MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532271

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA" FRAR 2025 • illum opinjoni Membru Parlamentari tal-Partit Laburista ABIGAIL CAMILLERI Għawdex – il-pass li jmiss! M atul l-aħħar snin Għawdex esperjen- za tkabbir ekono- miku qawwi ħafna – minn gżira fejn l-ekonomija kienet dipendenti wisq fuq l-impjieg mal-Gvern, turiżmu staġonali u s-settur agrikolu, għal sitwazzjoni fejn żdied ix-xogħol mas-settur privat u naqas il-qagħad. Fejn qabel konna naraw it-turist matul ix-xhur tas-sajf biss, illum qed naraw gżira b'kalendarju ta' attivitajiet mimli matul is-sena kollha li qed jattira kemm it-tu- riżmu internazzjonali, kif ukoll dak intern. Dan ma kienx ikun possibbli mingħajr il-ħidma sfiqa ta' Gvern Laburista li b'deċiżjonijiet għaqlin u strateġiċi reġa' ta l-ħajja lil din il-gżira. Dan il-Gvern irnexxielu jilħaq il-mira tiegħu – dik li jsaħħaħ l-ekonomija; però issa rridu nimxu għall- pass li jmiss. Il-progress ġab miegħu sfidi ġodda, u issa l-isfida tagħna hi li ngħollu l-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin. Inutli nimmiraw għall-investiment f 'setturi ġodda jekk ma ninvestux fil- poplu Għawdxi sabiex ikollu l-ħiliet kollha neċessarji biex ikun jista' jagħmel xogħlijiet ġodda. Ikun għalxejn li nippruvaw nattiraw it-turist ta' kwalità jekk ma ninvestux fl-infrastruttura tal-ogħla livell u ħaddiema mħarrġa sew f 'dan is-settur. Mhux biżżejjed li nitkellmu dwar l-ambjent u l-uniċità ta' din il-gżira jekk ma nibżgħux għaliha u inutili nitkellmu dwar "Għawdex gżira tal-villaġġi" jekk dak li hemm miktub fiha jibqa' biss fuq il- karta. Huwa fatt li meta jkollok ekonomija b'saħħitha wieħed jista' mbagħad jinvesti fis- soċjetà u fl-ambjent. Bħalma diġà sħaqt qabel, il-mira ta' ekonomija b'saħħitha ntlaħqet. L-istess ekonomija b'saħħitha ġabet bidliet f 'ħajjet in-nies bil- prijoritajiet tagħhom jinbidlu u għalhekk huwa essenzjali li jkollok widna dejjem viċin il- poplu sabiex tkun tista' tisma' b'mod kontinwu l-isfidi u x-xewqat tagħhom. Irridu issa nimxu għall-pass li jmiss. Wasal iż-żmien li mhux biss ikollna x-xogħol ġewwa din il-gżira, iżda wkoll karrieri. Li jkollna infrastruttura adegwata sabiex nattiraw it-turist ta' kwalità, infrastruttura li mhux biss għandha tkun ideali għat- turist iżda l-ewwel u fuq kollox għal dawk kollha li jgħixu fuq din il-gżira. Għandna nibżgħu għall-ambjent ta' madwarna sabiex ngħixu f 'ambjent san, kif ukoll għal wirt storiku, kulturali u artkitettoniku li għandna. Jekk nitilfu dan, nitilfu darba għal dejjem is-seħer u l-uniċità ta' din il-gżira. L-edukazzjoni hija l-qafas ta' kull settur sabiex wieħed iġib il-bidla. Id-dinja miexja b'pass mgħaġġel ħafna speċjalment fit- teknoloġija u għalhekk irridu nippreparaw lill-Għawdxin tagħna għad-dinja tax-xogħol tal-lum u dik ta' għada b'opportunitajiet ta' skilling u re-skilling sabiex ikollna ħaddiema mħarrġa għax- xogħlijiet tal-futur u kapaċi joffru servizz ta' livell għoli. Ilqajt bi pjaċir dak li qed jiġi propost fl-"Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2024-2030" fejn sar enfasi li kull wieħed u waħda minna jkollu l-opportunità li jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu f 'ambjent san u inklussiv. Però, bħalma sħaqt fid-diskorsi parlamentari tiegħi, sabiex din l-istrateġija tħalli l-impatt mistenni ġewwa Għawdex, trid timxi paripassu ma' dak li ġie propost fl-istrateġija "Għawdex Gżira tal-Villaġġi" peress li Għawdex għandu r-realtajiet speċifiċi tiegħu. L-Għawdxin iridu jgħixu fuq gżira fejn it-tkabbir ekonomiku ma jkunx l-għan fih innifsu iżda jgħin sabiex titjieb il-kwalità tal-ħajja li ma titkejjilx biss bil-flus fil-but. L-Għawdxin jixtiequ jaħdmu għaliex huma bieżla, iżda jridu wkoll li jkollhom iżjed ħin sabiex irabbu lil uliedhom. Iż-zgħażagħ, barra l-għajnuniet finanzjarji, jixtiequ li jkollhom aktar opportunitajiet għal xogħol ġewwa din il-gżira. L-Għawdxin mhumiex kontra l-progress imma jixtiequ li dan ikun sostenibbli, fejn il-faxxinu tal-gżira ma jintilifx – l-ambjent naturali, storiku u arkitettoniku li jagħmel lil din il-gżira unika jibqa' mhux mittiefes. Nemmen li b'rieda tajba, fejn il-Gvern jisma' dak li għandhom xi jgħidu l-korpi kostitwiti, kapaċi nfasslu politika fejn it-tkabbir ekonomiku jwassal sabiex l-abitanti ta' din il-gżira jkomplu jgawdu minn kwalità ta' ħajja għolja. "L-Għawdxin iridu jgħixu fuq gżira fejn it-tkabbir ekonomiku ma jkunx l-għan fih innifsu iżda jgħin sabiex titjieb il-kwalità tal-ħajja li ma titkejjilx biss bil-flus fil-but. L-Għawdxin jixtiequ jaħdmu għaliex huma bieżla, iżda jridu wkoll li jkollhom iżjed ħin sabiex irabbu lil uliedhom"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 February 2025