogħol mużikali. Il-qawmien mill-ġdid tagħha fl-2006 fuq Broadway rebħet ukoll it-Tony Award għall- Aqwa Qawmien mill-Ġdid ta' reċta mużikali. Dan ix-xow baqa' dejjem għażla popolari għall-komunità u għall-produzzjonijiet ta' gruppi għall-iskejjel. Fil-West End ta' Londra, The Pajama Game fetħet fil-London Coliseum nhat it-13 ta' Ottubru 1955 fejn saru 588 wirja. Barra d-dati li semmejt, The Pajama Game saret fl-1957 fl-Awstralja. Fl-istess sena li nħadem il-film u fl-irxuxtar ta' dan il-musical fl-2006 inkitbu xi kanzunetti ġodda, li huma: The Three Of Us (Me, Myself and I), The World Around Us u If You Win, You Lose li, naturalment, ma jinstemgħux fil-film. Qabel insemmi dan il-film u nindika xi kritika rċieva, se nsemmi l-karattri prinċipali u x'inhu x-xogħol tagħhom. Sid Sorkin – is-supretendent gustuż u ġdid tal-fabbrika li jsir iħobb lil Babe, għalkemm hi tinsab fuq in-naħa opposta tat-tilwima industrijali li hi ċentrali għall- istorja. Katherine "Babe" Williams – il- mexxejja tal-Union tal-Kumitat tal- Inġustizzji li ssir tħobb lil Sid. Myron "Old Man" Hasler – il-kap strett tal-fabbrika tal-piġami li qed jaħbi ġo fih sigriet. Gladys Hotchkiss – is-segretarja attraenti u makakka ta' Hasler, li qed tinnamra ma' Hines u li qed isus warajha Prez. Vernon Hines – dak li jieħu ħsieb il-ħin fil-fabbrika, li jaħseb li Gladys turi ruħha żżejjed mal-irġiel u b'hekk dejjem tgħir. Prez – il-kap tal-union u minkejja li hu miżżewweġ dejjem jiġri wara xi dublett. Mabel – is-segretarja ta' Sid u l-factotum tal-fabbrika. Mae – membru tal-Kumitat tal- Inġustizzji li tpaċpaċ iżżejjed, li taċċetta l-avvanzi ta' Prez tant li tissorprendih. Pop – il-missier ħanin u baħbuh ta' Babe. Max – bejjiegħ. Charley – ħaddiem fil-fabbrika li jimmaniġġja f 'kollox. Joe – ħaddiem fil-fabbrika u l-paladin ta' Prez. Brenda – membru tal-Kumitat tal-Inġustizzji. Virginia – tfajla li taħdem fil- fabbrika u attivista tal-union. Poopsie – tfajla li taħdem fil- fabbrika u attivista tal-union. Gus – ħaddiem imdejjaq, imwarrab minn Sid. 14 films IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum Carmel Bonnici Il-film mużikali "The Pajama Game" L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Il-verżjoni ċinematografika ta' 'The Pajama Game' ħarġet fl-1957 mill-Kumpanija Warner Bros Doris Day fil-party prinċıpali ta' Babe Williams fil-film 'The Pajama Game' fl-1957

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 December 2024