MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532461

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

analiżi illum • IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2025 05 il-popolarità f'daqqa waħda? 'Biex Malta ssir pajjiż fejn l-interess taċ- ċittadini jiġi qabel l-interessi ta' ftit privileġġati, jeħtieġ bidla radikali fis- sistema' – Cyrus Engerer "Ħafna jaħsbu li l-politika hija biss elezzjonijiet u partiti." – Noel Agius, Lettur, u attivist 'Il-poplu qed jagħraf li l-partiti l-kbar mhux iservu kif titlob il-pożizzjoni tagħhom' – Natasha Azzopardi, Membru tal- Kumitat tal- Partit Momentum L-attivist, u issa għal darb'oħra politikant iżda f 'isem il-Partit Malta Progressiva (PMP) Cyrus Engerer, qal li hawn bżonn partit ġdid onest u integru. Dan għaliex sar iżjed imminenti hekk kif iż-żewġ partiti "qodma" għandhom stil ta' politika differenti minn dik li jridu n-nies. Skontu, in-nies iridu jimxu 'l bogħod mill-politika tat-tgħajjir u mibegħda, speċjalment miż- żewġ partiti li allegatament huma ffinanzjati mill-istess interessi li jrid jitħallsu lura. Huwa għamel referenza għall-problemi li jaffaċċjaw in-nies li ma jaffordjawx jixtru propjetà, u l-kwistjoni ta' Fort Chambray li ż-żewġ partiti taw il-barka tagħhom sabiex jinqered. Għalhekk hu jgħid li l-PMP ħa joffri politika ġusta u trasparenti, b'viżjoni għal politika ġdida li tipprijoritizza lin-nies b'rispett għas-sistema tad-demokrazija. Huwa qal mal-ILLUM li "qegħdin f 'salib it-toroq" u li "llum għandna ċ-ċans nelevaw lil Malta għal-livell li jmiss." Iddeskriva l-elezzjoni li jmiss bħala bidu ta' triq ġdida għal Malta, u jekk il- PMP jiġi elett ħa jagħti l-parlament stil ta' politika differenti. Huwa ammetta li l-ewwel elezzjoni mhux ħa tkun faċli, speċjalment jekk kif hu ċert li l-partiti l-qodma ħa jkunu qed jużaw il-politika tal-biża', "biża' mill-bidla elettorali." Engerer fakkar kif fis-sajf li għadda, il-PMP nieda petizzjoni parlamentari fuq il-bidla elettorali li l-Parlament Malti għadu jinjora sal-lum. "Għandna socjetà li hija empatika u li tħoss l-uġigħ tal-vulnerabbli u tal-emarġinat." Huwa spjega kif is-soċjetà Maltija dejjem irnexxielha tegħleb l-elementi tal-lemin estrem. Skontu, l-elementi tal-lemin estrem xorta waħda huma preżenti fil-partiti l-qodma li "jogħxew bil- populiżmu." Il-gazzetta staqsietu għaliex jaħseb li ħa jkollu suċċess mal-PMP wara s-suċċessi li kellu mal-PL u l-PN. Ir-risposta tiegħu kienet li s-suċċess huwa sforz ħidma kbira, imma huwa importanti li wieħed iżomm f 'moħħu li l-partit mhux mibni fuq individwu partikolari, imma bbażat fuq prinċipji li jaqdu lil Malta sabiex f 'pajjiżna jkollna l-paċi u pjanifikazzjoni fit-tul. Turn-out iżgħar m'għandux għalfejn jiġi interpretat bħala xi ħaġa ħażina għax dan jista' juri nuqqas ta' partiġjaniżmu, jew jista' juri wkoll li għal xi nies mhux importanti min qed imexxi l-gvern, Noel Agius qal mal-ILLUM. Dan l-argument isostnih bil-ħsieb li l-maġġoranza tan-nies jivvutaw għal xi xogħol ma' partit jew kuntratt, mhux għax jemmnu fl-ideoloġija tat-tali partit. "Avolja qed jiżdied in-numru ta' votanti għall-partiti ż-żgħar, xorta mhumiex qed itellgħu numru konsiderevoli minkejja li hemm is- sistema taħdem kontrihom," jgħid Agius. "Iż-żewġ partiti saru kampijiet li jħaddnu nies b'kull tip t'ideoloġija," hu żied jgħid, "hekk kif iż-żewġ partiti jadattaw skont l-ambjent soċjali attwali." Dan f 'kuntrast mal-partiti l-ġodda, li skontu, għandhom ideoloġija iżjed iffukata lejn ix-xellug jew il-lemin, għax m'għandhomx biżżejjed saħħa li jiġu influwenzati minn katina ta' nies li jiġbdu għalihom. Hu ma kienx daqshekk pożittiv lejn l-elezzjoni li jmiss. Avolja huwa diffiċli li tobsor minn issa, jistqarr li hemm lok għall-partiti ż-żgħar sabiex jiġbru ammont ta' voti, imma mhux biżżejjed. Jemmen li ħa jkun hemm turn- out iżgħar minħabba n-nies li jkunu ffrustrati għall-partit tagħhom, u dan ipattu għalih dawk li jivvutaw skont il- kuxjenza. Il-lettur qal li avolja m'hawnx preżenza kbira minn partiti terzi tal- lemin estrem, il-partiti l-kbar stess jintegraw elementi tal-lemin estrem fid- diskors tagħhom, pereżempju "x-xenati li jsiru meta jinqabdu immigranti illegali." Agius temm fuq nota personali, fejn qal li ċerti problemi bħall-ambjent, femminiżmu, drittijiet ċivili, u l-faqar, huma problemi wisq importanti li għandhom jiġu diskussi minn kulħadd, mhux minn politikanti biss. Jirrakkonta kif kien attiv fi gruppi politiċi mhux tal-partiti. Jemmen li dawn it-tip ta' gruppi għandhom ikunu involuti fid-diskussjoni ta' dawn il- problemi, "imma hemm vjaġġ twil sakemm naslu s'hemmhekk għax ħafna jaħsbu li l-politika hija biss elezzjonijiet u partiti." jinħass iżjed issa l-bżonn tal- preżenza ta' partit ġdid, bħala alternattiva għal dawk li ma jridux jivvutaw PL jew PN. Mistoqsija dwar dak li qal il- kollega tagħha Mark Camilleri Gambin, mal-gazzetta ILLUM rigward 100,000 orfni politiku, u l-bżonn li jbiddlu l-poltika kif nafuha, hija qablet mal- ewwel. Qalet li l-Momentum qed jipprova jappella lil dawn il- votanti permezz tal-vision circles, li fi it kliem sempliċi, huma laqgħat regolari b'temi varjati fejn ir-riżultat tagħhom jibnu l-politika tal-partit. Cyrus Engerer, Partit Malta Progressiva

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 February 2025