MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532271

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 9 TA' FRAR 2025 Dun Victor Grech jinġarr fuq spallejn dawk li għen matul ħajtu IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Aħna sirna membri tal-Unjoni Ewropea u niddependu fuq id- difiża mill-UE. Min-naħa l-oħra bqajna newtrali. Konna rrispettati għal din ir-raġuni. "Hu stqarr li meta kien Ministru kien hemm pressjoni kbira mill- Amerikani biex inkunu aktar viċin il-mod kif jaħsbuha. Waħda mill- affarijiet hi li Malta tkun aktar viċin in-NATO. Tant hu hekk li l-Amerikani kienu lesti joħorġu miljuni biex Malta tkun aktar amministrattivament viċin in- NATO. Diġà konna qed nieħdu parti f 'xi inizjattivi tan-NATO." Bartolo qal li, fl-opinjoni tiegħu, il-Gvern ma fehemx li l-amministrazzjoni ta' Trump hi ferm differenti minn dik ta' Biden u Blinken. Trump ma jħarisx lejn in-NATO bl-istess mod u m'għandux l-istess interess fin-NATO bħalma kellu Biden. "Li kont il-Gvern kont nistenna sakemm nifhem eżatt xi jrid Trump qabel ma nfajjar xi deċiżjoni." Dan qalu filwaqt li rrikonoxxa li l-Gvern ta' Abela hu viċin ħafna l-Amerka! "In-newtralità tfisser ħafna għall-grass roots tal-Partit Laburista. Ma nippruvawx naħsbu li mhux importanti għal-Laburisti ta' ċerta età. Ma ninsewx li dawn huma s-sinsla tal-Partit," qal Bartolo. Jien ma nistax nifhem u qal: "Why break something when it has worked fine?" Bartolo qal li jekk in-newtralità ta' Malta qed tinkwieta lill- Ewropa għax trid tibni armata għaliha, għandna niddikjaraw li aħna ma nużawx il-veto tagħna biex inwaqqfu din milli ssir u li n-newtralità mhix se tfixkel dan l-iżvilupp. "Fid-dawl tal-politika ta' Trump, nifhem għalfejn l-Ewropa trid li jkollha armata f 'isem il-pajjiżi kollha." Dwar ir-rikonoxximent tal- Palestina, Bartolo kien dirett: "Aħna konna tajna l-kelma lil xi pajjiżi Ewropej li ħa nirrikonoxxu lill-Palestina. Imma anke fi żmieni, Iżrael għamlet pressjoni kbira fuq pajjiżna biex ma nagħmlux hekk. U dawn komplew wara li tlaqt. Irnexxielhom ibeżżgħuna. Il- Palestina ħaqqha rikonoxximent!" 'In-newtralità tfisser ħafna għall- grass roots tal-Partit Laburista' Is-servizz tal-funeral tiegħu fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann fil- Belt Valletta kienet okkażjoni ta' niket, b'ħafna jibku l-vojt li se jħalli fil-komunità li tant kien iħobb Dun Victor Grech ingħata l-aħħar tislima s-Sibt filgħodu b'ċerimonja li tat ġieħ għall-impatt profond tiegħu fuq il-ħajja ta' ħafna. Il-qassis, li ddedika ħajtu biex jgħin lil dawk li jisfaw vittmi tad-droga, miet fil-5 ta' Frar fl-età ta' 95 sena. Is-servizz tal-funeral tiegħu fil-Kon- Katidral ta' San Ġwann fil-Belt Valletta kienet okkażjoni ta' niket, b'ħafna jibku l-vojt li se jħalli fil-komunità li tant kien iħobb. Il-funeral beda miċ-ċentru ta' riabilitazzjoni ta' San Blas Ħaż-Żebbuġ, għall-Ibraġġ, fejn qatta' l-maġġoranza ta' ħajtu, qabel ma wasal il-Belt Valletta. L-aħħar vjaġġ ta' Monsinjur Grech kien mimli nies fix-xita li xtaqu jagħtu l-aħħar tislima tagħhom lil raġel lil qatta' ħajtu jgħin lil ħaddieħor. Qalb ir-reffiegħa, kien hemm in-nies li Grech għen biex ibiddlu ħajjithom, nies li kienu vittmi tad-droga u fil-faraġ u t-tama ta' Dun Victor Grech sabu spalla sakemm jibnu ħajja ġdida. Leħen it-tenur Joseph Calleja nstema' jidwi fil-Katidral, u bl-interpretazzjoni tiegħu ta' Ave Maria Dun Grech, daħal fil-Katidral qalb iċ-ċapċip. Fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof Charles Scicluna sejjaħ lil Dun Victor bħala 'profeta', hekk kif hu ġab bidliet kbar fil-ħajja ta' ħafna. "Aħna nħobbuk u nirringrazzjawk, Dun Victor," qal l-Arċisqof hekk kif il-knisja qamet b'applaws kbir. Il-katidral kien mimli b'nies minn faxxi differenti tal-ħajja. Fost id-dinjitarji preżenti kien hemm il-President Myriam Spiteri Debono u r-raġel tagħha, il-Prim Ministru Robert Abela u l-mara tiegħu Lydia, il- Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ma' martu AnneMarie, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia, u l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola. Ministri, segretarji parlamentari, u membri tal- parlament miż-żewġ naħat tal-kamra kienu preżenti wkoll. Il-wirt ta' Dun Victor Grech mhu xejn ħlief Caritas Malta, li hu għen sabiex tiġi mwaqqfa fl-1977. Hu serva ta' direttur għal għexieren ta' snin, fejn kien strumentali sabiex iqajjem kuxjenza fuq ir-riabilitazzjoni għal nies li jbatu bil-vizzju tad-droga, is-saħħa mentali u servizzi oħra. Leħnu sar familjari għal dawk li kienu jsegwu l-programm tar- radju tiegħu għal 50 sena sħaħ. Id-dedikazzjoni tiegħu lejn ix-xogħol fil-qasam soċjali ġie rikonoxxut b'mod nazzjonali u Ewropej. Huwa ġie magħżul bħala Membru tal-Ordni Nazzjonali tal- Mertu fl-1993, irċieva l-European Citizens' Price fl-2013, u fl-2021 rebaħ Ġieħ iż-Żejtun, kif ukoll l-Active Aging Award.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 February 2025