Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530880
www.illum.com.mt NRU 946 €1.25 IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2024 INTERVISTA MA' CHRIS DELICATA, PRESIDENT TAL- ASSOĊJAZZJONI MALTIJA GĦAD- DIJABETE PAĠNA 6 Il-Milied it-tajjeb lil kulħadd! MILL-ISKANDLU TAL-VITALS SAL-ĠENOĊIDJU F'GAŻA Kienet sena bħall-oħrajn, imma kien hemm mumenti partikolari u singulari li ma nistgħux ninsew. Is-sena 2024 kienet is-sena meta s-supremazija tal-Partit Laburista Malti dehret ċara li waslet biex tibda t-triq tan-niżla. Rajna sena fejn il-fattur tal-Eks Prim Ministru Joseph Muscat baqgħet taħdem fuq il-mod kif jaħseb il-Partit Laburista, cjoè l-Gvern Laburista. Minkejja kollox l-ekonomija baqgħet b'saħħitha ħafna minkejja li jidher li f 'ċerti oqsma hemm tnaqqis viżibbli. Il-Prim Ministru Robert Abela bħala mexxej u bħala Prim Ministru ta' Malta kien taħt pressjoni kbira, imma baqa' jmexxi l-Partit tiegħu minkejja li fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew naqqas il-maġġoranza tiegħu. Kien mument ukoll li minflok ma ħa l-ħtija għat-tnaqqis elettorali weħħel f 'kulħadd u f 'ta' madwaru. U biex il-PL mingħalih jidher qed jinbidel, ħatar żewġ mexxejja ġodda: Ian Borg u Alex Agius Saliba. Fuq in-naħa l-oħra kieku ma kienx għall-iżbalji tal-Gvern Laburista, in-numru ta' skandli, kif ukoll l-effett ta' Roberta Metsola, kieku Bernard Grech bħala kap tal-Partit Nazzjonalista ma kienx jakkwista dawn l-avvanzi elettorali. Infatti Grech jibqa' fis-sondaġġi persuna li it li xejn timpressjona u dana għaliex jidher li huwa politiku bla viżjoni, bla kariżma u fuq kollox ankrat f 'politika medjokri. Minkejja dan, Grech qisu ma ndunax bil-limitazzjonijiet politiċi tiegħu. Robert Abela wkoll għandu problemi endemiċi. Ġie akkużat u kkritikat internament li jbiddel fehmtu malajr u ma jħarisx lejn is- soluzzjoni fit-tul. Dan deher ċar fil- każ tal-Vitals. Wara l-konklużjoni tal-inkjesta dwar il-każ ta' Vitals, ried jagħmel minn kollox biex itaffi l-effett li Joseph Muscat l-eks Prim Ministru Laburista kien ser jitressaq fuq akkużi kriminali. Il-pubblikazzjoni tal-inkjesta qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f 'Ġunju, kellhom effett diżastruż fuq il-votant Laburist u dawk tan-nofs. Wisq aktar inkwetanti kien l-impatt kollaterali fuq il-futur politiku tad-Deputat Mexxej tal- Partit Laburista Chris Fearne li kien intgħażel minn Abela biex ikun il-Kummissarju appuntat minn Malta fl-Ewropa. Fearne kellu jirtira n-nomina tiegħu u jirriżenja minn deputat mexxej f 'mossa li wriet ċar u tond il-qsim bejn Fearne u Abela. Minflok Chris Fearne ntgħażel Glenn Micallef, il-kap tas- segretarjat ta' Abela, għażla li tkompliet iżżid id-dwejjaq internament fil-Partit Laburista għax f 'għajnejn ħafna Laburisti ta' ġewwa rawh bħala persuna li kien ta it wisq lill-PL u kien għadu żgħir. Wisq aktar inkwetanti li fl- inkjesta Vitals u Stewards kien hemm stejjer u fatti li juri bl-iktar mod ċar kif personaġġi viċin Muscat għamlu minn kollox biex isiru sinjuri minn fuq flus il-poplu u kif dan il-ehim ma' grupp ta' barranin bla esperjenza fil-qasam tas-saħħa ġie miiehem minkejja li ma kien fl-ebda gwadann għal Malta. Intriċċi li tant kienu xokkanti li ċerti nies bdew jistaqsu jekk l-involviment ta' ċerti fil- politika f 'isem il-PL kienx wieħed malinn u malizzjuż. IKOMPLI F'PAĠNA 11 L-ILLUM TAGĦTI ĦARSA ĦAFIFA LEJN IL-PUNTI EWLENIN LI SAWRU S-SENA 2024