Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532271
02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' FRAR 2025 • illum AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, l-istess Aquarius se tkun fażi fejn trid toqgħod attent dwar ir-responsabbiltajiet ġodda li issa qed tesperjenza. Għalhekk qis li tkun iffokat. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Scorpio. Namaste. TAURUS (IT-TAWR), MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' ME JJU F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, Taurus se tkun fażi fejn fiha trid tiffoka biss lejn il-futur tiegħek. Toqgħodx taħseb fuq il-passat iżda agħraf biss kif tista' tkun aħjar għal dak li hemm ġej. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Cancer. Namaste. CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, Cancer se tkun fażi ta' eżami għalik fejn grazzi għall-ideat li għandek, issa se twettaq deċiżjoni li żgur se tagħmlek aktar stabbli għall-miri tiegħek. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Scorpio. Namaste. VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, Virgo se tkun fażi li trid tinqata' it għalik waħdek. Dan sabiex twettaq riflessjoni ta' min vera huma dawk il-persuni ġenwini li għandek vera tafda. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Sagittarius. Namaste. CAPRICORN (IL-WOTT), MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, Capricorn se tkun fażi fejn trid twettaq bidla madwarek. Grazzi għal dan int se tagħraf aħjar kemm int kapaċi tilqa' għal kwalunkwe sfida. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Virgo. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Aquarius – Iż-Żir Mill-Ħadd 9 ta' Frar sas-Sibt 15 ta' Frar Caroline Muscat, is-sid ta' The Shift, baqgħet tuża s-servizzi ta' Ivan Camilleri Tliet irġiel arrestati wara ġlieda vjolenti f 'San Ġiljan IKOMPLI MINN PAĠNA 1 U minkejja r-rabtiet fil-qrib ma' Yorgen Fenech, ikkunsidrat bħala l-persuna wara l-qtil tal- ġurnalista Daphne Caruana Galizia, jidher ċar li Caroline Muscat, is-sid ta' The Shift, xorta baqgħet tuża s-servizzi ta' Ivan Camilleri. Camilleri huwa magħruf għall-kitbiet kattivi u personali tiegħu. Il-karriera tiegħu mat- Times spiċċat ħesrem wara li nkixef mill-MaltaToday u l-gazzetta ILLUM li kien involut f 'serq minn supermarket fin- Naxxar. Jiġi ħu Alan Camilleri li kien il-PRO ta' Lawrence Gonzi, u wara serva wkoll bħala kap eżekuttiv tal-Malta Enterprise. Dakinhar Camilleri kien innega li kien seraq imma mbagħad fil-Qorti wieħed mis- sidien tas-supermarket Ray Mintoff kien ikkonferma taħt ġurament li Camilleri kien instab jisraq mis-supermarket permezz ta' filmati fuq CCTV. Camilleri baqa' jinnega li kien seraq imma waqt is- smigħ f 'libelli kontra Saviour Balzan u l-MaltaToday, tant kien adamanti li l-gazzetta The Times kienu ħarġu jiddefenduh f 'editorjal. Sakemm ftit ġimgħat wara, messaġġi fuq Whatsapp illikjati minn Jason Azzopardi stess li jservi bħala l-avukat tal-familja Caruana Galizia, indikaw li Ivan Camilleri kien informa lil Yorgen Fenech li l-pulizija kienu se jarrestawh. Kien hemm ukoll indikazzjonijiet fiċ-chats li Camilleri kien tħallas minn Yorgen Fenech fix-xhur ta' qabel. Insibu wkoll iktar sorprendenti li fl-aħħar ġranet kien il-Ministru Silvio Schembri li kien jaf li Ivan Camilleri kien il-kittieb tal-artikli kontrih. U mbagħad ġara dak li ġara, u Schembri indika fir-risposta għal inkjesta maġisterjali kif Camilleri kien iddikjara li dak li kien kiteb dwar Silvio Schembri ma kienx minnu. Dan kollu spiċċa biex kulħadd beda jistaqsi kif Caroline Muscat kienet lesta taċċetta dan kollu u kulħadd f 'daqqa waħda beda jinduna min kien il-moħħ wara ħafna mill-istejjer ta' ħdura li kienu jiġu ppubblikati fil-pjattaforma The Shift. Minkejja kollox, Muscat qalet lil nies qrib tagħha li mhux se tniżżel l-istejjer dwar Silvio Schembri u se tkompli tħambaq fuq l-allegazzjonijiet li ħarġu fl- istejjer. Tliet irġiel ġew arrestati wara ġlieda vjolenti li seħħet fi Triq Dragunara, San Ġiljan, kmieni s-Sibt filgħodu, fejn il-pulizija kellhom jirrikorru għall-użu ta' taser biex jikkontrollaw is- sitwazzjoni. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:30am meta l-pulizija ġew infurmati b'storbju. Meta waslu fuq il-post, sabu grupp ta' persuni jżommu fliexken tal-ħġieġ. Waqt li ppruvaw jikkalmaw is-sitwazzjoni, raġel ta' 24 sena allegatament resaq lejn l-uffiċjali b'mod aggressiv b'flixkun imkisser f 'idu, li wassal biex il-pulizija jużaw it-taser fuqu. Fl-istess waqt, raġel ieħor ta' 28 sena attakka uffiċjal ieħor. Tim mediku ta l-assistenza fuq il-post, u dawk involuti ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Ir-raġel ta' 28 sena ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi waqt il-ġlieda, filwaqt li ż-żewġ irġiel l-oħra ma sofrew l-ebda ġrieħi. Tliet uffiċjali tal-pulizija sofrew ġrieħi ħfief waqt l-arrest. L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin, u t-tliet irġiel mistennija jitressqu l-qorti fil-jiem li ġejjin. Silvio Schembri (fir-ritratt) kien jaf li Ivan Camilleri kien il-kittieb tal-artikli kontrih